ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

7.2.2. L-elenkar tal-lingwi fit-test (testi unilingwi)

Fit-test, l-ordni tal-elenkar tal-lingwi jvarja skont il-verżjoni lingwistika. Fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti, il-lingwi għandhom jidhru fl-ordni alfabetiku bil-Malti: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż (1), l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan, u l-Ungeriż.

Meta ftehim jinkiteb b’lingwa ta’ pajjiż kontraenti mhux tal-Unjoni, il-lingwi tal-Unjoni jiġu qabel il-lingwa msemmija hawn fuq għal raġunijiet ta’ protokoll:

Dan il-ftehim inkiteb bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Malti, bit-Taljan u bl-Għarbi.
(1)
Tużax il-kelma “Gaeliku”, iż-żewġ termini mhumiex sinonimi. Ara l-kaxxa, Taqsima 7.2.4.
Data tal-aħħar aġġornament: 12.12.2018
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss