ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

6.1. Il-qari tal-manuskritt

Il-preżentazzjoni tal-manuskritt li jasal mis-servizz tal-awtur kienet diskussa fit-Taqsima 4.2.

Il-qarrejja tal-provi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaqraw il-manuskritt kollu u jippreparawh għat-typesetting.

Il-qarrejja tal-provi għandhom jagħtu ħarsa sħiħa lix-xogħol. L-għan hu li jifhmu l-istruttura tat-test sabiex japplikaw ir-regoli stabbiliti f’din il-Gwida tal-Istil. Ta’ spiss huma obbligati li jaħdmu fuq taqsimiet jew paġni individwali, li tfisser li jitilfu l-fil tas-sustanza tas-suġġett.

Kwalunkwe problemi li jinqalgħu matul il-preparazzjoni tal-manuskritt jiġu notifikati lis-servizz tal-awturi.

(Ara wkoll it-Taqsimiet 4.1.2 u 4.1.3).

Data tal-aħħar aġġornament: 4.1.2013
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss