7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

104


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Lulju 2004

li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/768/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

(2)

post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjur Ole VON BEUST, notifikata lill-Kunsill fis-7 ta' Lulju 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sinjur Roger KUSCH, Justizsenator, hu hawnhekk maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni flok is-Sinjur Ole VON BEUST għal bqija tal-mandat tiegħu, li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar is-26 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.