9.2. L-indirizzi elettroniċi
Informazzjoni dwar l-indirizzi elettroniċi għandha tingħata kif indikat hawn taħt:
—
“Email:” (uża ż-żewġ punti):
Email: isem.kunjom@ec.europa.eu
—
“Internet:” (uża ż-żewġ punti):
Internet: https://europa.eu
Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni, it-taqsira URL ma għadhiex tintuża fl-introduzzjoni ta’ indirizz elettroniku.
Aħna nistgħu nindikaw l-indirizzi elettroniċi mingħajr it-terminu introduttorju, b’mod partikolari jekk l-ispazju huwa limitat:
isem.kunjom@ec.europa.eu
http://www.europarl.europa.eu
NB:
Għal indirizzi tal-Internet huwa preferit li jinżamm il-protokoll
tat-trasferiment (http://, https://, ftp://, eċċ.), b’mod partikolari biex tiġi
żgurata l-konfigurazzjoni korretta ta’ links meta jitniżżlu paġni mill-Internet.
Aħna nippruvaw nevitaw li nużaw punt jew punteġġatura oħra fl-aħħar ta’ indirizz tal-Internet, biex l-ikkupjar u l-ippejstjar fil-bar tal-indirizz tal-browser tal-Internet ikun jista’ jsir b’mod aktar faċli. Meta possibbli, huwa rrakkomandat li t-test jiġi adattat billi jintużaw parentesi madwar l-indirizz tal-Internet, bħal fl-eżempju “ara s-sit (https://europa.eu)”.