30.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 370/2010

tad-29 ta’ April 2010

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), u partikolarment l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

L-applikazzjonijiet imressqa għas-sena tal-kwota 2010/2011 jkopru kwantitajiet li jaqbżu dawk disponibbli. B’konsegwenza ta’ dan, għandhom jiġu ffissati koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti b’applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li ġejjin:

0,631009 għall-applikazzjonijiet imressqa għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009,

0,567088 għall-applikazzjonijiet imressqa għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.