Nista’ nuża informazzjoni minn dan is-sit web?

Skont il-politiki ġenerali dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, iċ-ċittadini u l-kumpaniji jistgħu jużaw materjali tal-Kummissjoni mingħajr ħlas, anke għal finijiet kummerċjali, u mingħajr ma jkollhom jitolbu permess biex jagħmlu dan. Id-dokumenti jistgħu jiġu riprodotti, adattati, tradotti, eċċ.

Madankollu, jistgħu japplikaw xi kundizzjonijiet, bħall-obbligu li jiġi rikonoxxut is-sors jew l-obbligu li ma tinbidilx it-tifsira oriġinali, u l-assenza ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea għal kwalunkwe konsegwenzi li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid.

Hemm ukoll xi eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali tal-politika tal-użu mill-ġdid (eż. logos, softwer). Jekk jogħġbok innota wkoll li l-Kummissjoni ma għandhiex id-drittijiet tal-awtur għall-materjali kollha disponibbli fuq dan il-portal. Din hija r-raġuni għaliex huwa importanti li tiċċekkja l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ pubblikazzjonijiet jew dejta li biħsiebek tuża.

F’ċerti każijiet id-drittijiet tal-awtur għal xi ritratti, mużika, eċċ. f’pubblikazzjoni jappartjenu għal parti terza, u dawn l-elementi ma jistgħux jintużaw mingħajr permess speċifiku.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE hija meqjusa bħala dominju pubbliku. Hija ħieles mid-drittijiet tal-awtur u tista’ terġa’ tintuża mingħajr restrizzjoni, suġġetti biss għall-obbligu li tirrikonoxxi s-sors (kundizzjonijiet simili japplikaw għall-użu ta’ TED, Tenders Electronic Daily). Il-politika tal-użu mill-ġdid huwa deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni. L-għan huwa li tkun appoġġata attività ekonomika ġdida, li jiġi promoss użu u tixrid usa’ ta’ informazzjoni dwar l-UE, li jitkattru l-ftuħ u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE, u li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn għall-utenti. L-użu mill-ġdid jgħin biex jinħolqu l-impjiegi, u, b’mod ġenerali, huwa tajjeb għall-ekonomija Ewropea. Pereżempju, servizzi onlajn innovattivi jistgħu jinbnew fuq il-bażi ta’ dejta miftuħa u pubblikazzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw.

Għal aktar informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ materjali tal-UE, jekk jogħġbok ikkonsulta l-informazzjoni dwar id- 'Drittijiet tal-awtur'.