26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 296/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2015/2163]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 733/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32cb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0733: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 733/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 197, 4.7.2014, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 733/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 197, 4.7.2014, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.