ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.4.2. Kwalifika tad-drittijiet tal-awtur (id-dritt ta’ riproduzzjoni u/jew tal-użu mill-ġdid)

Fil-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet ta’ riproduzzjoni (ara t-Taqsima 5.4.1) huma akkumpanjati minn spjega (kwalifika tad-drittijiet tal-awtur) rigward il-livell ta’ protezzjoni.

NB:
Fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni bħal din, ix-xogħol huwa kompletament protett, soġġett għall-eċċezzjonijiet previsti minn varji leġiżlazzjonijiet nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali:
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

Kwalifika ġenerali (riproduzzjoni)

Għall-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (għajr għall-Kummissjoni Ewropea, li għandha formula partikolari), il-kwalifika normali rakkomandata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hija kif ġej:

© L-Unjoni Ewropea, [sena]
Riproduzzjoni awtorizzata, b’indikazzjoni tas-sors bibljografiku.

Jekk meħtieġ, il-kwalifika normali tista’ tiġi akkumpanjata minn riżervi addizzjonali jew formuli ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà (ara t-Taqsima 5.4.3).

Kwalifika speċifika għall-Kummissjoni Ewropea (użu mill-ġdid)

Il-Kummissjoni Ewropea implimentat politika ta’ użu mill-ġdid għad-dokumenti tagħha, skont id-Deċiżjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011.

Għax-xogħlijiet tal-Kummissjoni Ewropea, għajr xi eċċezzjonijiet (ara l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni msemmija), fil-prinċipju tapplika l-formula tal-użu mill-ġdid. Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Deċiżjoni, li tipprevedi l-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet addizzjonali (ara t-Taqsima 5.4.3), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jirrakkomanda li jiddaħħal l-obbligu li l-utent isemmi s-sors tad-dokument:

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.
Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija rregolata bid-Deċiżjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).
Jekk ikollok xi mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz responsabbli għad-drittijiet tal-awtur fi ħdan l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).
Data tal-aħħar aġġornament: 12.11.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss