2.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10635 - CVC / HTB / FL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 218/08)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

Hartenberg Holding, s.r.o. (“HTB”, ir-Repubblika Ċeka),

—

FutureLife, a.s. (“FL”, ir-Repubblika Ċeka), ikkontrollata minn HTB.

CVC u HTB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ FL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CVC, is-sussidjarji u l-kumpaniji affiljati tiegħu huma entitajiet privati li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-għoti ta’ pariri dwar l-investiment lil u/jew il-ġestjoni ta’ investimenti f’isem ċerti fondi u pjattaformi ta’ investiment. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll ta’ CVC, Mehiläinen, toffri trattamenti In-Vitro-Fertilizzazzjoni (“IVF”) fil-kliniċi fil-Finlandja.

—

HTB hija kumpanija ffukata fuq investimenti f’assi fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, primarjament ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Polonja, u hija l-uniku azzjonist kontrollanti attwali ta’ FL.

—

FL hija attiva fil-provvista ta’ mediċina riproduttiva f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa, b’mod partikolari t-trattament tal-IVF u s-servizzi anċillari. In-negozju ta’ FL fil-Finlandja u fl-Estonja mhux se jifforma parti mill-konċentrazzjoni proposta, u se jiġi ttrasferit lil, u jibqa’ kkontrollat biss minn, HTB.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10635 – CVC / HTB / FL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.