4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 232/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4913 — Euraleo/Capitoloquattro/Sirti)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 232/09)

1.

Fil-25 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Euraleo S.r.L (“Euraleo”, l-Italja) u Capitoloquatro S.p.A. (“Capitoloquatro”, l-Italja), kumpanija li hija effettivament hi kkkontrollata minn Edizione Holding, takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Sirti S.p.A.(“Sirti”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Euraleo: investiment t'ekwità privata,

għal Capitoloquatro: investiment t'ekwità privata,

għal Sirti: Forniment ta' sistemi u netwerks tat-telekomunikazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4913 — Euraleo/Capitoloquatro/Sirti, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.