ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

3.6. Definizzjoni ta’ espressjonijiet jew kliem

Id-definizzjoni ta’ espressjoni jew kelma dejjem tidher bejn virgoletti doppji (jintużaw il-virgoletti singoli meta tkun diġà ġewwa l-virgoletti):

Il-Kummissjoni tinnota li skont ir-Regolament dwar il-Bini tal-Vapuri, “bini tal-vapuri” tfisser il-bini ta’ qxur tal-baħar kummerċjali motorizzati.

F’lista, l-espressjoni jew kelma titqiegħed bejn virgoletti doppji:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“investiment ambjentalment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt dan ir-Regolament;
(2)
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser …

Il-punti jiġu nnumerati b’numri Għarab fil-parentesi. Fejn ikun meħtieġ li jkun hemm iktar suddiviżjonijiet, jintużaw ittri żgħar fil-parentesi għat-tieni livell u numri Rumani żgħar fil-parentesi għat-tielet livell.

Data tal-aħħar aġġornament: 1.6.2021
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss