2004R0866 — MT — 27.06.2008 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 866/2004

tad-29 ta' April 2004

dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 ma' l-Att ta' l-Adeżjoni

(ĠU L 206, 9.6.2004, p.51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 293/2005 tas-17 ta' Frar 2005

  L 50

1

23.2.2005

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2005 tat-18 ta' April 2005

  L 99

10

19.4.2005

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1283/2005 tat-3 ta' Awissu 2005

  L 203

8

4.8.2005

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 587/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008

  L 163

1

24.6.2008




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 866/2004

tad-29 ta' April 2004

dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 ma' l-Att ta' l-Adeżjoni



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 10 dwar Ċipru ma' l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustament għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 dwar iż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru ( 2 ) ma' l-Att ta' l-Adeżjoni msemmi, u b'mod partrikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew issottolinja b'mod ripetut il-preferenza qawwija tiegħu għall-adeżjoni minn Ċipru magħqud mill-ġdid. B'dispjaċir għadha ma ntlaħqitx soluzzjoni komprensiva. Skond il-paragrafu 12 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Copenhagen, fis-26 ta' April 2004 il-Kunsill iddeskriva fil-qosor il-pożizzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni korrenti fil-gżira.

(2)

Sakemm tinħoloq soluzzjoni, l-applikazzjoni ta' l-acquis ma' l-adeżjoni ikollha għalhekk tiġi sospiża skond l-Artikolu 1(1) tal-Protokoll 10, fiż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(3)

Skond l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 10, din is-sospensjoni tagħmilha meħtieġa li jiġu pprovvduti t-termini li fuqhom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet ta' l-UE fuq il-linja bejn iż-żoni msemmija hawn fuq u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jeżerċita kontroll effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' dawn ir-regoli, l-applikazzjoni tagħhom trid tiġi estiża għall-konfini bejn iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax il-kontroll effettiv u ż-Żona tal-Bażi Sovran tal-Lvant tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq.

(4)

Ġaladarba l-linja msemmija hawn fuq ma tikkostitwix fruntiera esterna ta' l-UE, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali li jirrigwardaw il-qsim ta' l-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni, li r-responsabbiltà primarja għalihom tappartjieni lir-Repubboika ta' Ċipru. Billi ż-żoni msemmija hawn fuq huma temporanjament ‘il barra mit-territorju tad-dwana u fiskali tal-Komunità u ‘l barra miż-żona tal-libertà, tal-ġustizzja u tas-sigurtà, ir-regoli speċjali għandhom jiżguraw standard ekwivalenti ta' protezzjoni tas-sigurtà għall-UE rigward l-immigrazzjoni illegali u t-teħdid għall-ordni pubblika, u l-interessi ekonomiċi tagħha safejn u sakemm jirrigwarda l-moviment ta' l-oġġetti. Sakemm ikun disposnibbli t-tagħrif suffiċjenti rigward l-istat tas-saħħa ta' l-annimali fiż-żoni msemmija hawn fuq, il-moviment ta' l-annimali u tal-prodotti mill-annimali irid jiġi pprojbit.

(5)

L-Artikolu 3 tal-Protokoll 10 jiddikjara b'mod espliċitu li l-miżuri li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni msemmija hawn fuq ma humiex impeduti bis-sospenzjoni ta' l-acquis. Dan ir-regolment huwa maħsub għalbiex jiffaċilita l-kummerċ u rabtiet oħra bejn iż-żoni msemmija hawn fuq u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jeżerċita l-kontroll effettiv, filwaqt li jiżgura illi jinżammu l-istandards approprjati tal-protezzjoni kif iddikjarati hawn fuq.

(6)

Fejn jidħlu l-persuni, il-politika tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru korrentement tippermetti il-qsim tal-linja miċ-ċittadini kollha tar-Repubblika, taċ-ċittadini ta' l-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu daħlu fil-gżira miż-Żoni Kkontrollati mill-Gvern.

(7)

Filwaqt li jitqies it-tħassib leġittimu tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, huwa meħtieġ li ċ-ċittadini ta' l-UE jiġi megħjuna li jeżeċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment ħieles ġewwa l-UE u jiġu ffissati regoli minimi sabiex jitwettqu kontrolli fuq il-persuni fuq il-linja u li tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tagħha, sabiex tiġi kkumbattuta l-immigrazzjoni illegali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kif ukoll kull tehdida għas-sigurtà pubblika u għall-politika pubblika. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti l-kondizzjnijiet li fuqhom iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jitħallew jaqsmu l-linja.

(8)

Fejn jidħlu l-kontrolli fuq il-persuni, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 3, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu.

(9)

Dan ir-Regolamentr ma jaffettwa bl-ebda mod il-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti fiż-żona kuxxinett.

(10)

Ġaladarba kull bidla fil-politika tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru rigward il-linja tista' toħloq problemi tal-kompatibbilità mar-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, dawn il-bidliet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, qabel ma jidħlu fis-seħħ, sabiex titħalla tieħu l-inizjattivi approprjati hekk li jiġu evitati l-inkonsistenzi.

(11)

Il-Kummussjoni għandha titħalla wkoll temenda l-Annessi I u II ma' dan ir-Regolament bil-ħsieb li twieġeb għall-bidliet li jistgħu jiġru u jeħtieġu azzjoni immedjata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



IT-TITOLU I

ID-DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Id-Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. it-terminu “linja” ifisser:

(a) għall-għanijiet tal-kontrolli fuq il-persuni, kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-linja bejn iż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern ta' Ċipru ma jeżerċitax il-kontroll effettiv;

(b) għall-għanijiet tal-kontrolli fuq l-oġġetti, kif iddefiniti fl-Artikolu 4, il-linja bejn iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax il-kontroll effettiv u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern ta' Ċipru jeżerċita l-kontroll effettiv u ż-Żona tal-Bażi Sovran tal-Lvant tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq;

2. it-terminu “ċittadin ta' pajjiż terz” ifisser kull persuna li mhix ċittadin ta' l-Unjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat.

Ir-Referenzi f'dan ir-Regolament għaż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax il-kontroll effettiv huma ż-żoni ġewwa r-Repubblika ta' Ċipru biss.



IT-TITOLU II

IL-QSIM (TAL-LINJA) MILL-PERSUNI

Artikolu 2

Il-Kontroll fuq il-Persuni

1.  Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha twettaq kontrolli fuq il-persuni kollha li jaqsmu l-linja bil-għan li tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u għalbiex tikxef u tippreVjieni kull tehdida għas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu wkoll fuq il-vetturi u l-oġġetti fil-pussess tal-persuni li jaqsmu l-linja,

2.  Il-persuni kollha għandhom jgħaddu minn mill-imnqas kontroll wieħed għalbiex tiġi stabbilita l-identità tagħhom.

3.  Iċ-ċittadini tal-pajjiġi terzi għandhom jitħallew jaqsmu l-linja biss sakemm:

(a) ikunu fil-pussess jew ta' permess tar-residenza maħruġ mir-Repubblika ta' Ċipru jew dokument validu tal-vjaġġ u, jekk meħtieġa, viża valida għar-Repubblika ta' Ċipru, u

(b) ma jippreżentawx tehdid għall-poltika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.

4.  Il-linja għandha tinqasam biss fil-punti tal-qsim awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Ċipru. Lista ta' dawn il-punti tal-qsim hija stabbilita fl-Anness I.

5.  Il-kontrolli fuq il-persuni fuq il-konfini bejn iż-Żoni tal-Bażi Sovran tal-Lvant u ż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll 3 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni.

Artikolu 3

Is-sorveljanza tal-linja

Sorveljanza effettiva għandha titwettaq mir-Repubblika ta' Ċipru matul il-linja kollha, hekk illi tiskoraġġixxi lill-persuni milli jaħarbu mill-kontrolli fil-punti tal-qsim riferiti fl-Artikolu 2(4).



IT-TITOLU III

IL-QSIM (TAL-LINJA) MILL-OĠĠETTI

Artikolu 4

It-trattament ta' l-oġġetti li jaslu miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-oġġetti jistgħu jiddaħħlu fiż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, bil-kondizzjoni li jkunu nkisbu għal kollox miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, jew ikunu għaddew l-aħħar proċess tagħhom, sostanzjali u ġġustifikat ekonomikament jew jaħdmu f'impriża mgħammra għal dan il-għan fiż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru fit-tifsira ta' l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2913/92 ( 3 ).

▼M4

2.  L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni tad-dwana. Huma m’għandhomx ikunu soġġetti għal dazji tad-dwana jew għal ħlasijiet b’effett ekwivalenti. Sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi, il-kwantitajiet li jaqsmu l-linja għandhom jiġu rreġistrati.

▼B

3.  L-oġġetti għandhom jaqsmu l-linja biss fil-punti tal-qsim elenkati fl-Anness I u l-punti tal-qsim ta' Pergamos u Strovilia taħt l-awtorità taż_żona tal-Bażi Sovran tal-Lvant.

4.  L-oġġetti għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet u għandhom jgħaddu mill-kontrolli kif meħtieġa mil-leġislazzjoni Komunitarja kif iddikjarati fl-Anness II.

5.  L-oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ Torka Ċiprijotta, awtorizzat kif mistħoqq għal dan il-għan mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, jew minn korp ieħor hekk awtorizzat bi ftehim ma' dan ta' l-aħħar. Il-Kamra tal-Kummerċ Torka Ċiprijotta jew korp ieħor awtorizzat kif mistħoqq iridu jżommu reġistri ta' dawn id-dokumenti kollha maħruġa għalbiex jgħinu lill-Kummissjoni li timmonitorja t-tip u l-volum ta' l-oġġetti li jaqsmu l-linja kif ukoll il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

6.  Wara li l-oġġetti jku nu qasmu l-linja għal ġewwa ż-żoni taħt il-kntroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika ta' Ċipru għandhom jiċċekkjaw l-awtentiċità tad-dokument riferit fil-paragrafu 5 u jekk jikkorrispondix mal-kunsinna.

7.  Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha tittratta l-oġġetti riferiti fil-paragrafu 1 bħala li mhumiex importati fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE ( 4 ) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE ( 5 ), sakemm l-oġġetti jkunu ddestinati għall-konsum ġewwa r-Repubblika ta' Ċipru.

8.  Il-paragrafu 7 ma għandu jkollu l-ebda effett fuq ir-riżorsi nfushom tal-Komunitajiet Ewropej li jdaħħlu mill-VAT.

▼M1

9.  Il-moviment min-naħa għall-oħra tal-linja ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti ta’ l-annimali li huma soġġetti għall-ħtiġiet veterinarji Komunitarji għandhom ikunu projbiti. Projbizzjonijiet fir-rigward ta’ annimali ħajjin jew prodotti ta’ l-annimali speċifikati jistgħu jitneħħew permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

▼B

10.  L-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovran tal-Lvant jista' jżomm il-provvista tradizzjonali tal-popolazzjoni Torka Ċiprijotta tal-villaġġ ta' Pila bl-oġġetti li jkunu ġejjin minn żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubboika ta' Ċipru. Dawn għandhom jissorveljaw b'mod strett il-kwantitajiet u n-natura ta' l-oġġetti rigward id-destinazzjoni tagħhom.

11.  L-oġġetti li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafi minn 1 sa 10 għandu jkollhom l-istatus ta' oġġetti Komunitarji, fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 2913/92.

12.  Dan l-Artikolu għandu japplika b'mod immedjat sa mill-1 ta' Mejju 2004 għall-oġġetti miksuba għal kollox fiż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u jikkonformaw ma' l-Anness II. Rigward l-oġġetti l-oħra, l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan l-Artikolu għandha tkun bla ħsara għar-regoli speċifiċi li jqisu għal kollox is-sitwazzjoni partikolari fil-gżira ta' Ċipru fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li trid tiġi adottata malajr kemm jista' jkun u l-iktar tard sa żmien xahrejn mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat u għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ( 7 ).

▼M4

Artikolu 4a

Dħul temporanju ta’ oġġetti

1.  Bl-eċċezzjoni ta’ l-oġġetti li huma soġġetti għal ħtiġiet veterinarji u fitosanitarji, l-oġġetti li ġejjin jistgħu jiddaħħlu temporanjament miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipra jeżerċita kontroll effettiv:

(a) L-oġġetti personali tal-persuni li jaqsmu l-linja meħtieġa b’mod raġonevoli għall-vjaġġ u l-oġġetti għal finijiet sportivi;

(b) mezzi ta’ trasport;

(ċ) tagħamir professjonali;

(d) oġġetti destinati għat-tiswija;

(e) oġġetti biex jiġu eżibiti jew użati f’avveniment pubbliku.

2.  L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddaħħlu għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

3.  L-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ma jeħtiġux li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 4(1).

4.  Jekk l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ma jerġgħux lura fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv wara l-iskadenza tal-perijodu tad-dħul temporanju previst fil-paragrafu 2, dawn għandhom ikunu soġġetti għal konfiska mill-awtoritajiet tad-dwana tar-Repubblika ta’ Ċipru.

5.  Fl-eventwalità tad-dħul temporanju ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 229, 232, 579 u 581 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 8 ) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Fl-eventwalità tad-dħul temporanju ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

(a) l-oġġetti għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mill-persuna li tkun qed iddaħħalhom li ssemmi l-għan tad-dħul temporanju u billi tforni d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, kif xieraq, billi tagħti evidenza raġonevoli li l-oġġetti jaqgħu f’waħda mit-tliet kategoriji elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) l-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati mill-awtoritajiet tad-dwana tar-Repubblika ta’ Ċipru jew mill-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant meta jidħlu u joħorġu miż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv jew miż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant;

(ċ) l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant jistgħu jagħmlu d-dħul temporanju ta’ l-oġġetti fuq kondizzjoni li tingħata garanzija sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dejn tad-dwana jew fiskali li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti jitħallsu.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli speċifiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(12).

▼B

Artikolu 5

L-oġġetti mibgħuta lejn iż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru

1.  L-oġġetti li jitħallew jaqsmu l-linja ma għandhomx ikunu bla ħsara għall-formalitajiet ta' l-esportazzjoni. Madankollu, għandha tiġi pprovvduta d-dokumentazzjoni meħtieġa u ekwivalenti, b'rigward sħiħ għall-leġislazzjoni interna Ċiprijotta, mill-awtoritajiet ta-Repubblika ta' Ċipru fuq talba.

2.  L-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha titħallas għall-oġġetti agrikoli u l-oġġetti agrikoli pproċessati meta jaqsmu l-linja.

3.  Il-provvista ta' l-oġġetti ma għandhiex tkun eżantata skond l-Artikolu 15(1) u (2) tad-Direttiva 77/388/KEE.

4.  Għandu jiġi pprojbit il-moviment ta' l-oġġetti, li t-tneħħija jew l-esportazzjoni tagħhom mit-territorju Komuntarju tad-dwana huma pprojbiti jew bla ħsara għal awtorizzazzjoni, restrizzjonijiet, dazji jew imposti oħra fuq l-esportazzjoni skond il-liġijiet Komunitarji.

▼M1

Artikolu 6

▼M4

1.  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta’ Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b’Liġi, Regolament jew Azzjoni Amministrattiva relatata ma’ l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali ( 9 ) u r-Regolament (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali ( 10 ) m’għandhomx japplikaw, iżda l-oġġetti fil-bagalji personali ta’ persuni li jaqsmu l-linja għandhom jiġu eżentati mit-taxxa fuq il-bejgħ u mit-taxxa tas-sisa kif ukoll minn dazji oħra sakemm ma jkollhom l-ebda karattru kummerċjali u l-valur totali tagħhom ma jeċċedix l-EUR 260 għal kull persuna.

2.  Il-limiti kwantitattivi għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ u mid-dazju tas-sisa kif ukoll minn dazji oħra għandhom ikunu ta’ 40 sigarett u ta’ litru ta’ spirti għall-konsum personali.

▼M1

3.  Eżenzjonijiet għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jingħataw lil persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja li huma taħt is-17-il sena.

4.  Fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fil-paragarafu 2, il-valur tal-merkanzija elenkata fil-paragrafu 2 m’għandhiex tittieħed in kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni ta’ l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5.  Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji f’settur speċifiku ta’ l-ekonomija tagħha kkawżat mill-użu estensiv tal-faċilitajiet minn persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja r-Repubblika ta’ Ċipru tista’, wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, tidderoga mill-Artikolu 6(1) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.

▼B



IT-TITOLU IV

IS-SERVIZZI

Artikolu 7

It-Tassazzjoni

Safen u sakemm is-servizzi jiġu forniti min-naħa l-oħra tal-linja lil u minn persuni stabbiliti fir-Repubblika ta' Ċipru, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu, għall-għanijiet tal-VAT, li jkunu ġew forniti jew irċevuti minn persuni stabbiliti jew li jkollhom l-indirizz permanenti tagħhom jew ir-ridenza tagħhom tas-soltu fiż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru.



IT-TITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

L-Implimentazzjoni

L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru u l-awtoritajiet taż-Żona tal-Bażi Sovran tal-Lvant f'Ċipru għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw il-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex jipprevjienu kull ħarbien minnhom.

Artikolu 9

L-Addattament ta' l-Annessi

The Commission may, in agreement with the Government of Cyprus amend the Annexes to this Regulation. Bi ftehim mal-Gvern ta' Ċipru, il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi ma' dan ir-Regolament. Qabel ma l-Annessi jiġu emendati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kamra tal-Kummerċ Torka Ċiprijotta jew kull korp ieħor awtorizzat kif mistħoqq mill-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru kif riferit fl-Artikolu 4(5), kif ukoll lir-Renju Unit jekk jiġu affettwati ż-Żoni tal-Bażi Sovran. Hija u temenda l-Anness II, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura aproprjata riferita fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti li jkollha x'taqsam mal-materja li tkun qiegħda tiġi emendata.

Artikolu 10

BDIL ta' policy

Il-bidla fil-politika Kull bidla fil-politika tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru dwar il-qsim tal-linja mill-persuni jew l-oġġetti għandha ssir effettiva biss wara li l-bidliet proposti jkunu ġew innotifikti lill-Kummissjoni u l-Kummisjoni ma tkux oġġezzjonat għal dawn il-bidliet fi żmien xahar. Jekk approprjat, u wara konsultazzjoni mar-Renju Unit jew jiġu affettwati ż-Żoni tal-Bażi Sovran, il-Kummissjoni tista' tipproponi modifiki għal dan ir-Regolament sabiex tiżgura l-kompatibbiltà tar-regoli nazzjoni u ta' l-UE applikabbli għal-linja.

Artikolu 11

Ir-rivista u l-monitoraġġ tar-Regolament

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(12), il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill fuq il-bażi ta' kull sena, li tibda mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u s-sitwazzjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li tehmeż ma' dan ir-rapport proposti xierqa għal emendi jekk meħtieġ.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u x-xejriet tal-kummerċ bejn iż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u ż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tiegħu, inklużi l-volum u l-valur tal-kummerċ u tal-prodotti kkumerċjati.

3.  Kull Stat Membru jista' jitlob lill-Kumsill sabiex jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina u tirrapportalu lura fi kwadru taż-żmien speċifikat dwar kull materja ta' tħassib li tinħoloq mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.  L-eventwalità ta' emerġenza li toħloq tehdid jew riskju għas-saħħa pubblika, ta' l-annimali jew tal-pjanti, għandhom japplikaw il-proċeduri approprjati kif iddikjarati fil-leġislazzjoni Komunitarja fl-Anness II. ►M4  Fl-eventwalità ta’ emerġenzi oħra, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn irregolaritajiet, distorzjonijiet kummerċjali jew frodi, jew fejn jinħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali oħrajn li jirrikjedu azzjoni immedjata, il-Kummissjoni tista’, f’konsultazzjoni mal-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru, tapplika minnufih il-miżuri li jkunu strettament meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. ◄ Il-misżuri meħuda għandhom jiġu riferiti lill-Kunsill fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Filwaqt li jaqġixxi b'vot maġġoritarju kkwalifikat, il-Kunsill jista' jemenda, jimmodifika jew ixejjen il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni fi żmien 21 jum tax-xogħol minn meta jirċievi n-notifika mill-Kummissjoni.

5.  Kull Stat Membru jista' jistieden lill-Kummissjoni li tipprovdi dettalji tal-volum, il-valur u l-prodotti li jaqsmu l-linja lill-kumitat approprjat permanenti jew tal-ġestjoni, sakemm jagħti avviż ta' xahar għat-talba tiegħu.

Artikolu 12

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adeżjoni ta' Ċipru ma' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

Lista ta’ postijiet li minnhom taqsam il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(4)

 Agios Dhometios

 Astromeritis – Zodhia

 Kata Pyrgos – Karavostasi

 Kata Pyrgos – Kokkina

 Kokkina – Pachyammos

 Ledra Palace

 Ledra Street

▼B




ANNESS II

Il-ħtiġiet u l-konrolli riferiti fl-Artikolu 4(4)

 Il-ħtiġiet u l-kontrolli veterinarji, fitosanitarja u tas-siġurtà fl-ikel kif iddikjarati fil-miżuri adottati skond l-Artikolu 37 (qabel kien l-Artikolu 43) u/jew l-Artikolu 152.(4)(b) tat-Trattat dwar il-KE. B'mod partikolari, il-pjanti rilevanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jkunu għaddew minn kontrolli fitosanitarji minn esperti awtorizzati kif mistħoqq sabiex jivverifikaw id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni fitosanitarja ta' l-UE (id-Direttuva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 11 ) jitħarsu qabel jaqsmu l-linja lejn iż-żoni taħt il-kontroll effettiv tar-Repubblika ta' Ċipru.



( 1 ) ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 955.

( 2 ) ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 940.

( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.92, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

( 4 ) ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/15/KEE (ĠU L 52, tal-21.2.2004, p. 61).

( 5 ) ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 6 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4.).

( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

( 9 ) ĠU L 133, 4.6.1969, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/74/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6).

( 10 ) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 274/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 1).

( 11 ) ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (ĠU L. 85, tat-23.3.2004, p. 18).