ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

7.1.2. L-ordni tal-pajjiżi fil-lista

Stati Membri

Test

L-Istati Membri għandhom ikunu elenkati b’mod alfabetiku skont il-lingwa oriġinali (l-ordni tal-protokoll) (ara t-Taqsima 7.1.1).

Tabelli

L-ismijiet tal-pajjiżi għandhom jinkitbu fil-lingwa tal-pubblikazzjoni (każ A). Madankollu, f’xi każijiet, għal raġunijiet tekniċi (kompożizzjoni unika ta’ tabelli għal dokumenti multilingwi), il-pajjiżi jistgħu jinkitbu fil-lingwa oriġinali tagħhom (każ B). Fiż-żewġ każijiet, l-Istati huma elenkati skont l-ordni tal-protokoll.

Każ A
Stat Membru Data
tal-firma
Dħul
fis-seħħ
il-Belġju 21.12.1990 1.1.1991
il-Bulgarija 1.2.2007 15.2.2007
iċ-Ċekja 10.10.2005 1.1.2006
id-Danimarka 10.10.1991 1.1.1992
il-Ġermanja 1.9.1990 1.1.1991
l-Estonja 1.9.2005 1.1.2006
l-Irlanda 12.12.1990 1.1.1991
il-Greċja 10.10.1990 1.1.1991
Spanja 3.2.1991 1.6.1991
Franza 3.3.1991 1.6.1991
il-Kroazja 1.1.2013 1.7.2013
l-Italja 10.10.1991 1.1.1992
Ċipru 10.10.2005 1.1.2006
il-Latvja 10.10.2005 1.1.2006
il-Litwanja 10.10.2005 1.1.2006
il-Lussemburgu 10.10.1990 1.1.1991
l-Ungerija 10.10.2005 1.1.2006
Malta 10.10.2005 1.1.2006
in-Netherlands 11.11.1990 1.1.1991
l-Awstrija 10.12.1990 1.1.1991
il-Polonja 10.10.2005 1.1.2006
il-Portugall 1.3.1991 1.6.1991
ir-Rumanija 1.2.2007 15.2.2007
is-Slovenja 10.10.2005 1.1.2006
is-Slovakkja 10.10.2005 1.1.2006
il-Finlandja 1.2.1991 1.6.1991
l-Iżvezja 3.3.1991 1.1.1992
Każ B
Stat Membru Data
tal-firma
Dħul
fis-seħħ
Belgique/België 21.12.1990 1.1.1991
България 1.2.2007 15.2.2007
Česko 10.10.2005 1.1.2006
Danmark 10.10.1991 1.1.1992
Deutschland 1.9.1990 1.1.1991
Eesti 1.9.2005 1.1.2006
Éire/Ireland 12.12.1990 1.1.1991
Ελλάδα 10.10.1990 1.1.1991
España 3.2.1991 1.6.1991
France 3.3.1991 1.6.1991
Hrvatska 1.1.2013 1.7.2013
Italia 10.10.1991 1.1.1992
Κύπρος 10.10.2005 1.1.2006
Latvija 10.10.2005 1.1.2006
Lietuva 10.10.2005 1.1.2006
Luxembourg 10.10.1990 1.1.1991
Magyarország 10.10.2005 1.1.2006
Malta 10.10.2005 1.1.2006
Nederland 11.11.1990 1.1.1991
Österreich 10.12.1990 1.1.1991
Polska 10.10.2005 1.1.2006
Portugal 1.3.1991 1.6.1991
România 1.2.2007 15.2.2007
Slovenija 10.10.2005 1.1.2006
Slovensko 10.10.2005 1.1.2006
Suomi/Finland 1.2.1991 1.6.1991
Sverige 3.3.1991 1.1.1992

Il-pajjiżi mhux membri u l-pajjiżi mhux membri magħqudin mal-Istati Membri

Test

Fit-test, meta hemm lista ta’ pajjiżi mhux membri jew lista ta’ pajjiżi mhux membri magħqudin mal-Istati Membri, l-ordni li jelenka l-pajjiżi tvarja skont il-verżjoni lingwistika. Fil-pubbli­kazzjonijiet bil-Malti uża l-ordni alfabetiku Malti:

l-Awstralja, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġappun, ir-Rumanija, Spanja, eċċ.
Tabelli

Il-kompożizzjoni unika tat-tabelli teħtieġ l-adozzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni identika għal-lingwi kollha. Għal din ir-raġuni l-pajjiżi huma elenkati fl-ordni alfabetiku tal-kodiċi. Wieħed hu tal-parir li dawn il-kodiċi jiddaħħlu fl-ewwel kolonna tat-tabelli sabiex il-klassifi­kazzjoni tkun ċara għall-qarrej, kif qed jidher hawn taħt.

Kodiċi
tal-pajjiż
Parti kontraenti Produzzjoni (tunnellati) Persuni
impjegati (1 000)
AT l-Awstrija 50 000 75
AU l-Awstralja 70 000 120
BE il-Belġju 25 500 38
CH l-Iżvizzera 12 500 15
CN iċ-Ċina 750 000 1 500
DK id-Danimarka 22 000 40
JP il-Ġappun 150 000 150
NL in-Netherlands 32 000 45
NZ in-New Zealand 45 000 51
SE l-Iżvezja 10 000 15
US l-Istati Uniti 350 000 220

Jekk l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma elenkati flimkien f’ras it-tabella, għandhom ikunu elenkati skont l-ordni tal-protokoll (ara t-Taqsima 7.1.1 l-ewwel tabella).

Fit-tieni kolonna, l-ismijiet tal-pajjiżi għandhom jidhru dejjem bil-Malti. Jekk jintużaw biss dawn il-kodiċi, għandhom ikunu spjegati fi glossarju li għandu jitqiegħed fil-bidu tal-pubblikazzjoni.

Data tal-aħħar aġġornament: 1.2.2020
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss