|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/57 |
9.1.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/57
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sit ta’ Havet kring Ven fil-Baħar Baltiku u l-korrezzjoni ta’ għadd ta’ erruri li jidhru fih
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li fl-ilmijiet tagħhom jadottaw il-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd li huma meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”) (2), skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Għasafar”) (3) u skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”) (4). |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali u l-ispeċijiet protetti fis-siti. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu l-passi x-xierqa biex jevitaw id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet, kif ukoll id-disturb sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ikunu ġew iddeżinjati ż-żoni. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, l-Istati Membri għandhom jadottaw programmi ta’ miżuri biex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb, li jinkludu miżuri ta’ protezzjoni spazjali li jikkontribwixxu għal networks koerenti u rappreżentattivi ta’ żoni marini protetti, u jkopru b’mod adegwat id-diversità tal-ekosistemi kostitwenti, bħal żoni speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, bħal żoni ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, u bħal żoni marini protetti kif miftiehma mill-Unjoni jew mill-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu partijiet. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta Stat Membru jqis li jeħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u Stati Membri oħrajn ikollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd li se jiġi affettwat minn tali miżuri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali miżuri permezz ta’ atti delegati wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/117 (5) jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar f’ċerti żoni marini protetti fil-Baħar Baltiku. |
|
(6) |
Fid-9 ta’ Settembru 2024, l-Iżvezja (l-Istat Membru inizjatur), flimkien mad-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja (l-Istati Membri tal-Baħar Baltiku, minn hawn ’il quddiem “BALTFISH”) ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni li tipproponi li jiġi pprojbit is-sajd bi xbieki statiċi mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat akustiku deterrenti (ADD) fis-sit Natura 2000 Havet kring Ven (SE0430183). |
|
(7) |
Wara riċerka xjentifika mwettqa mill-Iżvezja fis-sit ta’ Havet kring Ven fil-Baħar Baltiku fil-perjodu bejn l-2017 u l-2020, ġie stabbilit li d-dniefel suwed (kodiċi tal-ispeċi 1351), ix-xtut tar-ramel (tip ta’ ħabitat 1110), l-iskollijiet (tip ta’ ħabitat 1170) u l-foki griżi (kodiċi tal-ispeċi 1364) kellhom jiġu protetti. L-għan ewlieni tal-miżura proposta huwa li jitnaqqas ir-riskju ta’ qbid aċċessorju tad-denfil iswed tal-Baħar ta’ Belt. |
|
(8) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Ekonomiku u Tekniku għas-Sajd (STECF) irreveda r-rakkomandazzjoni konġunta fil-plenarja tal-11–15 ta’ Novembru 2024 (6) u kkonkluda li l-miżuri proposti jistgħu jnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ annimali fiż-żona tan-navigazzjoni. Madankollu, l-STECF qajjem ukoll tħassib dwar problemi potenzjali relatati mad-densità ta’ bastimenti tax-xbieki li jużaw apparat akustiku deterrenti u r-riskju ta’ spostament tad-dniefel suwed mis-sit, u kkonkluda li miżura aktar effettiva tkun li jiġu pprojbiti l-attivitajiet kollha tas-sajd bix-xbieki fiż-żona. L-STECF enfasizza wkoll li proġetti ta’ riċerka estensivi li għaddejjin se jkomplu jagħtu riżultati dwar alternattivi għal apparati akustiċi deterrenti, b’soluzzjonijiet oħra possibbli fit-tul. |
|
(9) |
Wara l-parir tal-STECF, fil-5 ta’ Frar 2025, il-BALTFISH ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta aġġornata li tipproponi reviżjoni possibbli tal-miżuri fl-2026, fid-dawl tad-data dwar il-qabdiet inċidentali jew parir xjentifiku ġdid f’dan ir-rigward. |
|
(10) |
Meta jitqies li l-miżuri proposti jistgħu jnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ annimali fiż-żona tan-navigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li dawn jikkontribwixxu għall-objettiv li jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 jiġi emendat biex dawn jiġu inklużi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jirrieżaminaw id-data dwar il-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed kull sena u jivvalutawha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026. Kwalunkwe data dwar qabdiet inċidentali jew kwalunkwe data xierqa ġdida, inkluż parir xjentifiku, rilevanti għall-użu ta’ apparat akustiku deterrenti fir-rigward tad-denfil iswed, jenħtieġ li tintuża sabiex jiġu aġġustati l-miżuri ta’ konservazzjoni kif xieraq. |
|
(11) |
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament Delegat, id-definizzjoni ta’ xbieki statiċi, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li tiżdied mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament Delegat huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ miżuri ta’ konservazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar l-Ħabitats u tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri interessati mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/117 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (*1), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/404/oj).” " |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Is-sajd bi xbieki statiċi mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat akustiku deterrenti għandu jkun ipprojbit fiż-Żoni 3. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għas-sajd rikreattiv. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrieżaminaw id-data dwar il-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed kull sena u għandhom jivvalutawha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026. Id-data dwar il-qabdiet inċidentali jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluża evidenza xjentifika dwar l-użu ta’ apparati akustiċi deterrenti fir-rigward tad-denfil iswed, għandha tintuża sabiex tiġi aġġustata l-miżura ta’ konservazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (*2) dwar il-kontroll taż-żoni ristretti għas-sajd, għandhom japplikaw fiż-Żoni 1, 2 u 3. (*2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj).” " |
|
(4) |
Fl-Artikolu 4a, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Il-bastimenti kollha tas-sajd preżenti fiż-Żoni 3 għandhom ikunu mgħammrin b’sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) li tilħaq l-istandards tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u din is-sistema għandha tinżamm f’operazzjoni kontinwa. L-AIS tista’ tintefa fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mill-AIS tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-kontroll tas-sajd għal finijiet ta’ kontroll, inkluż kontroverifiki ta’ data tal-AIS ma’ data oħra disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. (*3) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/59/oj).” " |
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).
(4) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/117 tal-5 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778 (ĠU L 19, 25.1.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/117/oj).
(6) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, 77th plenary report (STECF-PLEN-24-03), Nord, J. u Doerner, H.(editur), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea il-Lussemburgu, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2760/2392535, JRC140580.
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/117, tiżdied l-intestatura li ġejja:
“ŻONI 3
Is-sit ta’ Natura 2000 Havet kring Ven (SE0430183)
|
Punt |
Latitudni N |
Longitudni E |
Latitudni N |
Longitudni E |
|
1 |
55°56.588′ |
12°40.790′ |
55,94313° |
12,67983 ° |
|
2 |
55°53.999′ |
12°45.716′ |
55,89998° |
12,76193 ° |
|
3 |
55°52.006′ |
12°42.398′ |
55,86677° |
12,70663 ° |
|
4 |
55°54.055′ |
12°40.184′ |
55,90092° |
12,66973 ° |
|
5 |
55°55.455′ |
12°38.902′ |
55,92425° |
12,64837 ° |
|
6 |
55°56.588′ |
12°40.790′ |
55,94313° |
12,67983 °» |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/57/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)