ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.11. Il-materjal artistiku (l-illustrazzjonijiet)

Ir-ritratti, l-istampi, id-dijagrammi u l-graffs

L-oriġinali ta’ ritratti bla kulur iridu jkunu ta’ kwalità tajba u b’kuntrast tajjeb, preferibbilment fuq karta bajda tleqq, bl-iskop ta’ riproduzzjoni fidila tal-half-tones (slide, emistikju, eċċ.). Id-dokumenti jridu jitqiegħdu kif suppost u ma jintwewx.

Id-dokumenti fornuti f’forma elettronika jew maħsuba biex jiġu skennjati jridu jkunu ta’ kwalità għolja, preferibbilment fil-format finali tal-immaġini. Għall-Internet, il-fajls jistgħu jiġu kkompressati, iżda jridu jkunu kkompressati fi kwalità għolja.

Il-captions

Il-captions ma jridux ixekklu l-illustrazzjonijiet li qegħdin jakkumpanjaw, iżda għandhom jispjegawhom b’mod ċar. Test qasir u preċiż huwa dejjem preferibbli.

L-użu tal-kuluri

L-użu tal-kuluri f’illustrazzjoni ta’ xogħol irid ikun adattat għall-kontenut tiegħu u għall-preżentazzjoni tiegħu kollha kemm hi. Barra minn hekk, l-għadd ta’ kuluri użati għandu influwenza diretta fuq il-kumplessità tal-produzzjoni u fuq l-ispiża finali.

Pereżempju, l-istampar tar-ritratti bil-kulur jirrikjedi l-użu ta’ karta adattata (karta miksija), li minħabba li jkollha wiċċ lixx u kumpatt tippermetti riproduzzjoni perfetta tal-isfumaturi tal-kulur.

Min-naħa l-oħra, l-islides bl-outline (graffs, dijagrammi, eċċ.), jippermettu kompożizzjoni aktar sempliċi. F’dan il-każ, għall-istampar, tista’ tintuża karta inqas għalja (karta rraffinata, illixxata).

Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss