18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 111/1


It-Tnejn 16 ta’ Jannar 2012
MINUTI TAS-SEDUTA TAS-16 TA’ JANNAR 2012

2012/C 111 E/01

Werrej

1.

Tkomplija tas-sessjoni

2.

Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

3.

Kompożizzjoni tal-Parlament

4.

Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

5.

Dokumenti mressqa

6.

Petizzjonijiet

7.

Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

8.

Tħabbira tal-kandidati għall-elezzjoni għall-kariga ta’ President

9.

L-aġenda tas-seduta li jmiss

10.

Għeluq tas-seduta

REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

MINUTI TAS-SEDUTA TAS-16 TA’ JANNAR 2012

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK

President

1.   Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 18.05.

2.   Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel id-dikjarazzjonijiet tiegħu.

Huwa semma l-mewt tal-ġurnalista Franċiż Gilles Jacquier, maqtul bix-xrapnel ta’ balla f'Ħoms, fis-Sirja, fil-11 ta’ Jannar. Huwa fakkar kif is-sena l-oħra aktar minn 100 ġurnalista sfaw maqtula waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Huwa semma n-nawfraġju tal-vapur tal-passiġġieri Costa Concordia fuq l-ixtut Taljani fit-13 ta’ Jannar, li wassal għal tal-anqas sitt persuni mejta, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familji tal-vittmi.

Huwa ta omaġġ lil Manuel Fraga Iribarne, membru antik tal-Parlament Ewropew, li miet ilbieraħ, il-15 ta’ Jannar, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familja tiegħu.

Fl-aħħar nett, huwa fakkar il-memorja ta’ Václav Havel, li miet fit-18 ta’ Diċembru 2011.

Il-Parlament osserva minuta ta’ silenzju.

3.   Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ José Manuel García-Margallo y Marfil, b'seħħ mid-data 21 ta’ Diċembru 2011.

Billi din il-kariga, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew b'sufraġju universali dirett mhux kompatibbli mal-kariga ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlement, bi qbil mal-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4 tar-Regoli ta’ Proċedura, avża li s-siġġu tiegħu kien vakanti b'effett mill-21 ta’ Diċembru 2011 u informa lill-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Íñigo Méndez de Vigo, b'seħħ mid-data 23 ta’ Diċembru 2011.

Billi din il-kariga, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew b'sufraġju universali dirett mhux kompatibbli mal-kariga ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlement, bi qbil mal-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4 tar-Regoli ta’ Proċedura, avża li s-siġġu tiegħu kien vakanti b'effett mit-23 ta’ Diċembru 2011, u informa lill-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Maria Auxiliadora Correa Zamora minflok José Manuel García-Margallo y Marfil bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 13 ta’ Jannar 2012.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Juan Naranjo Escobar minflok Íñigo Méndez de Vigo bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 13 ta’ Jannar 2012.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Maria Auxiliadora Correa Zamora u Juan Naranjo Escobar jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet marbuta ma’ din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħlu fil-kariga fil-Parlament ikunu għamlu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew.

*

* *

Ilda Figueiredo avżat bil-miktub ir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mit-18 ta’ Jannar 2012.

Michail Tremopoulos avża bil-miktub ir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mit-2 ta’ Frar 2012.

Elizabeth Lynne avżat bil-miktub ir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-4 ta’ Frar 2012.

B'konformità mal-Artikolu 4, Paragrafu 1 tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament ħa nota tat-tbattil tas-siġġijiet tagħhom minn dawn id-dati u għarraf lill-Istati Membri kkonċernati.

*

* *

Bid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-għamla tal-Parlament Ewropew sat-tmiem tal-leġiżlatura 2009-2014, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ħatru lil Daniël van der Stoep biex jimla s-siġġu allokat lill-Pajjiżi l-Baxxi, b'seħħ mill-15 ta’ Diċembru 2011.

L-awtoritajiet kompetenti de l'Espagne kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Ana Miranda minflok Oriol Junqueras Vies bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 1 ta’ Jannar 2012.

L-awtoritajiet kompetenti de la France kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Younous Omarjee minflok Elie Hoarau bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 4 ta’ Jannar 2012.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Daniël van der Stoep, Ana Miranda et Younous Omarjee jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet marbuta ma’ din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħlu fil-kariga fil-Parlament ikunu għamlu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew.

4.   Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1)

mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura)

(O-000239/2011) imressqa minn Maria do Céu Patrão Neves f'isem il-Grupp PPE, Luis Manuel Capoulas Santos f'isem il-Grupp S&D, u James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Żbilanċi fil-katina tal-provvista tal-ikel (B7-0675/2011);

(O-000302/2011) imressqa minn Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Trasparenza u ekwità fil-katina tal-provvista tal-ikel (B7-0676/2011);

(O-000001/2012) imressqa minn Rolandas Paksas u Juozas Imbrasas f'isem il-Grupp EFD, lill-Kummissjoni: Żbilanċi fil-katina tal-provvista tal-ikel (B7-0021/2012).

2)

dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Dominique Vlasto, Sonia Alfano, Raül Romeva i Rueda u Marc Tarabella, dwar Programm Ewropew ta’ tindif tax-xmajjar u taż-żoni kostali kkontaminati mill-poliklorobifenil (PCB) (0001/2012);

Sabine Lösing, Sonia Alfano, Ana Gomes u Rui Tavares, dwar l-użu ta’ ajruplani mingħajr piloti għal qtil immirat (0002/2012);

Gabriele Albertini, Lena Kolarska-Bobińska, Ioan Mircea Pașcu, Niccolò Rinaldi u David-Maria Sassoli, dwar l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ Jum Ewropew ta’ Tifkira tal-Ġusti (0003/2012).

5.   Dokumenti mressqa

Tressqu dawn id-dokumenti li ġejjin:

1)

mill-kumitati parlamentari, xi rapporti:

*Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) (13895/2011 - C7-0302/2011 - 2011/0188(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0004/2012)

*Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali (13894/2011 - C7-0303/2011 - 2011/0191(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0005/2012)

***Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, u li jistupula l-arranġamenti proċedurali relatati miegħu (09138/2011 - C7-0163/2011 - 2011/0050(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Brian Simpson (A7-0391/2011)

Rapport dwar l-emenda għall-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja (2011/2168(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Stanimir Ilchev (A7-0399/2011)

Rapport dwar il-katina ta’ forniment tal-prodotti agrikoli: struttura u implikazzjonijiet (2011/2114(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: José Bové (A7-0421/2011)

Rapport fuq is-sitwazzjoni tan-nisa fi żmien ta’ gwerra (2011/2198(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Norica Nicolai (A7-0429/2011)

Rapport dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini (2011/2148(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Aldo Patriciello (A7-0431/2011)

***IRapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (COM(2011)0516 - C7-0226/2011 - 2011/0223(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Louis Michel (A7-0441/2011)

Rapport dwar kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE b'appoġġ għall-objettiv ta’ aċċess universali għall-enerġija sal-2030 (2011/2112(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Norbert Neuser (A7-0442/2011)

***Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (13238/2011 - C7-0242/2011 - 2010/0132(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Brian Simpson (A7-0448/2011)

***Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (09737/2011 - C7-0202/2011 - 2011/0090(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0450/2011)

2)

mill-Membri, mozzjoni għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Sandra Kalniete u Vytautas Landsbergis. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar għeluq l-20 sena mill-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika (B7-0733/2011)

irreferut

responsabbli: AFET

opinjoni: LIBE

6.   Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta’ Proċedura:

 

Data: 9 ta’ Jannar 2012

Manfred Sachse (2 firem) (no 1301/2011); Jean MORTES (no 1302/2011); Ioannis Chatzisavvas (no 1303/2011); Leszek Surowiec (no 1304/2011); Christopher Hargreaves (no 1305/2011); Stanisław Nienaltowski (no 1306/2011); Rudolf Walke (no 1307/2011); Przemysaw Kosowski (no 1308/2011); Dieter Krapp (no 1309/2011); Silke Scheutzow (no 1310/2011); Brigitte Michels (no 1311/2011); Kazimierz Zwolicki (Krajowy Związek Plantatorów Tytoniu) (no 1312/2011); Zbigniew Durkalec (21 firma) (no 1313/2011); Jean-Marie Taga Fosso (no 1314/2011); Wojciech Zaglewski (Komitet Obywatelski ds Praworządności i Walki z Korupcją) (no 1315/2011); Stanisław Habdas (Komitet Obywatelski ds Praworządności i Walki z Korupcją) (no 1316/2011); Lesław Hardziej (Spoleczny Komitet Obrony Bezrobotnych) (6 firem) (no 1317/2011); Muller Halina Nalewajk (no 1318/2011); Peter Haase (Deutsches Institut fur antibiotika-, gentechnik- und giftfreie krebspräventive Selbstversorgung) (no 1319/2011); Zygmunt Cakala (no 1320/2011); Massimo Pradella (Organisation internationale pour la protection des animaux) (112 683 firma) (no 1321/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1322/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1323/2011); Izsák-Bács Jeremias (Magyarországi Anabaptista Misszió, Magyar Keresztény Mennonita Egyház) (no 1324/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1325/2011); Moritz Diehl (KATHOLIEKE UNIVERSITEIT LEUVEN - FACULTY OF ENGINEERING DEPARTMENT OF ELECTRICAL ENGINEERING (ESAT-SCD) (60 firma) (no 1326/2011); Trevor Mayes (no 1327/2011); Eduardo José Rodríguez Trujillo (no 1328/2011); Vasil Kadrinov (132 firma) (no 1329/2011); Agyeman Badu (GHANA NATIONALS ASSOCIATION PORDENONE BRANCH) (no 1330/2011); Giovanni Passerini (Circolo Legambiente “IL PLATANO”) (2 firem) (no 1331/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1332/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1333/2011); Bogusław Berliński (no 1334/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1335/2011); Rudolf Karlberger (no 1336/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1337/2011); Katja Braas (no 1338/2011); Martin Jais (no 1339/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1340/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1341/2011); Rosemarie Hennecke-Gramatzki (Colectivo Ornitológico Cigüeña Negra) (no 1342/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1343/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1344/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1345/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1346/2011); Anselma Guillermina Gómez Angulo (no 1347/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1348/2011); Alexandru Măgurean (177 firma) (no 1349/2011); Thomas Bartl (no 1350/2011); Christian Frener (no 1351/2011); Georg Pichler (no 1352/2011); Dimitar Dimitrov (no 1353/2011); Günter Dillikrath (no 1354/2011); Stefan Juranek (no 1355/2011); Markus Tilli (no 1356/2011); Klaus Jager (no 1357/2011); Annemarie Grosshans (no 1358/2011); Andreas Piechotta (no 1359/2011); (Isem kunfidenzjali) (no 1360/2011); Roswitha Jost (no 1361/2011); Jurgen Bauschmann (PRO SCHNEEBERG) (no 1362/2011); Karin Waringo (no 1363/2011); Maria Megna (Comitato “Cittadini contro l'Amianto”) (no 1364/2011); Jiří Focht (ZA ROZVOJ KRUŽBERKA) (2 firem) (no 1365/2011).

 

Data: 13 ta’ Jannar 2012

Simon Schutz (Amnesty International Maastricht Students - Group 560) (101 firma) (no 1366/2011); Giorgios Toussas (Komunistiko Komma Elladas) (no 1367/2011); Klaus Krapoll (no 1368/2011); Manfred Gehl (no 1369/2011); Anna Martišková (45 firma) (no 1370/2011); Béla György (no 1371/2011).

7.   Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta’ Settembru I u Settembru II hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

8.   Tħabbira tal-kandidati għall-elezzjoni għall-kariga ta’ President

Il-President informa lill-Parlament li rċieva, skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regoli ta’ Proċedura, il-kandidatura tal-Membri Nirj Deva, Martin Schulz u Diana Wallis.

9.   L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 477.709/PDOJ).

10.   Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 18.15.

Klaus Welle

Segretarju Ġenerali

Martin Schulz

President


It-Tnejn 16 ta’ Jannar 2012
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Albertini, Albrecht, Alfonsi, Alvaro, Alves, Andreasen, Angelilli, Angourakis, Antonescu, Arlacchi, Arsenis, Atkins, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Bach, Badia i Cutchet, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Batten, Bearder, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlinguer, Besset, Bilbao Barandica, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Böge, Bokros, Bonsignore, Borghezio, Boștinaru, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Bratkowski, Brepoels, Brons, Brzobohatá, Bullmann, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Cancian, Caronna, Casini, Caspary, Castex, Cavada, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Claeys, Cochet, Coelho, Cofferati, Colman, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correa Zamora, Correia De Campos, Silvia Costa, Cozzolino, Cramer, Crețu, Creutzmann, Crocetta, Cutaș, Cymański, Czarnecki, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Daul, David, Davies, De Angelis, De Castro, De Keyser, Delli, Delvaux, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, El Khadraoui, Enciu, Engel, Eppink, Ertug, Evans, Fajon, Falbr, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Fisas Ayxela, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Foster, Fox, Gahler, Gál, Gallagher, Garcés Ramón, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Girling, Glante, Goebbels, Goerens, Göncz, Gräßle, Grelier, Grèze, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gustafsson, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Fiona Hall, Händel, Hankiss, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hökmark, Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Iacolino, Ibrisagic, Irigoyen Pérez, Iturgaiz Angulo, Ivan, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Johansson, Jordan Cizelj, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Kasoulides, Kastler, Kelam, Kiil-Nielsen, Kirilov, Klaß, Kleva, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Koppa, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Kovatchev, Kowal, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, Langen, La Via, Lechner, Le Hyaric, Leichtfried, Lepage, Liberadzki, Lichtenberger, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, López Aguilar, Ludford, Ludvigsson, Lulling, McCarthy, McGuinness, McIntyre, McMillan-Scott, Madlener, Malinov, Mann, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Mastella, Matera, Mathieu, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mazej Kukovič, Meissner, Merkies, Louis Michel, Milana, Miranda, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morin-Chartier, Morvai, Mulder, Murphy, Muscardini, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Nicholson, Niculescu, Niebler, Nilsson, van Nistelrooij, Obermayr, Obiols, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Ortiz Vilella, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pașcu, Paška, Patrão Neves, Paulsen, Perello Rodriguez, Peterle, Pirillo, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Posselt, Poupakis, Preda, Prendergast, Prodi, Protasiewicz, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Repo, Ries, Riquet, Roatta, Roithová, Romeva i Rueda, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Saïfi, Salatto, Salavrakos, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Martin Schulz, Werner Schulz, Schwab, Scurria, Sedó i Alabart, Seeber, Sehnalová, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sippel, Siwiec, Skrzydlewska, Skylakakis, Sógor, Søndergaard, Sosa Wagner, Speroni, Stadler, Staes, Stassen, Stavrakakis, Steinruck, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Strejček, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szájer, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Terho, Thein, Theocharous, Thyssen, Țicău, Toia, Tőkés, Trautmann, Trematerra, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trzaskowski, Tsoukalas, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Vadim Tudor, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Vaughan, Vergnaud, Vlasák, Vlasto, Wallis, Watson, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Westlund, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Wortmann-Kool, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Zver, Zwiefka