|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
373 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2006
ta’ l-14 ta' Awwissu 2006
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 fir-rigward tad-dħul fil-ħażna tal-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema (2) jistipula li l-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ, għandu jkun daħal fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta’ Novembru 2005, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għall-bejgħ tal-krema, tal-butir u tal-butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità (3), jistabbilixxi li butir ta’ intervent mixtri skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jrid jinbiegħ bi prezzijiet imraħħsa jrid ikun ittieħed għall-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004. |
|
(3) |
Minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tal-butir u l-kwantitajiet ta’ butir fil-ħażna ta’ intervent, huwa xieraq li l-butir li jkun fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2005 jkun disponibbli għall-bejgħ. |
|
(4) |
Ir-Reġolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan, |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F’Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2004” hi mibdula bid-data tal-“1 ta’ Jannar 2005”.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2004” hi mibdula bid-data tal-“1 ta’ Jannar 2005”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
J. L. DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).
(3) ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005.