ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Anness A3 L-abbrevjazzjonijiet
u s-sinjali li jintużaw

1. Titoli ċivili

Sur
Sinjuri
Sinjura
Sinjorina
Dr
Prof.
Eċċ.
Eċċellenza
ET
L-Eċċellenza Tiegħu/Tagħha

Meta tindirizza verbalment jew issejjaħ persuna direttament tużax l-artiklu, eż. “Nista’ nkellmek ftit Sur Borġ?”, “Kemm ilek taħdem magħna Sinjura Borġ?” Iżda meta qiegħed tindirizza ittra lil xi ħadd jew tirreferi għalih/ha fil-kitba jew id-diskors, uża l-artiklu, eż. “Is-Sur Ġanni Borg ta’ Triq il-Qasam, San Ġwann”, “Il-ġimgħa l-oħra rajt lis-Sinjura Cachia”.

2. Unitajiet ta’ kejl

Is-simboli tal-unitajiet ta’ kejl ma jiġux tradotti għall-Malti, iżda jibqgħu kif inhuma għaliex dawk huma simboli internazzjonali. L-unitajiet ta’ kejl u s-sinjali xjentifiċi ma jiħdux il-punt fl-aħħar, ma għandhomx plural u ma jinkitbux eżatt man-numru iżda daħħal spazju fiss (shift, control, space bar) bejniethom.

mm
millimetru
cm
ċentimetru
m
metru (uża m2)
km
kilometru (uża km2)
mg
milligramm
g
gramm
kg
kilogramm
ml
millilitru
l
litru
A
ampere
cd
candela
Hz
hertz (tużax il-ħ Maltija)
V
volt
W
watt
kW
kilowatt
MW
megawatt = 103 kW
kWh
kilowatt-siegħa
MWh
megawatt-siegħa
GWh
gigawatt-siegħa
°C
grad Celsius (tużax iċ-ċ Maltija)

3. Numri ordinali

L-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt, is-seba’, it-tmien, id-disa’ (ikteb in-numri mill-wieħed sad-disgħa b’mod sħiħ).

Iżda l-10, il-11, … il-21, it-22, it-23, l-24, eċċ.

Għaldaqstant tista’ tikteb is-seklu sebgħa jew is-seba’ seklu iżda mhux is-seklu 7 jew is-7 seklu; tista’ tikteb is-seklu 17 jew is-17-il seklu iżda mhux is-seklu sbatax jew is-sbatax-il seklu.

4. Simboli u taqsiriet tal-istatistika

xejn
0
negliġibbli (ġeneralment anqas min-nofs tal-iżgħar unità jew deċimali tat-titolu)
:
ċifra mhux disponibbli jew sigrieta
mhux ugwali għal
*
stima
p
ċifra proviżorja
r
ċifra riveduta
| or —
diskontinwità fis-serje
waqfa fit-tqabbil
%
persentaġġ
% AT
varjazzjoni ta’ persentaġġ
D
differenza
Ø
medja
AM
tkabbir annwali medju
<
anqas minn
>
iżjed minn
S
total
“magħmul minn”: rendikont sħiħ ta’ total
“fost oħrajn”: rendikont parzjali ta’ total
θ
id-dinja
1990–92
perjodu ta’ snin diversi (eż. mill-1.1.1990 sal-31.12.1992)
1991/92
perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttiv (eż. sena ta’ taxxa minn April sa Marzu)

5. Taqsiriet oħra

EU-6
l-ewwel sitt pajjiżi tal-KE
EU-9
l-ewwel disa’ pajjiżi tal-KE
EU-10
l-ewwel 10 pajjiżi tal-KE
EU-12
l-ewwel 12-il pajjiż tal-KE
EU-15
l-ewwel 15-il pajjiż tal-UE
EU-25
l-ewwel 25 pajjiż tal-UE
EU-27
L-Ewropa tas-sebgħa u għoxrin: tirreferi jew għas-27 Stat Membru li kienu jiffurmaw l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2013, jew għas-27 Stat Membru li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea wara l-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta’ Jannar 2020. Jekk ikun hemm riskju ta’ konfużjoni bejn dawn it-tnejn, għandu jiġi speċifikat liema konfigurazzjoni qed issir referenza għaliha bl-abbrevjazzjoni użata, possibbilment f’forma ta’ nota ta’ qiegħ il-paġna.
EU-28
l-ewwel 28 pajjiż tal-UE
SA
société anonyme
SARL
société à responsabilité limitée
SPRL
société de personnes à responsabilité limitée
GmbH
Gesellschaft mit beschränkter Haftung
SNC
società in nome collettivo
SpA
società per azioni
BV
besloten vennootschap
NV
naamloze vennootschap

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw l-aktar fin-noti ta’ qiegħ il-paġna u l-bibljografiji; fit-test prinċipali hija ppreferuta l-forma sħiħa:

Art. (Arti)
Artikol(i)
Fig.
Figura
ikomp.
ikompli
Ill.
Illustrazzjoni
Kap.
Kapitolu
p.
paġna
pp.
paġni
Tab.
Tabella
Vol.
Volum
Data tal-aħħar aġġornament: 6.2.2024
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss