17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/11


Rikors ippreżentat ft-13 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju

(Kawża C-421/12)

2012/C 355/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Belġju

Talbiet

Tikkonstata li:

billi eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-5 ta’ Ġunju 2007 li tittrasponi d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali (1) lill-membri ta’ professjoni liberali kif ukoll lid-dentisti u lill-fiżjoterapisti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d) tal-imsemmija direttiva;

billi żamm fis-seħħ l-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-6 ta’ April 2010 dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumaturi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali;

billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 4(3) tal-Liġi tal-25 ta’ Ġunju 1993 dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli u marbuta mal-fieri kif introdott bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-4 ta’ Lulju 2005 li temenda l-Liġi tal-25 ta’ Ġunju 1993 dwar l-eżerċiżżju ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali pubbliċi, kif ukoll il-punt 4 tal-paragrafu 1 tad-Digriet Irjali tal-24 ta’ Settembru 2006, dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE skada fit-12 ta’ Ġunju 2007.


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)