<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-374/16</NO.CASE><NO.CASE>C-375/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0374</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:867">EU:C:2017:867</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20171115">15.11.2017</DATE>. – Kawżi Magħquda C‑374/16 u C‑375/16</P><P>Geissel u Butin</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171115">15 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Persuna fiżika li tappoġġja attivament azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ espressjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 168(a), Artikolu 178(a) u l-punt 5 tal-Artikolu 226</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Kontenut li obbligatorjament għandu jidher fuq il-fatturi</KEYWORD><KEYWORD>Aspettattiva leġittima tal-persuna taxxabbli fl-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑374/16 u C‑375/16,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Rochus Geissel</HT>, li jaġixxi bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L.</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Neuss</HT> (C-374/16)</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Bergisch Gladbach</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Igor Butin</HT> (C-375/16),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal I. Buin, minn L. Rodenbach, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a), tal-Artikolu 178(a) u tal-punt 5 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, Rochus Geissel, li jaġixxi bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i.L, u l-Finanzamt Neuss (awtorità tat-taxxa ta’ Neuss, il-Ġermanja) u, min-naħa l-oħra, il-Finanzamt Bergisch Gladbach (awtorità tat-taxxa ta’ Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) u Igor Butin dwar ir-rifjut ta’ dawn l-awtoritajiet tat-taxxa li jagħtu t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) mħallsa upstream għal fatturi li fihom l-indikazzjoni tal-indirizz fejn il-persuna li ħarġet il-fatturi tista’ tintlaħaq bil-posta, iżda fejn ma twettaq l-ebda attività ekonomika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 178 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Biex teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 168(a), fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, hi għandha jkollha fattura imħejjija skont l-Artikoli 220 sa 236 u l-Artikoli 238, 239 u 240;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 220 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dak li ġej, tinħareġ fattura, jew hi nnifisha jew mill-konsumatur tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li hi tkun għamlet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ VAT fuq fatturi maħruġa skont l-Artikoli 220 u 221</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna taxxabbli u tal-konsumatur;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE, tas-<DATE ISO="19861117">17 ta’ Novembru 1986</DATE>, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus – Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 129), jipprevedi li, fis-sens ta’ din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Persuna taxxabli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tfisser persuna taxxabli hekk kif ġiet riferita fl-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), li, matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 3(1) tat-Tlettax-il Direttiva 86/560, ma kellhiex f’dak it-territorju, la s-sede tal-attività ekonomika tagħha, jew stabbiliment fiss illi minnu ġew effettwati t-tranżazzjonijiet ekonomiċi, lanqas, jekk dan it-tip ta’ sede jew tali stabbiliment fiss ma jeżistix, l-indirizz permanenti tagħha jew tal-post tar-residenza tagħha, u illi, matul l-istess perjodu, ma fornietx oġġetti jew servizzi li għandhom jitqiesu li ġew forniti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, ħlief taħt ċerti eċċezzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ġermaniż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-Umsatzsteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ), fil-verżjoni applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fattura għandha tkun kull dokument li permezz tiegħu tiġi ffatturata provvista ta’ prodotti jew servizzi, irrispettivament mill-isem li jingħata lil dak id-dokument fl-ambitu tal-attività kummerċjali. Għandhom, b’mod obbligatorju, jiġu żgurati l-awtentiċità tal-oriġini tal-fattura, ir-regolarità tal-kontenut tagħha u l-leġġibbiltà tagħha. L-awtentiċità tal-oriġini tfisser iċ-ċertezza tal-identità tal-persuna li toħroġ il-fattura […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fattura għandha, b’mod obbligatorju, ikun fiha l-indikazzjonijiet segwenti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-isem sħiħ u l-indirizz tal-fornitur u tal-konsumatur; […]</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-UStG, fil-paragrafu (1) tiegħu, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-operatur jista’ jnaqqas l-ammonti li ġejjin bħala taxxa tal-input imħallsa:</P><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>it-taxxa legalment dovuta fuq provvisti ta’ prodotti u servizzi li saru minn operatur ieħor għall-finijiet tan-negozju tiegħu. L-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis jimplika li l-operatur ikollu fil-pussess tiegħu fattura maħruġa f’konformità mal-Artikoli 14 u 14a [tal-UStG] […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(4) tal-UStG, huwa biżżejjed, skont l-Artikolu 31(2) tal-Umsatzsteuer-Durchführungsverordnung (regolament ta’ implemetazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ), li l-isem u l-indirizz kemm tal-impriża li tipprovdi s-servizz kif ukoll dak li jirċievi s-servizzi jistgħu jiġu stabbiliti b’mod inekwivoku abbażi tal-informazzjoni li tinsab fuq il-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 163 tal-Abgabenordnung (kodiċi tat-taxxa, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>AO<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), intitolat “Iffissar b’deroga tat-taxxa fuq motivi ta’ ekwità, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>It-taxxi jistgħu jiġu ffissati f’ammont iktar baxx u l-bażijiet ta’ tassazzjoni individwali li jżidu t-taxxa jistgħu jiġu injorati fl-istima tat-taxxa fejn l-impożizzjoni tat-taxxa ma tkunx ekwa fiċ-ċirkustanzi tal-każ individwali. Bi qbil tal-persuna taxxabbli, huwa possibbli li jiġi ammess, fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul, li ċerti elementi tal-bażi taxxabbli, sa fejn dawn iżidu t-taxxa, ikunu kkunsidrati biss ulterjorment, u li ċerti elementi tal-bażi taxxabbli, sakemm inaqqsu t-taxxa, jiġu kkunsidrati minn qabel. Id-deċiżjoni dwar iffissar ta’ deroga tista’ tkun marbuta mal-iffissar tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 227 tal-AO jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jagħtu eżenzjoni totali jew parzjali minn taxxi li jirriżultaw minn dejn tat-taxxa meta, f’sitwazzjoni speċifika, ma jkunx ġust li dawn jinġabru; fuq l-istess kundizzjonijiet, l-ammonti diġà mħallsa jistgħu jiġu rifużi jew impaċija.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Kawża C-374/16.</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>RGEX hija kumpannija b’responsabbiltà limitata li, matul l-2008, li huwa ż-żmien li għalih tirrigwarda t-tilwima fil-kawża prinċipali, kienet tinnegozja fil-vetturi bil-mutur. Ikkostitwita f’Diċembru 2007, din il-kumpannija ilha f’likwdiazzjoni mill 2015. L-uniku soċju u l-amministratur tal-imsemmija kumpannija, R. Geissel, issa jirrappreżentaha bħala likwidatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni tal-VAT oriġinali tagħha għall-2008, RGEX iddikjarat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, provvisti intra-Komunitarji ta’ vetturi eżenti mit-taxxa u tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fir-rigward ta’ 122 vettura akkwistati mingħand EXTEL GmbH fl-ammont ta’ EUR 1 985 443.42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa ta’ Neuss ma aċċettatx id-dikjarazzjoni ta’ RGEX u, permezz ta’ avviż tal-<DATE ISO="20100831">31 ta’ Awwissu 2010</DATE>, wettqet stima tal-VAT għall-2008 skont il-konstatazzjonijiet magħmula wara ż-żewġ verifiki tal-VAT. Din l-awtorità kkonkludiet li l-provvisti ta’ vetturi lejn Spanja li kienu ġew iddikjarati bħala eżenti mit-taxxa fil-fatt kienu taxxabbli, għar-raġuni li l-vetturi ma kinux ġew ikkonsenjati fi Spanja, iżda kienu nbiegħu fil-Ġermanja. L-imsemmija awtorità qieset ukoll li t-taxxa<?PAGE NO="5"?> tal-input imħallsa abbażi ta’ fatturi maħruġa minn EXTEL ma setgħetx titnaqqas, għaliex din il-kumpannija tqieset li kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kumpannija fittizja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li ma kellha l-ebda stabbiliment fl-indirizz fuq il-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara li kkontestat mingħajr suċċess din id-deċiżjoni, RGEX marret quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), li laqgħet ir-rikors tagħha fir-rigward tat-tassazzjoni ta’ vettura u ċaħditu għall-bqija bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf) b’mod partikolari kkonkludiet li, għalkemm l-indirizz indikat minn EXTEL fuq il-fatturi tagħha kien is-sede tal-uffiċċju rreġistrat, dak kien biss sede li jikkorrispondi għal sempliċi kaxxa postali. EXTEL setgħet biss tiġi kkuntattjata permezz tal-posta. Din il-kumpannija ma kienet twettaq ebda attività kummerċjali f’dan l-indirizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti ċaħdet l-argumenti dwar l-allegati aspettativi leġittimi ta’ RGEX dwar l-awtentiċità tal-indirizz li jinsab fuq il-fatturi maħruġa minn EXTEL. Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi seta’ jiġi kkunsidrat mhux fl-iffissar tatt-taxxa, izda jekk ikun il-każ, biss fil-kuntest ta’ miżura ta’ ekwità taħt l-Artikoli 163 u 227 tal-AO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>R. Geissel, bħala likwidatur ta’ RGEX, appella mis-sentenza tal-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf) quddiem il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi, il-Ġermanja), fejn sostna li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(4) tal-UStG u tal-punt 5 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, iservi sabiex jiġi identifikat il-persuna li ħarġet il-fattura u jippreżumi biss il-possibbiltà li tista’ tiġi kkuntattjata bil-posta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont id-dritt nazzjonali, RGEX ma hijiex fondata li tibbenefika mit-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għal fatturi maħruġa minn EXTEL, għaliex din tal-aħħar ma twettaq ebda attività ekonomika speċifika fl-indirizz li jinsab fuq il-fatturi tagħha. Fil-fatt, f’deċiżjoni mogħtija f’rikors parallel, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>indirizz sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(4) tal-UStG ifisser li l-imprenditur iwettaq hemm l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu. Għalkemm, skont struzzjonijiet amministrattiva tad-dritt nazzjonali, għandu jkun biżżejjed għall-aworità tal-finanzi li l-kaxxa postali CEDEX <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tiġi indikata minflok l-indirizz<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tali istruzzjoni, madankollu, ma torbotx lill-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>Fattura meħtieġa għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva [tal-VAT], tkun tindika l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>indirizz […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 226(5) [tal-istess Direttiva], jekk il-fornitur jindika, fil-fattura maħruġa għall-provvista pprovduta, indirizz fejn jista’ jiġi kkuntattjat, iżda fejn ma titwettaq ebda attività ekonomika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva [tal-VAT], fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, jipprekludu prassi nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-benefiċjajru tal-provvista fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet applikabbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa biss barra mill-proċedura ta’ stima tat-taxxa, fil-kuntest ta’ proċedura separata ta’ ekwità? L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva [tal-VAT] jistgħu jiġu invokati?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Kawża C-375/16.</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Matul l-2009 sal-2011, I. Butin, li huwa konċessjonarju tal-karozzi fil-Ġermanja, ibbaża ruħu fuq fatturi biex inaqqas il-VAT tal-input imħallsa għal numru ta’ vetturi akkwistati mingħand l-impriża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Z<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, u li kienu intiżi li jerġgħu jinbiegħu. Il-vetturi kienu jiġu kkonsenjati lil I. Butin jew lill-impjegati tiegħu fil-post fejn Z kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, minkejja l-fatt li Z ma kellhiex konċessjoni f’dak l-indirizz, u drabi oħra f’postijiet pubbliċi bħaż-żoni ta’ quddiem l-istazzjonijiet tal-ferrovija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn kontroll fiskali li sar fir-rigward ta’ I. Butin, l-awtorità tat-taxxa ta’ Bergisch Gladbach ikkonkludiet li l-ammonti tat-taxxa tal-input imħallsa indikata fuq il-fatturi maħruġa minn Z ma setgħetx titnaqqas għar-raġuni li l-indirizz tal-fornitur mogħti minn Z f’dawn il-fatturi ma kienx korrett. Ġie kkonstatat li dan l-indirizz ma jserviz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kaxxa tal-ittri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u li Z ma kellhiex stabbiliment stabbli fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-imsemmija awtorità tat-taxxa, fit-<DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, ħarġet stimi tal-VAT emendati għall-2009 sal-2011. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131001">1 ta’ Ottubru 2013</DATE>, hija ċaħdet it-talba ta’ I. Butin għal bidla fl-istima tat-taxxa għal raġunijiet ta’ ekwità taħt l-Artikolu 163 tal-AO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Köln (qorti tal-finanzi ta’ Köln, il-Ġermanja) laqgħet ir-rikors ta’ I. Butin, li bih dan tal-aħħar ikkontesta l-irkupru magħmul mill-awtorità tat-taxxa ta’ Bergisch Gladbach. Skont din il-qorti, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fuq fattura, kif jeżiġi l-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(4) tal-UStG ma kinitx tfisser li kellhom jitwettqu attivitajiet kummerċjali f’dak l-indirizz. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti qieset li r-rikors kellu jintlaqa’ fir-rigward tat-talba sussidjarja għal bidla fl-istima tat-taxxa għal raġunijiet ta’ ekwità. Skont din il-qorti, I. Butin għamel dak kollu li seta’ jkun raġonevolment mistenni minnu biex jivverifika l-istatus ta’ Z bħala impriża u l-awtentiċità tal-indikazzjonijiet fil-fatturi maħruġa minn din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa ta’ Bergisch Gladbach ippreżentat appell mis-sentenza tal-Finanzgericht Köln (qorti tal-finanzi ta’ Köln) quddiem il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi). Hija ssostni b’mod partikolari li l-fatturi maħruġa minn Z ma kinux fihom, kuntrarjament għal dak li jsostni I. Butin, l-indirizz li għalih din il-kumpanija kienet ser twettaq l-attivitajiet kummerċjali tagħha, u peress li I. Butin ma għamilx dak kollu li raġonevolment seta’ kien mistenni minnu sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-kontenut li jinsab fuq dawn il-fatturi, l-għoti tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fil-kuntest tal-proċedura tal-ekwità ma kellux jingħata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 226(5) tad-Direttiva [tal-VAT] jeżiġi li jiġi indikat indirizz tal-persuna taxxabbli li fih din tal-aħħar teżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-indikazzjoni ta’ indirizz li jikkorrispondi għal sempliċi kaxxa postali hija biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva [tal-VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Liema indirizz għandha tindika fuq il-fattura persuna taxxabbli li topera impriża (fil-kummerċ elettroniku, pereżempju) u li ma għandhiex bini kummerċjali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-rekwiżiti formali applikabbli għall-fattura skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva [tal-VAT] ma jiġux issodisfatti, it-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għandu dejjem jingħata meta ma jkunx hemm frodi fiskali jew meta l-persuna taxxabbli ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf li hija kienet involuta fi frodi, jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi titlob f’dan il-każ li l-persuna taxxabbli tkun għamlet dak kollu li seta’ jkun raġonevolment mistenni minnha sabiex tivverifika l-awtentiċità tal-indikazzjonijiet li jinsabu fil-fattura?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kawżi C-374/16 u C-375/16 ingħaqdu għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub, tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑374/16 u fuq l-ewwel u tieni domanda fil-Kawża C‑375/16</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda fil-Kawża C-374/16 u l-ewwel u t-tieni domanda fil-Kawża C-375/16, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, moqrija flimkien mal-punt 5 tal-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, għandhomx jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għall-indikazzjoni fuq il-fattura tindika l-indirizz tal-post, li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għall-indikazzjoni li l-fattura tindika l-indirizz tal-post fejn il-persuna li ħarġet din il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, sabiex tista’ teżerċita d-dritt għal tnaqqis, il-persuna taxxabbli trid iżzomm fattura miktuba b’mod konformi mal-Artikoli 220 sa 236 u 238 sa 240 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva jelenka l-kontenut li għandu jiġi inklużi fuq tali fattura. Il-punt 5 ta’ dan l-artikolu jipprevedi, b’mod partikolari, l-obbligu li jiġi indikat l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna taxxabbli jew tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss kliemha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħha hija tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Yaesu Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:750">EU:C:2009:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Air Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:523">EU:C:2017:523</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, għandu jiġi nnutat li hija differenti fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni. Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-imsemmija dispożizzjoni, bħall-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, dik Ingliża, Franċiża jew Latvjana, jirreferu, rispettivament, għan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>nombre completo y la dirección<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>the full name and address<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, għan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>nom complet et l’adresse<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>pilns vārds vai nosaukums un adrese<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, filwaqt li verżjonijiet oħra, b’mod partikolari l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża u dik Taljana, jipprevedu l-obbligu li jissemmew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>vollständigen Namen und die vollständige Anschrift<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew ukoll in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>nome e l’indirizzo completo<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, l-assenza jew il-preżenza tal-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-formulazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar jekk l-indirizz, indikat fuq il-fattura, għandux jaqbel mal-post fejn il-persuna li toħroġ il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li s-sens komuni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandha portata wiesgħa. Kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sens ordinarju ta’ din il-kelma jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ indirizz, inkluż sempliċi kaxxa postali, sakemm il-persuna tista’ effettivament tiġi kkuntattjata f’dak l-indirizz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT jippreċiża li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-direttiva, kontenut iċċitat f’dan l-artikolu huwa meħtieġa obbligatorjament għall-finijiet tal-VAT, fuq il-fatturi maħruġa skont l-Artikoli 220 ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06. – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-obbligi relatati mal-imsemmi kotenut għandhom jiġu interpretati b’mod strett fis-sens li ma huwiex possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu obbligi iktar stretti minn dawk li jirriżultaw mid-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma huwiex possibbli għall-Istati Membri li jorbtu l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT mal-osservanza ta’ kundizzjonijiet marbuta mal-kontenut tal-fatturi li ma jkunux espressament previsti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT (sentrenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, għandu jitfakkar li d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT ma jistax, bħala prinċipju, ikun limitat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senatex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:691">EU:C:2016:691</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’dan ir-rigward, li l-pussess ta’ fattura li jkun fiha l-kontenut indikat fl-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva jikkostitwixxi kundizzjoni formali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT. Issa, it-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għandu jingħata jekk ir-rekwiżiti sostantivi jkunu ssodisfatti, anki meta l-persuni taxxabbli jkunu naqsu milli jissodisfaw ċerti rekwiżiti formali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senatex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-518/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:691">EU:C:2016:691</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan jirriżulta li l-modalitajiet tal-kontenut tal-indirizz tal-persuna li toħroġ il-fattura ma jistgħux jikkostitwixxu kundizzjoni determinanti għall-finijiet tat-tnaqqis tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dwar l-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, l-iskop tal-kontenut li għandu dejjem jidher fuq fattura huwa li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa li jivverifikaw il-ħlas tat-taxxa dovuta u, fejn ikun applikabbli, l-eżistenza tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 40 sa 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-indikazzjoni tal-indirizz, tal-isem u tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna li ħarġet il-fattura hija intiża sabiex tiġi stabbilita konnessjoni bejn tranżazzjoni ekonomika partikolari u operatur ekonomiku speċifiku, li huwa l-persuna li toħroġ il-fattura. Bl-identifikazzjoni tal-persuna li toħroġ il-fattura, l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli neċessarji sabiex jivverifikaw jekk l-ammont tal-VAT li wassal għat-tnaqqis ġiex iddikjarat u ntaxxat. Tali identifikazzjoni sservi wkoll sabiex il-persuna taxxabbli tkun tista’ tivverifika jekk il-persuna li ħarġet il-fattura inkwistjoni hijiex persuna taxxabbli għall-finijiet tar-regoli tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur tal-prodotti jew tas-servizzi jikkostitwixxi l-informazzjoni essenzjali fil-kuntest tal-imsemmija identifikazzjoni. Dan in-numru huwa faċilment aċċessibbli u verifikabbli mill-awtoritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, biex ikunu jistgħu jiksbu numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, l-impriżi jridu jgħaddu minn proċess ta’ reġistrazzjoni fejn huma obbligati jippreżentaw formola ta’ reġistrazzjoni tal-VAT, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-indikazzjoni tal-indirizz tal-persuna li toħroġ il-fattura, flimkien ma’ ismu u n-numru ta’ identifikazzjoni tagħha tal-VAT, għandha l-għan li tidentifika dan tal-ewwel u b’hekk tippermetti b’hekk lill-awtoritajait tat-taxxa li jwettqu l-verifiki msemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li s-sistema ta’ tnaqqis hija intiża sabiex tneħħi kompletament minn fuq il-kummerċjant il-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kollha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sveda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑126/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:712">EU:C:2015:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Compass Contract Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:454">EU:C:2017:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-imsemmija sistema, ma huwiex meħtieġ li jiġi stipulat l-obbligu li jiġi indikat l-indirizz tal-post fejn il-persuna li ħarġet il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjon hija kkonfermata mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>PPUH Stehcemp</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-277/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:719">EU:C:2015:719</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa possibbli li tinaqqas il-VAT mħallsa upstream abbażi ta’ fatturi miktuba minn kumpannija li tqieset mill-qorti nazzjonali bħala operatur li ma jeżistix. Anki jekk il-qorti nazzjonali kienet ikkonstatat l-istat ta’ rovina tal-bini indikat minn din il-kumpannija bħala s-sede, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li l-ebda attività ekonomika ma setgħet tiġi eżerċitata fis-sede tal-imsemmija kumpannija ma jeskludix li din l-attività setgħet isseħħ f’postijiet oħra li ma humiex l-uffiċċju rreġistrat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>PPUH Stehcemp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-277/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:719">EU:C:2015:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’mod partikolari meta l-attivitajiet jiġu mwettqa mill-bogħod, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-kompjuter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Gvern Ġermaniż u dak Awstrijak, il-fatt li, għall-finijiet tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, ma huwiex rikjest li l-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna taxxabbli jitqettqu fl-indirizz li jinsab fuq il-fattura maħruġa minn din il-persuna, ma huwiex ikkontestat mill-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Planzer Luxembourg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-73/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:397">EU:C:2007:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-analiżi tal-portata tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>sede tal-attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għall-finijiet tat-Tlettax-il Direttiva 86/560 hija irrilevanti sabiex tiddetermina t-tifsira tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li jinsab fil-punt 5 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT mid-destinatarju tal-prodotti jew tas-servizzi, ma huwiex rikjest li l-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna li tipprovdi l-prodotti jew is-servizzi jitwettqu fl-indirizz li jinsab fuq il-fattura maħruġa minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑374/16 u l-ewwel u t-tieni domanda fil-Kawża C-375/16 li l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, moqrija flimkien mal-punt 5 tal-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għall-indikazzjoni li l-fattura tindika l-indirizz tal-post fejn il-persuna li ħarġet din il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C‑374/16 u fuq it-tielet domanda fil-Kawża C‑375/16</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda fil-Kawża C-374/16 u għall-ewwel u t-tieni domanda fil-Kawża C-375/16, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda fil-Kawża C-374/16 u għat-tielet domanda fil-Kawża C‑375/16.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-punt 5 tal-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-indikazzjoni li l-fattura tindika l-indirizz tal-post fejn il-persuna li ħarġet din il-fattura twettaq l-attività ekonomika tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>