ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

6.5. Il-punteġġatura fiċ-ċifri

Fil-pubblikazzjonijiet Maltin, Ingliżi u Irlandiżi, bl-eċċezzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali, jintuża punt biex jissepara n-numri sħaħ mid-deċimali. Fil-lingwi kollha l-oħra tintuża l-virgola u anke f’testi multilingwi. Jintuża spazju biex jiġu indikati l-eluf fin-numri s-sħaħ (mhux virgola). Id-deċimali jibqgħu f’unità waħda:

152 231.324567

Fil-Ġurnal Uffiċjali tintuża virgola biex tissepara numri sħaħ mid-deċimali għal raġunijiet tekniċi, biex titħaffef il-produzzjoni.

Data tal-baġit: miljun jew biljun

Fil-Malti uża biljun biex tfisser 1 000 miljun (ara t-Taqsima 10.4).

Meta qed taħdem bid-data baġitarja, hija rrakkomandata l-forma li ġejja.

Sa tliet postijiet deċimali, żomm sal-unità xierqa:
1.326 biljun (mhux 1 326 miljun)
Aktar minn tliet postijiet deċimali, uża unità iżgħar:
1 326.1 miljun (mhux 1.3261 biljun)

B’hekk iċ-ċifri jistgħu jkunu eħfef biex jinqraw u jitqabblu.

Data tal-aħħar aġġornament: 31.3.2022
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss