52010PC0679

/* KUMM/2010/0679 finali - NLE 2010/0330*/ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 18.11.2010

KUMM(2010) 679 finali

2010/0330 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

SEG(2010) 1408

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti tal-Impjegati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata ta’ valutazzjonijiet attwarjali ta’ kull ħames snin magħmula b’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta r-rapport annwali relatat ma’ din l-evalwazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex ikun żgurat il-bilanċ attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Kull sena għandha tiġi ppreżentata proposta biex tiġi aġġustata r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. |

Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMI TAL-IMPATT

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi |

229 | Il-kalkulu tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni ġiet ivvalidata minn espert attwarju (konsulent estern). |

230 | Stima tal-impatt L-għan tal-proposta huwa li taġġusta r-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej sabiex jinżamm il-bilanċ attwarjali tal-iskema. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta B’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, l-Eurostat ippreżentat rapport relatat mal-evalwazzjoni attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet. Joħroġ minn din l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11% tas-salarju bażiku Skont l-Artikolu 83a(4), fejn jintwera li hemm differenza ta’ mill-inqas 0.25 punti bejn ir-rata ta’ kontribuzzjoni attwalment applikata (11.3%) u r-rata meħtieġa biex jinżamm bilanċ attwarjali (11.0%), il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tiġi adattata, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness XII. B’konformità mal-Artikolu 2(1), tal-Anness XII, l-aġġustament ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li tkun aktar minn punt perċentwali ‘il fuq jew ‘l isfel mir-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tadatta r-rata ta' kontribuzzjoni għal 11.0% b'effett mill-1 ta' Lulju 2010. |

Bażi legali Ir-Regolamenti tal-Impjegati tal-Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. |

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. |

L-għażla tal-istrumenti |

L-istrument propost: Regolament. |

Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. |

4. IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-impatt, fuq id-dħul, tal-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li tinstab fl-Anness. |

2010/0330 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, iffissati mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidraw il-propost tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

1. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2010, ir-rapport relatat mal-evalwazzjoni attwarjali tal-2010 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dan l-Anness. Joħroġ minn din l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11.0% tas-salarju bażiku

2. Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, r-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11.0% tas-salarju bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, r-rata tal-kontribuzzjoni msemmija f'Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Impjegati għandha tkun 11%.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA GĦAL PROPOSTI

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2. LINJI TAL-BAĠIT :

Il-Kapitolu u l-Artikolu:

400 Taxxa fuq is-salarji tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra

Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2010):

EUR 602.4 miljun

410 Kontribuzzjonijiet tal-Impjegati għall-iskema tal-pensjonijiet

Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2010):

EUR 430.5 miljun

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(€ miljun sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja | Id-dħul | Perjodu ta’ sitt xhur mill-01/07/2010 | 2011 |

Artikolu 400 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | 1.2 | 2.4 |

Artikolu 410 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | -5.7 | -11.4 |

Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 |

Artikolu 400 | 2.4 | 2.4 | 2.4 | 2.4 | 2.4 |

Artikolu 410 | -11.4 | -11.4 | -11.4 | -11.4 | -11.4 |

4. RIMARKI OĦRAJN

Metodu ta' kalkolazzjoni:

Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-ġdida l-implimentazzjoni tas-sena kurrenti.Kontribuzzjoni l-ġdida = l-implimentazzjoni x ir-rata l-ġdida/ir-rata fis-seħħ

Effett taż-żieda tat-taxxa = 21% taż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni.