30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2016 – Christian Ferenschild vs1 JPC Motor SA

(Kawża C-133/16)

(2016/C 191/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Ferenschild

Konvenuta: JPC Motor SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 5(1) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali interpretata fis-sens li tippermetti, li għall-oġġetti użati, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-konsumatur tiskadi qabel it-tmiem tat-terminu ta’ sentejn, li jibdew jiddekorru mill-kunsinna tal-oġġett li ma jikkonformax mal-kuntratt, meta l-bejjiegħ u l-konsumatur ikunu ftehmu fuq terminu ta’ garanzija ta’ inqas minn sentejn?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.