ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Kelmtejn Qabel

Sa mill-ewwel pubblikazzjoni tagħha fl-1993, f’forma ta’ Vademecum tal-editur, il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali saret għodda indispensabbli għall-awturi tat-testi tal-istituzzjonijiet u l-korpi differenti tal-Unjoni Ewropea, u dan fil-lingwi uffiċjali kollha.

Din l-istandardizzazzjoni tal-prassi lingwistika hija riżultat partikolarment importanti, peress li l-konvenzjonijiet u r-regoli komuni kollha tax-xogħol li jinsabu f’din il-biċċa xogħol kienu elaborati mill-ispeċjalisti tagħna, filwaqt li ġew irrispettati l-partikolaritajiet ta’ kull lingwa.

Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, li hija disponibbli wkoll fuq l-Internet, tippermetti djalogu interattiv bejn l-atturi differenti, sew jekk huma l-awturi, l-edituri, il-ġuristi lingwisti, it-termi­nologi, it-tradutturi jew il-qarrejja tal-provi. Kwalunkwe kontribuzzjoni li dawn ikunu jixtiequ jagħmlu lejn it-titjib u l-aġġornament tax-xogħol preżenti, tkun apprezzata.

Jiena konvint mill-impenn ta’ kulħadd biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tan-normi stabbiliti b’dan il-mod. Dan se jippermettilna, fost affarijiet oħra, li nkomplu nisfruttaw il-potenzjali­tajiet tal-għodod informatiċi sabiex inservu aħjar liċ-ċittadin Ewropew; id-destinatarju prinċipali tat-testi prodotti mill-istituzzjonijiet u l-korpi tagħna.

Pierre de BOISSIEU
Il-President tal-Kumitat tat-Tmexxija
tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

NB:
It-test tal-kelmtejn qabel kien ippubblikat oriġinalment bil-Franċiż.
Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss