|
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 463/2013
tas-17 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I, II u IV għall-progress tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kelma “kainit” intużat fit-tabella A.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 bħala l-indikazzjoni tat-tip ta’ fertilizzant għall-melħ mhux maħdum tal-potassju.Il-kelma kainit issa waslet biex tiġi assoċjata mal-melħ greġg tal-potassju wieħed speċifiku biss biex b’hekk twassal għal restrizzjoni potenzjali tal-kummerċ għall-manifatturi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw sorsi oħra tal-melħ tal-potassju.Biex tiġi ribattuta dik ir-restrizzjoni u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għal firxa akbar ta’ melħ tal-potassju għall-bdiewa fl-Istati Membri kollha, għandha tintuża deżinjazzjoni tat-tip aktar ġenerika għal dawk l-entrati fil-każ ta’ dak it-tip ta’ fertilizzant, u referenzi għal kainit għandhom jiġu adattati skont dan.Għandu jingħata perjodu tranżitorju lill-produtturi tal-melħ greġg tal-potassju biex jadattaw it-tikkettar għar-regoli l-ġodda. |
|
(2) |
L-aċidu linjosulfoniku huwa materjal kumpless miksub minn sorsi differenti tal-injam. Billi bosta gradi differenti ta’ kwalità huma disponibbli kummerċjalment, huwa importanti li jiġu adattati għall-progress tekniku l-ħtiġiet tal-kwalità li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex jitqiegħdu fis-suq bħala fertilizzant tal-KE. |
|
(3) |
Sustanzi tal-ġir, magħrufa wkoll bħala ġir fertilizzanti, inaqqsu l-aċidità tal-ħamrija u, meta jagħmlu dan, jistgħu wkoll jipprovdi n-nutrijenti manjesju jew kalċju jew it-tnejn. Il-manifatturi ta’ sustanzi tal-gir jiffaċċjaw għadd divers ta’ regoli nazzjonali li jwasslu għal distorsjoni tas-suq intern. Il-materjali tal-ġir għandhom għalhekk jiżdiedu mat-tipi ta’ fertilizzant deskritti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 biex dawn ikunu jistgħu jiċċirkolaw b’mod ħieles fis-suq intern. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards EN għall-metodi ta’ analiżi ta’ materjali tal-ġir. Sabiex il-konformità ma’ dawk l-istandards tkun mandatorja, għandhom ikunu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’analiżi. |
|
(4) |
Għandu jingħata perjodu tranżitorju biex jiżgura li l-produtturi ta’ sustanzi tal-gir jingħataw iż-żmien biex jadattaw l-istandards EN il-ġodda. |
|
(5) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistabbilixxi tolleranzi fir-rigward tal-kontenut nutrittiv iddikjarat. L-Anness II għandu jkun emendat biex jinkludi t-tolleranzi għall-materjali tal-ġir. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE b’konformità mal-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li huma stabbiliti fl-Anness IV tiegħu. Madankollu, xi wħud minn dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment u għandhom jiġu sostitwiti minn standards EN żviluppati dan l-aħħar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
1. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, il-manifatturi jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I, il-punt (1) qabel is-7 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-7 ta’ Diċembru 2014.
3. L-Anness I, il-punt (3), l-Anness II, il-punt (2) u l-Anness III, il-punt (4) għandhom japplikaw mis-7 ta’ Ġunju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fis-sezzjoni A.3, l-annotazzjonijiet 1 u 2 fit-tabella tbiddlu b’li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima E.3.2, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Tiddaħħal it-Taqsima G li ġejja: “G. Materjali tal-ġir Il-kliem ‘MATERJAL TAL-ĠIR’ għandu jiġi miżjud wara t-terminu ‘FERTILIZZANT TAL-KE’. Il-karatteristiċi kollha msemmija fit-tabelli tat-taqsimiet minn G.1 sa G.5 jirreferu għall-prodott kif fornut sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Materjali tal-ġir granulari li huma prodotti permezz ta’ aggregazzjoni ta’ partiċelli primarji iżgħar għandhom jitfarrku meta titħawwad fl-ilma f’partiċelli ta’ distribuzzjonijiet ta’ finezza kif speċifikat fid-deskrizzjonijiet tat-tip, u kif imkejla bl-użu tal-metodu 14.9 “Id-determinazzjoni tat-tifrik ta’granuli”. G.1. Il-Ġir Naturali
G.2. Ġir Ossidu u Idrossidu ta’ oriġini naturali
G.3. Ġir mill-proċessi industrijali
G.4. Ġir imħallat
G.5. Taħlitiet ta’sustanzi tal-gir ma’ tipi ta’ fertilizzanti tal-KE oħra
|
(*1) Għat-tagħrif biss.
(*2) Għal raġunijiet ta’ kwalità, il-kontenut tal-idrossil fenoliku relattiv u l-kontenut ta’ kubrit organiku relattiv kif imkejla b’EN 16109 għandhom jaqbżu 1,5 % u 4,5 % rispettivament.”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 1.3. hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Is-Sezzjoni 5 li ġejja tiġi miżjuda: “5. Materjali tal-ġir It-tolleranzi permessi rigward il-kalċju u l-manjesju ddikjarati għandhom ikunu:
It-tolleranza permessa fir-rigward il-valur newtralizzanti ddikjarat għandha tkun:
It-tolleranza applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku għandha tkun:
|
||||||||||||||||||||
ANNESS III
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-Metodu 6.1 qed jinbidel b’dan li ġej: “ Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza tal-materjal organiku EN 16195: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza ta’ materjal organiku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.” |
|
(2) |
Il-punti 8.6 sa 8.8 jinbidlu b’dan li ġej: “ Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati EN 16196: Fertilizzanti – Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ –assorbazzjoni atomika EN 16197: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ assorbazzjoni atomika Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija EN 16198: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.” |
|
(3) |
Il-Metodu 8.10 qed jinbidel b’dan li ġej: “ Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma EN 16199: Fertilizzanti – Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.” |
|
(4) |
Il-metodi li ġejjin 14 huma miżjuda: “ Materjali tal-ġir
Id-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ta’ materjali tal-ġir permezz ta’ għarbiel xott jew niedi EN 12948: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs permezz ta’ għarbiel xott jew niedi Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tar-reattività tal-materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat mal-aċidu idrokloriku EN 13971: Materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni Potenzjometrika bl-aċidu idrokloriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tar-reattività permezz ta’ metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku EN 16357: Materjali tal-gir tal-karbonat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-valur newtralizzanti tal-materjali tal-ġir EN 12945: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-valur newtralizzanti – Metodi titrimetriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-kalċju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ossalat EN 13475: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju – Metodu bl-ossalat Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-kalċju u l-manjesju f’materjali tal-gir permezz tal-komplessometrija. EN 12946: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju u tal-manjesju – Metodu Komplessometriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-manjesju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku EN 12947: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-manjesju – Metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa EN 12048 Fertilizzanti Solidi u materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa – Metodu gravimetriku bit-tnixxif f’105 °C +/– 2 °C Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tat-tifrik tal-granuli EN 15704: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tat-tifrik tal-kalċju u l-karbonati tal-kalċju/manjesju granulati taħt l-influwenza tal-ilma Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Id-determinazzjoni tal-effett tal-prodott permezz ta’ inkubazzjoni tal-ħamrija EN 14984: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-effett tal-prodott fuq il-pH tal-ħamrija – Metodu permezz tal-inkubazzjoni tal-ħamrija Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.” |