52005PC0336

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li se tiġi adottata fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni, stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-istruttura tas-sottokumitat attwali /* KUMM/2005/0336 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.7.2005

KUMM(2005) 336 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li se tiġi adottata fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni, stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-istruttura tas-sottokumitat attwali

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Fil-konklużjonijiet tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ta’ l-14 ta’ Ġunju 2004, il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni “laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jagħmel użu mill-korpi taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehimiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (PCAs) biex imexxi ’l quddiem u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni (u) ħass li l-istrutturi taħt il-ftehimiet rilevanti għandhom jiġu riveduti, fejn xieraq, biex ikun żgurat li l-prijoritajiet kollha taħt l-ENP ikunu riflessi kif suppost”.

2. Fil-21 ta’ Frar 2005, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina adotta rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina. Kif indikat f’din ir-rakkomandazzjoni, il-Pjan ta’ Azzjoni jistipula passi konkreti biex imexxi ’l quddiem it-twettiq ta' l-obbligi tal-Partijiet stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ta’ l-1998 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina, u jipprovdi qafas usa’ għal aktar tisħiħ fir-relazzjonijiet UE-Ukraina biex jinvolvi miżura sinifikanti ta’ integrazzjoni ekonomika u approfondiment ta’ kooperazzjoni politika.

3. L-istruttura proposta riveduta tas-sottokumitati tal-PCA tippermetti lill-Ukraina u lill-UE li jitħaddtu b’mod komprensiv dwar l-oqsma kollha tar-relazzjoni bilaterali tagħha u t-tmexxija 'l quddiem u s-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ l-ENP b’mod effettiv kif previst fil-Pjan.

4. L-istruttura riveduta se tipprovdi wkoll kundizzjonijiet mill-aqwa għas-sehem effettiv tas-Servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni.

5. It-test tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni, kif previst mill-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 1998 dwar il-konklużjoni tal-PCA imsemmi qabel, huwa mehmuż.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li se tiġi adottata fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni, stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-istruttura tas-sottokumitat attwali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(1) tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-26 ta' Jannar 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

6. Fl-14 ta’ Ġunju, il-Kunsill “laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jagħmel użu mill-korpi taħt il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u l-PCAs biex imexxi l’quddiem u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni (u)...ħass li l-istrutturi taħt il-ftehimiet rilevanti, għandhom jiġu riveduti, fejn xieraq, biex ikun żgurat li l-prijoritajiet kollha taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) ikunu riflessi kif suppost.”

7. Fil-21 ta’ Frar 2005, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina adotta Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina.

8. L-Artikolu 87 tal-PCA imsemmi qabel jipprovdi li l-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun mgħejun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Kooperazzjoni,

9. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina adotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni fid-9 ta’ Ġunju 1998 fejn iddelega r-responsabilità għall-ħolqien u aktar twaqqif ta' sottokumitati għall-Kumitat ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni li se tadotta l-Komunità fil-Kumitat tal-Kooperazzjoni, stabbilit mill-Artikolu 87 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-istrutturar mill-ġdid ta' Sottokumitati tal-PCA, għandha tkun skond l-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS 1

Il-KUMITAT TAL-KOOPERAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, u b'mod partikulari l-Artikolu 87 tiegħu;

Billi:

(1) Fil-21 ta’ Frar 2005, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina adotta Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina.

(2) Skond l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ddelega poteri biex jistabbilixxu sotto-kumitati u biex jiddefinixxu t-termini ta’ referenza tagħhom lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

B’dan, qed tiġi adottata struttura riveduta ta’ sottokumitat tal-PCA li tagħha hawn kopja mehmuża.

Magħmula [permezz ta' proċedura bil-miktub],

Għall-Kumitat ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina Għall-Ukraina

Għall-Komunità Ewropea

ANNESS 2 L-istruttura riveduta tas-sottokumitat bejn l-UE u l-Ukraina

Sottokumitat | Kwistjonijiet li għandhom ikunu koperti(mhux eżawrjenti)[1] | Artikoli rilevanti għall-PCA | pjan ta’ azzjoni ta’ l-ENP(għanijiet) |

Is-sottokumitat 1: Kummerċ u Investiment | Il-kwistjonijiet kollha tad-WTO u/jew dawk li prinċipalment għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ u l-investiment inklużi: il-kummerċ fis-servizzi; it-TBT, l-investiment, l-istabbiliment; il-faċilità kummerċjali, l-IPR u l-prokura pubblika (li għandha x’taqsam mal-kummerċ); l-FTA; l-anti-dumping u salvagwardji; is-settur li għandu x’jaqsam mal-kummerċ għal kwistjonijiet speċifiċi; l-agrikoltura, is-sajd, kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, għajnuna teknika rilevanti. | 10-23, 37-38, 39, 41-47, 49, 50, 55, l-anness IV, 4, 30, 32-36, 54, 57, 22, 60 | 18, 2.3(Riforma fil-kummerċ, fis-suq u dik regolatorja), 25, 26, 27, 31, 32, 33, 34, 35, 41, 42 |

Is-sottokumitat 2: Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, Finanzi u Statistika | Kwistjonijiet makro-ekonomiċi, politika soċjali u ta’ l-impjieg, swieq finanzjarji, statistika, riforma strutturali, tassazzjoni, tmexxija tal-finanzi pubbliċi, iklużi l-kontroll tal-verifika u dak finanzjarju, servizzi finanzjarji, għajnuna teknika rilevanti, prinċipji ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ l-għajnuna teknika. | 24, 25, 52, 67, 69, 48, 71, 77 | 16, 19, 20, 21,22, 23, 34, 36, 37, 38, 43, 44 |

Is-sottokumitat 3: Politika ta’ l-Intrapriżi, Kompetizzjoni, Kooperazzjoni Regolatorja | Kooperazzjoni regolatorja fil-qasam ta’ oġġetti industrijali (standards, regolamenti tekniċi, evalwazzjoni ta’ konformità) djalogu dwar il-politika industrijali; l-intrapriżi zgħar u mdaqqsa (SMEs), il-kompetizzjoni, il-prokura pubblika u l-IPR (aspetti regolatorji); liġi tal-kumpaniji, l-ispazju; il-ħarsien tal-konsumatur, u rendikont tal-kooperazzjoni regolatorja u t-tqarrib leġiżlattiv[2]. Għajnuna teknika rilevanti. | 49, 51, 53, 55, 56, 65, 73, 75 | 16, 17, 19, 23, 24, 30, 32, 33, 34, 35, 39, 40, 41 42,45, 65 |

Is-sottokumitat 4: Enerġija, Trasport, Sikurezza Nukleari u Ambjent | Integrazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija, infrastruttura ta’ l-enerġija, sikurezza nukleari, effiċjenza fl-enerġija, produzzjoni ta’ l-enerġija, trasport, Galileo, sikurezza marittima. Kwistjonijiet ta’ l-ambjent, strateġija għall-iżvilupp sostenibbli, għajnuna rilevanti teknika. | 23, 31, 39, 40, 61, 62, 63, 64 | 24, , 46-57,60-62 |

Is-sottokumitat 5: Dwana u kooperazzjoni bejn pajjiż u ieħor | Kooperazzjoni doganali, kooperazzjoni bejn pajjiż u ieħor (għajr dawk il-kwistjonijiet trattati fl-SC6), għajnuna rilevanti teknika. | 39, 76, Protokoll dwar il-kooperazzjoni doganali | 15, 28-29,31 69,70 |

Is-sottokumitat 6: Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà | Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u minn pajjiż għall-ieħor, kooperazzjoni fil-Ġustizzja bejn pajjiż u ieħor, kwistjonijiet ta’ liberalizzazzjoni u sigurtà, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni, il-kenn politiku, il-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra d-drogi, il-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali, riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-istat tad-dritt, treġija tajba, għajnuna teknika rilevanti. | 27, 68, 79 | Aspetti rilevanti ta’ sezzjoni 2.1 b’mod speċjali l-objettivi 2, 3, 12 u 15; 2.4 (pjan ta’ azzjoni tal-JHA), 69 |

Is-sottokumitat 7: Xjenza u t-teknoloġija, Riċerka u Żvilupp (R&D), edukazzjoni, kultura u s-saħħa pubblika. Soċjetà ta’ l-Informatika u l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa | L-ispazju, aspetti ġenerali tan-navigazzjoni tas-satelliti, l-edukazzjoni, is-sehem fis-6 Programm ta’Qafas, l-IST/soċjetà ta’ l-informatika (aspetti tar-riċerka), il-kultura, is-saħħa pubblika, il-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika, qafas regolatorju, servizzi on-line, il-politika tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa, l-għajnuna teknika rilevanti. | 58, 59, 65, 66, 74, 80 | 58-59, 63-68, 71 |

[1] Għadd żgħir ta’ kwistjonijiet speċifiċi jista’ jaqa’ taħt il-kompetenza ta’ aktar minn sotto-kumitat wieħed. Fejn dan huwa l-każ, hija r-responsabilità tal-presidenza u s-segretajrjat, immexxija skond kif meħtieġ mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, li jiżguraw trattament koerenti tas-suġġett fil-korpi tal-PCA b’mod pragmatiku li jressaq ’il quddiem l-għanijiet tal-PCA.

[2] It-tqarrib leġiżlattiv għandu jibqa’ jitqies fis-sottokumitati kollha fl-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom.