ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.9.4. Ir-referenzi bibljografiċi

Referenza għal xogħol sħiħ

Għandu jiġi adottat dan l-ordni:

(1)
il-kunjom u l-inizjali tal-isem (ismijiet) tal-awtur, segwiti minn virgola;
(2)
it-titolu tax-xogħol (bil-korsiv) u, jekk applikabbli, in-numru tal-edizzjoni;
(3)
il-pubblikatur, il-post tal-pubblikazzjoni, is-sena tal-pubblikazzjoni, paġni rilevanti, eċċ.:
Wettinger, G., Kliem Malti Qadim, L-Istitut tal-Lingwistika u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, Malta, 2006, p. 39.

Referenza għal parti minn xogħol: kontribuzzjoni jew artikolu

Għandu jiġi adottat dan l-ordni:

(1)
il-kunjom u l-inizjali tal-isem (ismijiet) jew l-isem tal-awtur, segwiti minn virgola;
(2)
it-titolu tal-kontribuzzjoni jew l-artikolu (bejn il-virgoletti);
(3)
it-titolu tax-xogħol fil-korsiv u, jekk applikabbli, in-numru tal-edizzjoni;
(4)
il-pubblikatur, il-post tal-pubblikazzjoni, is-sena tal-pubblikazzjoni, paġni rilevanti, eċċ.:
Grima, A., “L-Analiżi Kritika tal-Poeżija”, Il-Qari tal-Letteratura: Bejn Esperjenza u Kritika, Allied Publications, Malta, 2009, pp. 71–98.

Referenza għal perjodiku jew għal pubblikazzjoni f’serje

Għandu jiġi adottat dan l-ordni:

(1)
jekk hu magħruf, it-titolu tal-artikolu (bejn il-virgoletti);
(2)
it-titolu tal-perjodiku jew tas-serje (bil-korsiv);
(3)
in-numru, id-data jew il-frekwenza;
(4)
il-pubblikatur, il-post tal-pubblikazzjoni, is-sena tal-pubblikazzjoni:
“Economic transformation in Hungary and Poland”, European Economy Nru 43, Marzu 1990, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Lussemburgu, 1990, pp. 151–167.
NB:
Sat-30.6.2009: “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej” iżda mill-1.7.2009: “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea”. Ara li żżomm l-isem oriġinali.
Kummenti ġenerali

Għall-konvenjenza, jintużaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin: ikomp., pp., Vol., eċċ. (ara l-Anness A3). Kull nota ta’ spjegazzjoni — frekwenza, post tal-pubblikazzjoni, eċċ. — trid titfassal fl-ilsien Malti.

Data tal-aħħar aġġornament: 15.6.2015
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss