Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 924/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Azzedine Alaïa u El Corte Inglés, SA

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 924/2008‑4), hija annullata peress li l-Bord tal-Appell eskluda mill-analiżi tiegħu dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni l-prodotti fil-klassi 3 li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “fwieħa, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xagħar; toothpaste”.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) El Corte Inglés, SA, l-UASI u Azzedine Alaïa għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.