Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG u Loopia AB.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1) hija annullata.

2) L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG.

3) L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Telefónica O2 Germany għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI.

4) Loopia AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.