2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/20


Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fit-12 ta’ Jannar 2015 – La Chaine hôtelière La Frontière, Shotef SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-1/15 SA)

(2015/C 073/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La Chaine hôtelière La Frontière, Shotef SPRL (rappreżentant: J. Steyt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;

Għaldaqstant:

prinċipalment, tawtorizza lir-rikorrenti sabiex iżżomm fis-seħħ u teżegwixxi l-mandat ta’ qbid diġà maħruġ u sabiex toħroġ mandati ta’ qbid oħra indirizzati lill-Unjoni Ewropea/lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-somom, flus, oġġetti ta’ valur jew oġġetti ġenerali oħra li hija għandha jew għad irid ikollha, li huma dovuti jew li għad iridu jkunu dovuti minnha, u li jappartjenu jew li huma dovuti taħt kwalunkwe titolu u għal kwalunkwe raġuni lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

sussidjarjament, tawtorizza lir-rikorrenti sabiex iżżomm fis-seħħ u teżegwixxi l-mandat ta’ qbid diġà maħruġ u sabiex toħroġ mandati ta’ qbid oħra indirizzati lill-Unjoni Ewropea/lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-somom, flus, oġġetti ta’ valur jew oġġetti ġenerali oħra li hija għandha jew għad irid ikollha, li huma dovuti jew li għad iridu jkunu dovuti minnha, u li jappartjenu jew li huma dovuti minħabba kuntratt irregolat mid-dritt privat lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

F’kull każ:

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.