6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija li tirrigwarda s-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1162/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn il-punti segwenti għandhom jkunu miżjuda wara l-punt 54zzzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2010) fil-Kapitolu XII tal-Anness II mal-Ftehim:

“54zzzzu.

32010 R 1161: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija li tirrigwarda s-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 59),

54zzzzv.

32010 R 1162: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1162/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 61).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1161/2010 u (UE) Nru 1162/2010 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

(2)  ĠU L 326, 10.12.2010, p. 59.

(3)  ĠU L 326, 10.12.2010, p. 61.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.