|
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG
(2008/955/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) tistipula l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4) li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (5), isiru disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG. |
|
(2) |
L-ammonti għat-trasferiment finanzjarju minn programmi tal-appoġġ tal-inbid għall-iżvilupp rurali stipulati fl-Artikolu 23(2) u fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2008 (6). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/410/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
ANNESS
“ANNESS
|
(EUR miljuni): |
||||||
|
Sena tal-baġit |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG |
||||
|
Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Artikolu 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 |
Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 |
||
|
2007 |
984 |
22 |
|
|
|
44 753 |
|
2008 |
1 241 |
22 |
|
362 |
|
44 592 |
|
2009 |
1 305,7 |
22 |
|
424 |
40,66 |
44 886,64 |
|
2010 |
1 310,8 |
22 |
|
506 |
82,11 |
45 225,09 |
|
2011 |
1 290,8 |
22 |
484 |
516,3 |
122,61 |
45 181,29 |
|
2012 |
1 292,3 |
22 |
484 |
522,4 |
122,61 |
45 649,69 |
|
2013 |
1 293 |
22 |
484 |
522,4 |
122,61 |
46 129,99 ” |