22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Rikors imressaq fid-19 ta' Lulju 2007 — Eurosemillas vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-271/07)

(2007/C 223/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eurosemillas, SA (Cordoba, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens għad-danni, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 2 661 427;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.