ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

5.4. Id-drittijiet tal-awtur

5.4.1. Drittijiet ta’ riproduzzjoni (nota dwar id-drittijiet tal-awtur)

Id-drittijiet tal-awtur huma dritt esklussiv li jappartjeni lill-awtur jew lill-editur li jutilizza, għal żmien determinat, xogħol letterarju jew artistiku.

Ir-regola għall-protezzjoni tiġi ssodisfata jekk il-kopji kollha ta’ pubblikazzjoni jkollhom avviż ta’ dan it-tip, imsemmi drittijiet ta’ riproduzzjoni, bl-iskop li jinforma lill-pubbliku li l-protezzjoni tad-dritt tal-awtur hija ddikjarata fir-rigward tax-xogħol rilevanti:

© [isem id-detentur], [is-sena]
pereżempju:
© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, hemm żewġ tipi ta’ drittijiet tal-awtur, skont jekk ikollhiex personalità ġuridika jew le l-entità li għaliha jappartienu s-servizzi tal-awturi.

(a)

Istituzzjonijiet u korpi mingħajr personalità ġuridika

Fil-każ ta’ pubblikazzjoniijet uffiċjali tal-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u s-servizzi interistituzzjonali relatati (bħall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet), id-drittijiet tal-awtur jappartjenu lill-Unjoni Ewropea bħala entità sħiħa, u mhux lil kull istituzzjoni jew entità b’mod individwali, għajr dawk li għandhom il-personalità ġuridika tagħhom stess (il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment):

© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]

Qabel l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona (sat-30 ta’ Novembru 2009):
© Il-Komunitajiet Ewropej, [is-sena]

(b)

Entitajiet b’personalità ġuridika

Istituzzjonijiet u korpi

Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment għandhom il-personalità ġuridika proprja tagħhom u, għaldaqstant, tad-drittijiet tal-awtur proprji tagħhom:

© Il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
© Il-Bank Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
© Il-Fond Ewropew tal-Investiment, [is-sena]
NB:
Uża d-denominazzjoni sħiħa, mhux l-abbrevjazzjoni biss:
© Il-Bank Ċentrali Ewropew, [is-sena]
u mhux © BĊE, [is-sena]
Organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji)

L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji; ara Taqsima 9.5.3 għal-lista sħiħa) għandhom il-personalità ġuridika proprja tagħhom u għalhekk għandhom jiġu indikati bl-isem bħala d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:

© L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, [is-sena]
NB:
Uża d-denominazzjoni sħiħa, mhux l-abbrevjazzjoni biss:
© l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, [is-sena]
jew possibbilment:
© l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), [is-sena]
u mhux © Frontex, [is-sena]
Jekk id-drittijiet tal-awtur ikunu ġew ittrasferiti lill-Unjoni Ewropea b’kuntratt jew dokument legali ieħor:
© L-Unjoni Ewropea, [is-sena]
Euratom

Id-dokumenti mfassla fl-ambitu tat-Trattat Euratom (u li jaqgħu taħt il-linja baġitarja tal-Euratom) iridu jinkludu drittijiet ta’ riproduzzjoni kif xieraq:

© Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, [is-sena]

Dan ikun il-każ, pereżempju, għal dokumenti varji jew għal pubblikazzjonijiet speċjalizzati fil-qasam tal-enerġija atomika ppubblikati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

(c)

Nota dwar is-sena

Għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, it-tul ta’ żmien tal-protezzjoni konferit lil xogħol f’lingwa speċifika speċifiku jibda minn mindu tiġi ppubblikata l-ewwel darba. Għalhekk is-sena li trid tidher fl-avviż tad-drittijiet tal-awtur mhix dik tal-pubblikazzjoni ta’ dik tal-verżjoni lingwistika eventwali oriġinali, iżda dik tal-pubblikazzjoni tal-verżjoni lingwistika rilevanti.

Meta xi xogħol jiġi stampat għall-ewwel darba f’lingwa speċifika, is-sena tal-pubblikazzjoni u s-sena tad-drittijiet tal-awtur ikunu l-istess. F’każ ta’ stampar mill-ġdid, l-avviż tad-drittijiet tal-awtur ma jinbidilx. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet mill-ġdid, li jikkostitwixxu pubblikazzjonijiet ġodda, id-data tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur trid tikkorrispondi mas-sena tal-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni l-ġdida.

Meta jinbidel il-format ta’ pubblikazzjoni (pereżempju, minn ktieb stampat isir e-book), is-sena tal-edizzjoni hija l-istess bħall-edizzjoni oriġinali jekk ma tkun saret l-ebda bidla. Jekk isiru bidliet sostanzjali, tiġi ppubblikata edizzjoni ġdida, u mhux talli għandha tkun ippubblikata d-data tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni (f’dan l-eżempju l-verżjoni stampata), imma anke dik tal-edizzjoni l-ġdida (e-book).

(d)

Elementi grafiċi u artistiċi

Jekk il-pubblikazzjoni fiha elementi (ritratti, illustrazzjonijiet, graffs, testi, eċċ.) li d-dritt tal-awtur tagħhom jappartjeni lil parti terza jew jekk l-Unjoni Ewropea ma tkunx akkwistat id-drittijiet għal xi pubblikazzjoni, is-sors ta’ kull element u, jekk hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom, għandhom jiġu indikati b’mod ċar. Is-servizzi tal-awtur (istituzzjonijiet, korpi, aġenziji) għandhom jiksbu awtorizzazzjoni bil-miktub mid-detenturi tad-dritt tal-awtur ta’ dawn l-elementi (ara Taqsima 5.4.4).

Il-kunċetti tad-dritt tal-awtur japplikaw ukoll għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi, u għalhekk għat-test kollu ppubblikat fuq l-internet. Ara wkoll il-paġna dwar id-drittijiet tal-awtur fuq Europa (https://europa.eu/european-union/abouteuropa/legal_notices_mt).

Għax-xogħlijiet letterarji, artistiċi jew xjentifiċi, ara wkoll il-linji gwida dwar id-drittijiet morali marbutin mal-uffiċjali (https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/intellectual-property/Documents/MAN_Guidelines-on-Literary-Scientific-and-Artistic-Works.pdf (ħolqa interna għall-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej)).

Jekk ikollok xi mistoqsija, ikkuntattja lis-servizz responsabbli għad-drittijiet tal-awtur fi ħdan l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP-COPYRIGHT@publications.europa.eu).
Data tal-aħħar aġġornament: 30.4.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss