8.1. Referenzi għan-noti ta’ qiegħ il-paġna
Ir-referenzi għan-noti ta’ qiegħ il-paġna għandhom jidhru b’mod identiku fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha; jistgħu jidhru f’dawn il-forom:
Referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (1) jidhru wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kunsill (2); iżda mhux fit-test tal-Qorti tal-Ġustizzja (3).
Iċ-ċifri kollha ġejjin mill-Eurostat (*).
Ġeneralment ir-referenzi għan-noti ta’ qiegħ il-paġna huma nnumerati fl-istess paġna u stampati fil-qiegħ tal-paġna korrispondenti b’tipa iżgħar minn dik użata fit-test (ġeneralment, żewġ punti iżgħar) separati mit-test b’linja u spazju ta’ linja. Jistgħu jkunu nnumerati wkoll f’kontinwità u mlaqqgħin fl-aħħar tal-kapitolu jew il-volum.
Ir-referenza għal nota tal-qiegħ (inklużi l-parentesi) tinkiteb dejjem bit-tipa Rumana (anke f’testi jew titoli miktubin bil-korsiv jew b’tipa grassa).
Meta nota tal-qiegħ tidher f’tabella n-nota għandha tkun parti mit-tabella u konsegwentement tidher fil-kwadru tat-tabella.
In-noti ta’ qiegħ il-paġna
u r-referenzi tagħhom: tħejjija tat-test/struzzjonijiet għall-ittajpjar:
ara t-Taqsima 4.2.3.