<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><DECISION.ECR xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.DECISION.ECR><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑233/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0233</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:435">EU:T:2017:435</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.DECISION.ECR><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170627">27.6.2017</DATE> – KAWŻA T‑233/16 P [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>RUIZ MOLINA vs EUIPO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Awla tal-Appell)</P><P><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-isem tal-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali suċċessiva</KEYWORD><KEYWORD>Xoljiment tal-kuntratt b’applikazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT></KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX><DECISION.ECR.INIT><P>Fil-Kawża T‑233/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ruiz Molina vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑60/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:28">EU:F:2016:28</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza,</P></DECISION.ECR.INIT><P><HT TYPE="BOLD">José Luis Ruiz Molina</HT>, residenti f’San Juan de Alicante (Spanja), irrappreżentat minn N. Lhoëst u S. Michiels, avukati,</P><P>appellant,</P><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn A. Lukošiūtė, bħala aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat,</P><P>konvenut fl-ewwel istanza,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell),</P><P>komposta minn M. Jaeger, President, M. Prek (Relatur) u A. Dittrich, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.DECISION.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Huma riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu ppreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appellant José Luis Ruiz Molina, jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE>, Ruiz Molina vs UASI (F‑60/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza <QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>appellata, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:28">EU:F:2016:28</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha t-Tribunal<?PAGE NO="2"?> għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-talba tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE> li l-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju jintemm wara l-iskadenza ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma msemmija fil-punti 13 sa 29 tas-sentenza appellata skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrent daħal fil-kariga mal-[EUIPO] fis-<DATE ISO="20010716">16 ta’ Lulju 2001</DATE> u, mis-<DATE ISO="20020716">16 ta’ Lulju 2002</DATE>, ibbenefika minn kuntratt ta’ membru ta’ persunal temporanju abbażi tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fis-seħħ dak iż-żmien, għal tul inizjalment previst ta’ erba’ snin, jiġifieri sal-<DATE ISO="20060715">15 ta’ Lulju 2006</DATE>.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement għall-parteċipazzjoni tiegħu f’waħda mill-proċeduri ta’ selezzjoni interna miftuħa fil-qasam tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>proprjetà industrijali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> u fid-dawl tal-pożizzjoni ta’ klassifikazzjoni tiegħu, ir-rikorrent irċieva u aċċetta proposta ta’ klawżola addizzjonali għall-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, b’effett mill-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>. Għaldaqstant, l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-kuntratt ġew emendati, u għaldaqstant il-kuntratt tiegħu sar ‘kuntratt […] konkluż għal żmien indeterminat bi klawżola ta’ xoljiment’ skont l-Artikolu 4 l-ġdid.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, hekk emendat, kien jipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dan il-kuntratt għandu jiġi xolt fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 47 tal-[Kondizzjonjiet tal-impjieg] fil-każ ta’ nuqqas ta’ inklużjoni [ta’ isem] il-membru tal-persunal fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali suċċessiva tal-grupp ta’ funzjoni[jiet] tiegħu bi speċjalizzazzjoni fil-proprjetà industrijali organizzata mill-[Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal]. Dan il-kuntratt għandu wkoll jiġi xolt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jaċċettax offerta ta’ reklutaġġ bħala uffiċjal tal-grupp ta’ funzjonijiet tiegħu proposta mill-[EUIPO] wara l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ riżerva ta’ din il-kompetizzjoni.</P><P>Barra minn hekk l-[EUIPO] għandu d-dritt ixolji dan il-kuntratt għal kull motiv ieħor previst fl-Artikoli 47 sa 50 tal-[Kondizzjonjiet tal-impjieg], skont il-kundizzjonjiet imsemmija f’dawn l-artikoli.</P><P>Jekk il-kundizzjonijiet għax-xoljiment ikunu ssodisfatti, dan il-kuntratt għandu jintemm <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> wara l-iskadenza ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg fis-sens tal-Artikolu 47(c)(i) tal-[Kondizzjonjiet tal-impjieg].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/></P><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE>, id-Direttur tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-[EUIPO] informa lir-rikorrent li l-kompetizzjonijiet ġenerali UASI/AD/02/07 u UASI/AST/02/07 kienu jifformaw parti minn dawk koperti mill-klawżola ta’ xoljiment prevista fl-Artikolu 5 tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ippreżenta ruħu għall-kompetizzjoni ġenerali UASI/AST/02/07, iżda [ismu] ma ġiex inkluż fil-lista ta’ riżerva. Il-kuntratt tiegħu ġie xolt permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> b’effett mill-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> filgħaxija (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>).</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>. Peress li l-ilment tiegħu ġie miċħud, huwa kkontesta din id-deċiżjoni fil-kuntest ta’ rikors kollettiv, ippreżentat flimkien ma’ tlettax-il membru tal-persunal temporanju ieħor u ma’ ex membri tal-persunal temporanju tal-[EUIPO], irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali taħt in-numru ta’ referenza F‑102/09.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikors kollettiv irreġistrat taħt in-numru ta’ referenza F‑102/09 ta lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bennett <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑102/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:138">EU:F:2011:138</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>sentenza Bennett II<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>). F’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset, minn naħa, li, minkejja l-formulazzjoni tal-Artikolu 4 tiegħu, il-kuntratt tar-rikorrent, hekk kif emendat b’effett mill-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, ma setax jiġi kklassifikat bħala kuntratt għal żmien indeterminat, li huwa kkaratterizzat mill-istabbiltà tal-impjieg (sentenza Bennett II, punt 86), u, min-naħa l-oħra, li l-emenda introdotta fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE> fil-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju permezz taż-żieda ta’ klawżola ta’ xoljiment kellha titqies bħala l-ewwel tiġdid tal-kuntratt tiegħu għal żmien determinat fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg (sentenza Bennett II, punt 120). Permezz ta’ din l-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors sa fejn dan kien jikkonċerna lir-rikorrent u għaldaqstant ma annullatx id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Preċedentement, fil-kuntest ta’ rikors kollettiv ieħor irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali taħt in-numru ta’ referenza F‑19/08, li fih ir-rikorrent kien ukoll parti, u li ta lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bennett <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑19/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:75">EU:F:2009:75</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sentenza Bennett I<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>), il-Qorti Ġenerali, wara li kkonstatat li l-kompetizzjonijiet UASI/AD/02/07 u UASI/AST/02/07 kienu ġew organizzati bil-għan tar-reklutaġġ, rispettivament, ta’ erba’ assistenti u ta’ amministrattur wieħed, kienet qieset, fil-punt 116 ta’ dik is-sentenza dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[B]illi pproponiet lil 31 membru tal-persunal, li kienu pparteċipaw b’suċċess għal dan il-għan fi proċeduri ta’ selezzjoni interni, kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat, li jinkludi klawżola ta’ xoljiment applikabbli biss fil-każ li fih il-persuni kkonċernati ma jiġux inklużi f’lista ta’ riżerva stabbilita wara kompetizzjoni ġenerali bi speċjalizzazzjoni fil-proprjetà industrijali, li l-organizzazzjoni tagħha kienet tħabbret mill-President tiegħu stess għall-2007 jew għall-2008, l-[EUIPO] b’mod ċar impenja ruħu jżomm lill-persuni kkonċernati b’mod permanenti fi ħdanu bil-kundizzjoni li huma jkunu inklużi f’tali lista ta’ riżerva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, billi llimita n-numru ta’ pożizzjonijiet li għandhom jiġu mimlija għal total ta’ ħamsa, filwaqt li l-persuni kkonċernati kienu [wieħed u tlettin] b’kollox, u billi llimita n-numru ta’ kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni inklużi fil-listi ta’ kandidati xierqa stabbiliti wara l-[kompetizzjonijiet UASI/AD/02/07 u UASI/AST/02/07], li barra minn hekk kienu ġenerali, għan-numru eżatt ta’ pożizzjonijiet li għandhom jiġu mimlija, l-[EUIPO] radikalment u oġġettivament naqqas il-possibbiltajiet tar-rikorrenti, fit-totalità tagħhom, li jevitaw l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment u, għaldaqstant, irrenda parzjalment superfluwa l-portata tal-impenji kuntrattwali tiegħu meħuda fir-rigward tal-persunal temporanju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/></P><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sussegwentement għas-sentenzi Bennett I u Bennett II, l-[EUIPO] u r-rikorrent iffirmaw, fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li kien jipprevedi l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>integrazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tar-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, hekk kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, filwaqt li l-Artikolu 5 tal-kuntratt ma nbidilx u l-Artikolu 4 tneħħa (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>); permezz ta’ dan l-istess protokoll, l-[EUIPO] effettivament integra mill-ġdid lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu mill-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-President tal-[EUIPO] informa lir-rikorrent li sussegwentement għall-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni ‘il-klawżola [ta’ xoljiment prevista fl-Artikolu 5 tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju] [kienet] ser titqies [bħala applikabbli] jekk [ismu] ma [jkunx] inkluż […] fuq il-[listi] ta’ riżerva tal-[…] kompetizzjonijiet [ġenerali UASI/AD/01/13 u UASI/AST/02/13’.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ipparteċipa fil-kompetizzjoni ġenerali UASI/AST/02/13 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kompetizzjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>), iżda [ismu] ma ġiex inkluż fil-lista ta’ riżerva. Il-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju ġie xolt permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, b’effett mill-iskadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur li jibda jiddekorri mill-istess jum, jiġifieri t-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-‘eċiżjoni kkontestata’).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE> ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata, liema lment ġie miċħud fit-<DATE ISO="20150112">12 ta’ Jannar 2015</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura fl-ewwel istanza u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, l-appellant ippreżenta rikors, irreġistrat taħt in-numru ta’ referenza F‑60/15, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO, tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li jtemm il-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju wara l-iskadenza ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors u kkundanna lill-appellant ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fakkar li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid [li l-EUIPO u r-rikorrenti ffirmaw fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>] kien jipprevedi l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, fil-grad u fl-iskala li huwa kellu fid-data ta’ xoljiment ta’ dan il-kuntratt, jiġifieri l-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> filgħaxija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u li, permezz ta’ dan l-istess protokoll, l-EUIPO <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kien qiegħed jimpenja ruħu jikkostitwixxi mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent minn din l-istess data u jħallsu d-differenza bejn dak li huwa kien jaqla bejn is-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> u t-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> kieku l-kuntratt tiegħu ma kienx ġie xolt u dak li huwa kien effettivament qala matul l-istess perijodu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Huwa qies li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>f’dawn iċ-ċikrustanzi, hekk kif [kien] jirriżulta espliċitament mill-Artikolu 1 [ta’ dan il-protokoll], [kien] hemm lok li jitqies li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> [kienet] ġiet irtirata permezz ta’ dan il-protokoll u li r-rikorrent [kien] ġie mqiegħed mill-ġdid b’mod retroattiv fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, mid-data ta’ effett tad-deċiżjoni ta’ xoljiment, jiġifieri mill-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> filgħaxija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Huwa għaldaqstant qies li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[p]eress li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, kellu jitqies […] bħala l-ewwel tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ir-rikorrent ma [setax] isostni li d-deċiżjoni kkontestata [kienet kisret] id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg inkwantu [dan il-protokoll] kien ikkostitwixxa it-tieni tiġdid tal-kuntratt tiegħu li jorbot lill-[EUIPO]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (sentenza appellata, punt 39).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku enfasizza li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Ftehim qafas [bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, implementat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>] ma [kienx] jirrigwarda l-kundizzjonijiet għax-xoljiment tal-kuntratti għal żmien determinat jew indeterminat, iżda l-kundizzjonjiet għall-użu ta’ dawn il-kuntratti, skont il-Klawżola 1(b) tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-Klawżola 5(1)(a) ta’ [dan] il-ftehim-qafas ma [setgħetx] tiġi direttament invokata kontra d-deċiżjoni kkontestata, liema deċiżjoni la [kellha] bħala<?PAGE NO="5"?> għan u lanqas bħala effett li ġġedded ir-reklutaġġ tar-rikorrent mal-[EUIPO] u [għaldaqstant ma setgħetx] tkun, minnha nnifisha, kuntrarja għad-dispożizzjonijiet ta’ [dan] il-ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (sentenza appellata punt 45).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-illegalità allegata tal-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid li l-EUIPO u l-appellant iffirmaw fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) inkwantu dan kien imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, implementat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fakkar li l-protokoll inkwistjoni kien integra mill-ġdid lill-appellant fil-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[d]an l-aħħar kuntratt […] [kellu] jitqies bħala l-ewwel tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, adottat abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ta’ dawn il-kondizzjonijiet, li b’mod partikolari [kienu] intiżi li jillimitaw ir-rikors għal kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju suċċessivi u [kienu] jaqgħu taħt il-miżuri, koperti mill-Klawżola 5(1) tal-Ftehim-qafas, li jistgħu jipprevjenu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (sentenza appellata, punt 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku enfasizza li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>peress li d-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt preċedenti tar-rikorrent mal-[EUIPO] ma ġietx annullata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent bis-saħħa tal-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid [tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>] [kienet] saret biss fuq l-inizjattiva tal-amministrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[t]ali integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent fi ħdan id-dipartimenti tal-[EUIPO], minkejja li r-relazzjoni ta’ xogħol kienet ġiet interrota għal iktar minn sentejn, ma[setgħetx] tiġi kklassifikata bħala abbużiva fis-sens tal-Klawżola 1(b) tal-Ftehim-qafas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (sentenza appellata, punt 46).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, l-appellant ippreżenta dan l-appell.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>Konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza billi tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO, tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li l-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju jintemm wara l-iskadenza ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tilqa’ t-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravju, ibbażati rispettivmanet fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u fuq ksur tal-awtorità ta’ res judicata tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bennett et vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑102/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:138">EU:F:2011:138</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ aggravji mressqa mill-appellant huma bbażati rispettivament fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u fuq ksur tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bennett <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs UASI</NAME.CASE>(<NO.CASE>F‑102/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:138">EU:F:2011:138</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ aggravji jeħtieġu li jiġi eżaminat, minn naħa, jekk it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaqx żball meta kkonstata li d-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> kienet ġiet irtirata u, min-naħa l-oħra, jekk huwa evalwax b’mod korrett il-konsegwenzi ġuridiċi ta’ dan l-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> kienx ġuridikament possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-irtirar b’mod retroattiv ta’ att amministrattiv legali li kkonferixxa drittijiet suġġettivi jew vantaġġi simili jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830922">22 ta’ Settembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Verli-Wallace vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>159/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:242">EU:C:1983:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Gooch vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑197/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:282">EU:T:2000:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-atti amministrattivi illegali, għandu jitfakkar, li skont ġurisprudenza stabbilita sewwa, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta li, bħala prinċipju, l-amministrazzjoni għandha s-setgħa tirtira, b’effett retroattiv, att amministrattiv favorevoli adottat illegalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021120">20 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Lagardère u Canal+ vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑251/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:278">EU:T:2002:278</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110415">15 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>IPK International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑297/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:185">EU:T:2011:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda li l-irtirar retroattiv ta’ att li ħoloq drittijiet favur id-destinatarju tiegħu huwa ġeneralment suġġett għal kundizzjonijiet stretti ħafna. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>28 Herpels vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>54/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:45">EU:C:1978:45</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 38). Fil-fatt, għalkemm kull istituzzjoni tal-Unjoni li tikkonstata li l-att li hija għadha kif adottat huwa vvizzjat b’illegalità għandha tiġi rrikonoxxuta d-dritt li tirtirah f’terminu raġonevoli b’effett retroattiv, dan id-dritt jista’ jiġi limitat min-neċessità li jiġu osservati l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarju tal-att li seta’ jibbaża ruħu fuq il-legalità tiegħu (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870226">26 ta’ Frar 1987</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Cooperative d’Abruzzo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>15/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:111">EU:C:1987:111</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910620">20 ta’ Ġunju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Cargill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:264">EU:C:1991:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970417">17 ta’ April 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Compte vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:198">EU:C:1997:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali deċiżjoni hija wkoll suġġetta għall-kundizzjoni li ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030305">5 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Ineichen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑293/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:55">EU:T:2003:55</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tielet nett, mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE> <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), essenzjalment jirriżulta li l-kundizzjonijiet stretti previsti mis-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>Herpels vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>54/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:45">EU:C:1978:45</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870226">26 ta’ Frar 1987</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Cooperative d’Abruzzo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>15/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:111">EU:C:1987:111</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970417">17 ta’ April 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Compte vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑90/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:198">EU:C:1997:198</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li taħthom jista’ jsir l-irtirar retroattiv ta’ att amministrattiv illegali li jiġġenera drittijiet suġġettivi, ma humiex rilevanti fil-każ li l-att ikkonċernat ma jikkostitwixxix, fir-rigward tad-destinatarju tiegħu, att li joħloq drittijiet, iżda att li jikkawżalu preġudizzju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali tqis li xejn ma jipprekludi li att amministrattiv illegali jew legali li jikkostitwixxi, fir-rigward tad-destinatarju tiegħu, att li prinċipalment jikkawżalu preġudizzju u li b’mod aċċessorju joħloq drittijiet favurih jista’ jiġi rtirat, jekk ma humiex ippreġudikati l-aspettattivi leġittimi ta’ dan id-destinatarju u l-prinċipju ta’ ċertezza legali ma huwiex miksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> tikkostitwixxi prinċipalment att amministrattiv li jikkawża preġudizzju lill-appellant u li din b’mod aċċessorju toħloq drittijiet favurih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li, billi ffirma l-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, l-appellant ta l-kunsens tiegħu fir-rigward tal-irtirar tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> u li, għaldaqstant, l-irtirar inkwistjoni sar b’osservanza tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi ta’ dan l-appellant u b’konformità mal-prinċipju ta’ ċertezza legali mfakkra fil-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 27 iktar ’il fuq. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 1 ta’ dan il-protokoll jindika b’mod ċar li din id-deċiżjoni hija rtirata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa għaldaqstant b’mod korrett li t-Tribunal għas-Servizz Pubblika kkonstata, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, li d-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> kienet ġiet irtirata permezz tal-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, peress li l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> kien legalment possibbli, għandu jiġi eżaminat jekk it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaqx żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi ta’ dan l-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, peress li d-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE> ġiet irtirata, din għandha titqies bħala li qatt ma eżistiet. Għaldaqstant huwa b’mod korrrett li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, li l-appellant tqiegħed mill-ġdid b’mod retroattiv fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju hekk kif emendat fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, mill-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>. Id-dispożizzjonijiet tal-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> jikkonkretizzaw biss f’dan ir-rigward l-integrazzjoni mill-ġdid tal-appellant fil-pożizzjoni li huwa kellu qabel il-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tieni nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tal-appellant, hekk kif emendat permezz tal-klawżola addizzjonali tal-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, kellu jitqies bħala l-ewwel tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u ċaħad l-argument li l-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> kien ikkostitwixxa t-tieni tiġdid ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dan ir-raġunament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa eżenti minn żbalji ta’ liġi. Fil-fatt, hekk kif ġie indikat fil-punt 33 iktar ’il fuq, l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, ikkonkretizzat permezz tal-protokoll ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, kellu bħala effett li jqiegħed mill-ġdid lill-appellant fis-sitwazzjoni li huwa kien jinsab fiha qabel il-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> u mhux li jqegħdu f’pożizzjoni li huwa ma kellux qabel din id-data, u lanqas, għaldaqstant, li jġedded għat-tieni darba il-kuntratt tiegħu għal żmien determinat.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)</P><?PAGE NO="8"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">José Luis Ruiz Molina għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.DECISION.ECR><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Jaeger</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></DECISION.ECR>