|
7.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1109
tal-1 ta’ Lulju 2021
li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għal ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar, jitqies li ntlaħaq għall-2021. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-isforz
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
10/TQ90 |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd |
EFF2/MED2_TR4 |
|
Grupp ta’ stokkijiet |
Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 |
|
Tul totali tal-bastimenti kkonċernati |
≥ 24 metru |
|
Data tal-għeluq |
15.6.2021 |