02004R0926 — MT — 04.06.2013 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 926/2004 tas-26 ta’ April 2004 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 163 30.4.2004, p. 105) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 |
L 130 |
1 |
15.5.2013 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 926/2004
tas-26 ta’ April 2004
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi-NM indikat fil-kolonna 2.
Artikolu 2
Soġġett għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta’ verifika doppja u qabel u wara sorveljanza mill-Komunità ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni ta’ tariffa vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li mhijiex skond dan ir-Regolement tista’ tibqa’ tintuża għal perjodu ta’ 60 ġurnata taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta’ wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Deskrizzjoni |
Klassifikazzjoni tal-Kodiċi -NM |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1. Oġġett magħmul minn tessut elastiċizzat, innittjat u tubulari (minn fibri artifiċjali) magħqud ma’ ħajt tal-gomma, fforma ta’ ħolqa. (bend tax-xagħar) (ara ritratt Nru 629) (*1) |
6117 80 10 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in- ►M1 noti 7(g) ◄ u 10 sa taqsima XI u l-kliem tal-kodiċi-NM 6117 , 6117 80 u 6117 80 10 . Meta jiġi kkonsidrat il-karattru tessili ta’ l-oġġett in kwestjoni dan għandu jkun ikkonsidrat bl-istess mod ta’ eżempju, xalel, imkatar, mantilli, ingravajjet u ċfuf ta’ l-egħnuq, bħala aċċessorju maħdum ta’ l-ilbies. Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9615 hija mneħħija, minħabba li l-oġġetti ta’ din l-intestatura huma normalment magħmulin mill-plastik, l-ivorju, l-għadam, minn qrun, mid- dahar (qoxra) tal-fkieren, mill-metall, eċċ. Ara wkoll in-Noti HS ta’ Spjega għall-intestatura 9615 (3). Barra minn hekk, in-Nota 10 għat-taqsima XI tinkludi, b’mod espliċitu, prodotti elastiċi li huma magħmulin minn materjali magħqudin ma’ ħajt tal-gomma fit-taqsima XI. |
|
2. Oġġett maħdum meħjut biex jifforma ħolqa magħmul minn bend elastiċizzata li hija miksija kollha ftessut minsuġ(fibri artifiċjali). (bend tax-xagħar) (ara ritratt Nru 630) (*1) |
6217 10 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, ►M1 nota 7(f) ◄ għat- taqsima XI u l-kliem tal-kodiċi-NM 6217 u 6217 10 00 . Meta jkun ikkonsidrat il-karattru tessili ta’ l-oġġett in kwestjoni dan għandu jkun ikkonsi- drat bl-istess mod ta’, eżempju, xalel, mkatar, mantilli, ingravajjet u ċfuf ta’ l-egħnuq, bħala aċċessorju maħdum ta’ l-ilbies, li fil-każ preżenti mhumiex speċifikati jew inklużi imkien aktar. Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9615 hija mneħħija, minħabba li l-oġġetti ta’ din l-intestatura huma normalment magħmulin mill-plastik, l-ivorju, l-għadam, minn qrun, mid- dahar (qoxra) tal-fkieren, mill-metall, eċċ. Ara wkoll in-Noti HS ta’ Spjega għall-intestatura 9615 (3). |
|
(*1) Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni. |
||