5.1. Il-qoxra
5.1.1. Komponenti tal-qoxra
Il-qoxra ta’ ktieb hija magħmula minn erba’ paġni assenjati bħala I, II, III u IV. Jekk il-wisa’ tal-ktieb tippermetti, it-titolu jrid ikun stampat fuq id-dahar b’tali mod li jinqara orizzontali mix-xellug għal-lemin, meta mqiegħed ċatt bil-paġna I ’il fuq. Il-massa tat-titolu tkun proporzjonali għall-wisa’ tal-qoxra ta’ wara.
Il-paġna I jkollha l-isem u l-emblema tal-editur, it-titolu tax-xogħol u, fejn xieraq, is-sottotitolu u l-isem tal-awtur (speċjalment fil-każ tal-kopubblikazzjonijiet); jistgħu jidhru wkoll in-numru tal-volum, għal xogħol li fih aktar volumi, u t-titolu tal-ġabra jew tas-serje kif ukoll in-numru tal-ordni tax-xogħol:
Ġeneralment, il-paġna II titħalla vojta.
Il-paġna III jkollha avviż pubbliċitarju.
Il-paġna IV jkollha l-prezz tal-bejgħ (jekk xieraq), il-logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, l-ISBN (in-numru internazzjonali ta’ standardizzazzjoni tal-kotba) u n-numru tal-katalogu:
Prezz fil-Lussemburgu (VAT eskluża): EUR …
Standards speċifiċi tal-pubblikazzjonijiet perjodiċi jew serjali
F’pubblikazzjoni serjali, l-ISSN (numru internazzjonali standardizzat tal-pubblikazzjonijiet f’serje) jiżdied mal-elementi ppreżentati hawn fuq. Jiġi stampat fir-rokna ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-paġna I.
Ċerti pubblikazzjonijiet perjodiċi jiġu bla qoxra. Il-paġna I jkun fiha b’mod addizzjonali n-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni. F’uħud mill-każijiet, il-paġni II u III jintużaw għall-preżentazzjoni tat-taqsira. Huwa preferibbli li s-sena tal-pubblikazzjoni tikkorrispondi mas-sena kalendarja.
Fil-paġna IV jidhru l-prezz (prezz tal-abbonament u l-prezz għal kull ħarġa), in-numru tal-katalogu kif ukoll il-logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoniijiet.


