8.2. L-ordni tan-noti
ta’ qiegħ il-paġna
F’qiegħ il-paġna jistgħu jidhru elementi oħra: asterisk, NB, sors(i).
L-ordni hija identika fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha:
(*)Deċiżjoni temporanja tal-Kummissjoni.(1)Dawn il-prezzijiet huma r-riżultat tal-applikazjzoni ta’ tnaqqis massimu.(2)Għas-sena kurrenti tal-marketing, dan il-prezz jiżdied bi primjum speċjali.NB:Ċifri proviżorji.Sors:Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.
NB:
—
Noti nnumerati, inkluża nota li tibda b’asterisk, huma separati min-noti li jsegwu permezz ta’ spazju rqiq ta’ linja.
—
In-noti tal-qiegħ jispiċċaw dejjem b’punt.
Fil-pubblikazzjonijiet kollha barra l-Ġurnal Uffiċjali, f’każ li n-noti ta’ qiegħ il-paġna huma identiċi, in-nota “ara nota x, paġna y”, għandha tintuża minflok idem jew ibidem, li jistgħu joħolqu konfużjoni. Il-qarrej tal-provi jew jirriproduċi n-nota tal-qiegħ b’mod sħiħ jew idaħħal in-numerazzjoni korretta fil-prova.
Fil-Ġurnal Uffiċjali, it-test tan-noti ta’ qiegħ il-paġna li jkunu bħal xulxin jiġi riprodott b’mod sħiħ kull darba li jissemmew.