ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

3.4. L-ordni ta’ ċitazzjoni

3.4.1. L-ordni tat-Trattati

Mill-1 ta’ Diċembru 2009 (id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona) l-ordni li fih jiġu ċċitati t-Trattati (b’mod partikolari l-konsiderazzjonijiet) huwa kif ġej:

Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
NB:

Sat-30 ta’ Novembru 2009, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati t-Trattati kien kif ġej:

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,
(it-Trattat KEFA skada fl-23 ta’ Lulju 2002)
Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
(dan it-Trattat spiss jiġi l-aħħar, iżda jista’ jiġi l-ewwel).

L-ordni li fih il-“Komunitajiet” kienu jiġu ċċitati nbidel matul iż-żminijiet:

1.

Sal-aħħar tal-1997, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati l-Komunitajiet fit-titoli tal-atti kien jinbidel kull sena skont din l-iskema:

K(E)E, Euratom, KEFA:
1968, 1971, 1974, 1977, 1980, 1983, 1986, 1989, 1992, 1995,
Euratom, KEFA, K(E)E:
1969, 1972, 1975, 1978, 1981, 1984, 1987, 1990, 1993, 1996,
KEFA, K(E)E, Euratom:
1970, 1973, 1976, 1979, 1982, 1985, 1988, 1991, 1994, 1997.
2.
Mill-1998 sat-23 ta’ Lulju 2002, l-ordni ma kienx jinbidel, kif ġej:
KE, KEFA, Euratom
3.
Bejn l-24 ta’ Lulju 2002 (wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA) u t-30 ta’ Novembru 2009, l-ordni li fih kienu jiġu ċċitati l-Komunitajiet kien:
KE, Euratom
4.
Wara l-1 ta’ Diċembru 2009:
UE, Euratom

It-termini “Komunità Ekonomika Ewropea” u “Komunità Ewropea” kienu jintużaw kif ġej:

Il-Komunità Ekonomika Ewropea jew KEE: għal atti adottati qabel l-1 ta’ Novembru 1993,
Il-Komunità Ewropea jew KE: għal atti adottati mill-1 ta’ Novembru 1993.
Ir-referenza għat-Trattati

Meta t-Trattati jissemmew għall-ewwel darba għandhom jintużaw it-titoli sħaħ.

Għaċ-ċitazzjonijiet li jiġu wara:

(1)
meta jiġi ċċitat trattat wieħed biss fl-istess test, tintuża l-kelma “Trattat”,
(2)
meta jiġu ċċitati diversi trattati fl-istess test, sakemm jista’ jkun tingħata d-denominazzjoni sħiħa. Inkella, it-titoli tat-trattati jistgħu jiġu ċċitati fil-forma mqassra:
“Trattat UE” għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
“TFUE” għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
“Trattat KE” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
“Trattat Euratom” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
“Trattat KEFA” għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
NB:
Fl-1999 (it-Trattat ta’ Amsterdam) u fl-2009 (it-Trattat ta’ Lisbona) seħħew rinumerazzjonijiet tad-dispożizz­jonijiet tat-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jsegwu prattiki partikolari biex jiċċitaw artikoli, skont jekk ikunux jixtiequ jirreferu għall-verżjonijiet ta’ qabel jew ta’ wara ta’ dawn ir-rinumerazzjonijiet suċċessivi.

3.4.2. L-ordni tal-pubblikazzjoni

L-ordni li fih l-awturi jidhru fit-titoli u t-taqsimiet differenti tal-Ġurnal Uffiċjali huwa kif ġej:

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill jew le),
Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Il-Parlament Ewropew,
Kunsill Ewropew,
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill,
Kunsill,
Il-Kummissjoni Ewropea,
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
Il-Bank Ċentrali Ewropew,
Il-Qorti tal-Awdituri,
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,
Il-Bank Ewropew tal-Investiment,
L-Ombudsman Ewropew,
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
L-uffiċċji u l-aġenziji,
Korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali.

Taħt it-titolu L III u taħt it-titolu C IV, “Informazzjoni dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea”, l-ordni tal-pubblikazzjoni huwa kif ġej:

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,
L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,
Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,
Il-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE,
Il-Qorti tal-EFTA.

Biex tara l-ordni tal-protokoll tal-ismijiet differenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, ara t-Taqsima 9.5.

3.4.3. L-ordni tal-pajjiżi

Għall-ismijiet, l-abbrevjazzjonijiet u l-ordni li fih jitniżżlu l-pajjiżi ara t-Taqsima 7.1l-Annessi A5A6.

NB:
Fir-referenzi għal ftehimiet internazzjonali, f’każ ta’ Stat li nbidillu ismu, jintuża l-isem użat fiż-żmien meta ġew iffirmati l-atti msemmija u ma jinbidilx bl-isem il-ġdid.

3.4.4. L-ordni tal-lingwi u ta’ testi multilingwi

Għall-ismijiet, l-abbrevjazzjonijiet u l-ordni li fih jidhru l-lingwi u l-verżjonijiet lingwistiċi, ara t-Taqsima 7.2.

3.4.5. L-ordni tal-muniti

Għall-ismijiet, l-abbrevjazzjonijiet u l-ordni li fih jidhru l-muniti, ara t-Taqsima 7.3l-Anness A7.

Għar-regoli dwar kif jiġu espressi l-unitajiet monetarji, ara t-Taqsima 7.3.3.

Data tal-aħħar aġġornament: 20.9.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss