1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2011

tat-28 ta' Frar 2011

dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (UE) Nru 68/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2011 tat-28 ta' Jannar 2011 dwar l-iffissar bil-quddiem tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq tal-majjal. Huwa mistenni li l-prezzijiet jistabilizzaw temporanjament.

(2)

L-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal għalhekk għandu jintemm u d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 68/2011.

(3)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) Nru 68/2011 għandu jiġi mħassar.

(4)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas- Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal ipprovduta fir-Regolament (UE) Nru 68/2011 għandha tkun l-4 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 68/2011 huwa mħassar mill-4 ta' Marzu 2011. Madanakollu, għandu jibqa' japplika għall-kuntratti konklużi skont dak ir-Regolament imħassar qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 26, 29.1.2011, p. 2.