22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2016 – Paice vs EUIPO – Blackmore (DEEP PURPLE)

(Kawża T-328/16)

(2016/C 305/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ian Paice (Londra, ir-Renju Uit) (rappreżentanti: M. Engelman, Barrister u J. Stephenson, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 736/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, fi kwalunkwe mod li tara xieraq, jiġifieri li t-trade mark tiġi miċuda kollha hemm hija fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikkorent fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.