15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/4


Avviż dwar l-adattament skont l-inflazzjoni ta' ċerti ammonti stipulati fid-Direttiva tar-Riassigurazzjoni

2011/C 365/05

Skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2005/68/KE (1) dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, l-ammonti stipulati f'euro fl-Artikolu 40(2) ġew irreveduti fl-2011 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropej tal-prezzijiet għall-konsumaturi li jinkludu l-Istati Membri kollha kif ippubblikat mill-Eurostat.

B'riżultat tar-reviżjoni, l-ammonti stipulati f'euro żdiedu minn EUR 3 200 000 għal EUR 3 400 000 u minn EUR 1 100 000 għal EUR 1 200 000.

Is-Servizzi tal-Kummissjoni għarrfu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni u dwar l-ammonti adattati.


(1)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.