|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3881 |
20.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Lulju 2026
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-Belġju
(C/2026/3881)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-10 ta' Ottubru 2025 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-perjodu mill-20 ta' Ottubru 2025 sad-19 ta' Ottubru 2030. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Ineke DE BISSCHOP sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem. |
|
(3) |
Il-Belġju nnomina kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Monica DE JONGHE hija maħtura membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali minflok is-Sa Ineke DE BISSCHOP għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fid-19 ta' Ottubru 2030.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (ĠU C, C/2025/5609, 15.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5609/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3881/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)