3.3.2. Żidiet u numerazzjoni
Fejn fit-termini ta’ promulgazzjoni ta’ xi att eżistenti jiddaħħlu artikoli, paragrafi numerati jew suddiviżjonijiet oħrajn li jkunu identifikati b’numru jew ittra, dawn jingħataw in-numru jew l-ittra tas-suddiviżjoni preċedenti tal-istess livell b’żieda tal-ittra “a”, “b”, “c”, “d”, eċċ.: eż. l-artikoli mdaħħla wara Artikolu 1 isiru “Artikolu 1a”, “Artikolu 1b”, eċċ. Bl-istess mod, artikolu li jiddaħħal bejn l-Artikolu 1a u l-Artikolu 1b isir “Artikolu 1aa”.
Regoli speċjali għandhom japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
Fejn jiddaħħlu artikoli, paragrafi numerati jew suddiviżjonijiet oħrajn li jkunu identifikati b’numru jew ittra, l-artikoli, il-paragrafi jew is-suddiviżjonijiet l-oħrajn li jiġu wara m’għandhomx ikunu numerati mill-ġdid għaliex jista’ jkun li atti oħrajn diġà jirreferu għalihom. Numerazzjoni mill-ġdid għandha ssir biss f’każ ta’ kodifikazzjoni jew riformulazzjoni.
(Sors: Manwal Komuni, ara t-Taqsima C.9.3.2.)