20.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 308/94


It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
L-għoti ta’ għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova ***I

P7_TA(2010)0293

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2010)0302 – C7-0144/2010 – 2010/0162(COD))

2011/C 308 E/22

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0302),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0144/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0242/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0162

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 938/2010/UE)