7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/25


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — Zenato Azienda Vitivinicola vs UASI — Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Ripassa Zenato)

(Kawża T-154/11)

2011/C 139/47

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zenato Azienda Vitivinicola Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camera di Commercio Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara bħala ammissibbli dan ir-rikors flimkien mal-annessi relattivi

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (punti 1, 2 u 3 tad-dispożittiv) fil-parti fejn din tilqa’ r-rikors, tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad b’mod sħiħ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tikkundanna lill-applikant għall-ispejjeż sostnuti mill-opponent fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u fir-rikors

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade Mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “RIPASSA ZENATO” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 877 865), għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Camera di Commercio Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Taljan “RIPASSO” (Nru 682 213) għall-prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Rifjut tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda b’mod sħiħ

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09.