Rapport Speċjali
Nru12 2019

Kummerċ elettroniku: ħafna mill-isfidi relatati mal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali għad iridu jiġu riżolti

(skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE)

Dwar ir-rapport: L-UE tħeġġeġ il-kummerċ elettroniku biex tiżgura li n-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru u jbigħu fil-livell internazzjonali fuq l-internet, bħalma jagħmlu fis-swieq lokali tagħhom. L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali dovuti fuq it-tranżazzjonijiet transfruntieri fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba li kull nuqqas fil-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali jaffettwa l-baġits tal-Istati Membri u tal-UE, billi huma jridu jikkumpensaw għalih proporzjonalment għall-ING tagħhom. L-awdituri tagħna eżaminaw jekk il-Kummissjoni Ewropea stabbilietx qafas regolatorju u ta’ kontroll sod għall-kummerċ elettroniku fir-rigward tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali, u jekk il-miżuri ta’ kontroll adottati mill-Istati Membri jgħinux biex jiġi żgurat li l-VAT u d-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku jinġabru fit-totalità tagħhom. Aħna sibna li minkejja l-iżviluppi pożittivi reċenti, attwalment, l-UE mhix qed tittratta dawn il-problemi b’mod adegwat, iżda hija indirizzat xi wħud mid-dgħufijiet identifikati fil-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku”.
Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw aħjar l-isfidi identifikati u jistabbilixxu qafas regolatorju u ta’ kontroll sod.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju Eżekuttiv

I

Il-kummerċ elettroniku huwa l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi li jsir permezz tal-Internet jew ta’ netwerks oħra ta’ komunikazzjoni online. L-UE tħeġġeġ il-kummerċ elettroniku biex tiżgura li n-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru u jbigħu fil-livell internazzjonali fuq l-internet, bħalma jagħmlu fis-swieq lokali tagħhom. Skont l-istatisika l-aktar reċenti li hija disponibbli, matul l-2017, intrapriża waħda minn kull ħamsa fl-EU-28 għamlet bejgħ elettroniku. Matul il-perjodu mill-2008 sal-2017, il-perċentwal tal-intrapriżi li għamlu bejgħ elettroniku żdied b’seba’ punti perċentwali, u l-fatturat tal-intrapriżi li nkiseb mill-bejgħ elettroniku bħala sehem tal-fatturat totali żdied b’ħames punti perċentwali.

II

Fil-każ ta’ negozjar trasfruntier ta’ oġġetti u servizzi bl-użu tal-kummerċ elettroniku, l-Istati Membri jiġbru l-VAT u d-dazji doganali. Kull nuqqas f’dan il-ġbir jaffettwa l-baġits tal-Istati Membri u tal-UE. Il-Kummissjoni twettaq spezzjonijiet fuq il-VAT u d-dazji doganali miġbura. Hija wkoll responsabbli għall-istabbiliment ta’ politiki doganali u tat-tassazzjoni , kif ukoll għall-istrateġiji u l-leġiżlazzjoni f’dawn l-oqsma. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi huwa responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet fir-rigward tal-frodi, il-korruzzjoni u reati oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

III

Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba r-riskju ta’ irregolaritajiet li jseħħu fil-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku transfruntier. Filwaqt li ma hemmx stimi disponibbli ta’ kemm VAT ma nġabritx fuq il-fornimenti transfruntieri ta’ servizzi, il-Kummissjoni tistma li t-telf fuq il-provvisti ta’ oġġetti b’valur baxx li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jammonta sa EUR 5 biljun kull sena.

IV

Aħna eżaminajna s-sistema għat-tassazzjoni tal-VAT u tad-dazji doganali fuq il-provvisti transfruntieri ta’ oġġetti nnegozjati fuq l-Internet, li hija stabbilita fil-leġiżlazzjoni dwar il-VAT u dik doganali. Eżaminajna wkoll is-sistema l-ġdida għat-tassazzjoni tal-VAT fuq il-fornimenti transfruntieri ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku, li daħlet fis-seħħ fil-bidu tal-2015. Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna l-proposti li saru mill-Kummissjoni u l-leġiżlazzjoni adottata mill-Kunsill taħt il-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku” tal-2017.

V

Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni Ewropea stabbilietx qafas regolatorju u ta’ kontroll sod għall-kummerċ elettroniku fir-rigward tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali, u jekk il-miżuri ta’ kontroll adottati mill-Istati Membri jgħinux biex jiġi żgurat li l-VAT u d-dazji doganali f’dan il-qasam jinġabru fit-totalità tagħhom.

VI

Aħna sibna li minkejja l-iżviluppi pożittivi reċenti, l-UE mhix qed tindirizza l-isfidi kollha relatati mal-ġbir tal-ammonti korretti tal-VAT u tad-dazji doganali għall-oġġetti u s-servizzi nnegozjati fuq l-Internet.

VII

Aħna sibna li:

  1. il-qafas regolatorju jsegwi, fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, l-aħjar prattika internazzjonali promossa mill-OECD u mid-WCO;
  2. id-dispożizzjonijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-2021 għandhom l-għan li jirriżolvu xi wħud mid-dgħufijiet fil-qafas attwali, iżda s-sottovalutazzjoni għad trid tiġi indirizzata;
  3. l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva fost l-Istati Membri tal-UE u ma’ pajjiżi terzi mhumiex qed jiġu sfruttati għalkollox;
  4. il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa huma dgħajfa u dawk imwettqa mill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti;
  5. hemm dgħufijiet fis-sistemi ta’ żdoganar attwali u hemm riskju li l-UE ma tistax tipprevieni l-abbuż mill-intermedjarji involuti; u
  6. l-infurzar tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali mhuwiex effettiv.
VIII

Biex jissaħħaħ l-użu tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva, tiżdied l-effettività tal-kontrolli, u jittejjeb l-infurzar tal-ġbir u l-effettività tal-qafas regolatorju, aħna nindirizzaw għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Notevolment, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. timmonitorja kemm il-pajjiżi terzi jissodisfaw it-talbiet mibgħuta mill-Istati Membri skont il-ftehimiet ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jiġu konklużi magħhom, kemm fi kwistjonijiet doganali kif ukoll dawk relatati mat-taxxa, u tagħmel użu mill-istrutturi u l-oqfsa stabbiliti fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet biex tindirizza sfidi speċifiċi li jirriżultaw min-negozjar ta’ oġġetti permezz tal-kummerċ elettroniku;
  2. twettaq spezzjonijiet fuq il-kontrolli li jsiru mill-Istati Membri fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx;
  3. timmonitorja l-funzjonament tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti intra-UE u tal-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir (MOSS);
  4. tassisti lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodoloġija sabiex ikunu jistgħu jipproduċu stimi perjodiċi tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku; u
  5. tesplora l-użu ta’ sistemi ta’ ġbir adatti li jkunu “bbażati fuq it-teknoloġija”, inkluż l-użu ta’ muniti diġitali, biex tindirizza l-frodi tal-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku.

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

  1. jipprovdu feedback f’waqtu għas-sinjali ta’ frodi riċevuti minn Stati Membri oħra fil-Eurofisc;
  2. iżidu l-attività tal-awditjar tagħhom fuq in-negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS u l-bejjiegħa mill-bogħod; u
  3. jimmonitorjaw b’attenzjoni jekk in-negozjanti jkunux qed jikkonformaw mas-soll il-ġdid ta’ EUR 10 000 għall-fornimenti ta’ servizzi intra-UE.

Introduzzjoni

01

Il-kummerċ elettroniku huwa l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, sew jekk bejn negozji, unitajiet domestiċi, individwi jew organizzazzjonijiet privati, permezz ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tal-Internet jew ta’ netwerks oħra medjati mill-kompjuters (komunikazzjoni online)1.

02

Il-kummerċ elettroniku qed jiżdied b’mod kostanti. Skont l-istatisika l-aktar reċenti li hija disponibbli, matul l-2017, intrapriża waħda minn kull ħamsa fl-EU-28 għamlet bejgħ elettroniku. Matul il-perjodu mill-2008 sal-2017, il-perċentwal tal-intrapriżi li wettqu bejgħ elettroniku żdied b’seba’ punti perċentwali, u l-fatturat tal-intrapriżi li nkiseb mill-bejgħ elettroniku bħala sehem tal-fatturat totali żdied b’ħames punti perċentwali2.

03

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali dovuti fuq it-tranżazzjonijiet transfruntieri fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Kull nuqqas fil-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali jaffettwa l-baġits tal-Istati Membri u tal-UE.

04

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD) huwa responsabbli, fil-livell strateġiku u leġiżlattiv, għall-politika doganali u tat-tassazzjoni, inkluż fir-rigward tal-kummerċ elettroniku. Il-mandat tiegħu jinkludi l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-Unjoni Doganali, kif ukoll l-iżvilupp ta’politika fiskali fl-UE kollha. Huwa jħejji inizjattivi leġiżlattivi u strateġiċi, u jikkoordina l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-Istati Membri.

05

Id-DĠ TAXUD jippresedi wkoll il-Grupp tal-Politika Doganali (CPG), li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Unjoni Doganali u huwa magħmul mid-Diretturi Ġenerali tat-28 awtorità doganali nazzjonali.

06

Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BAĠIT) huwa responsabbli għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rigward tar-“riżorsi proprji”, forma ta’ dħul li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE, li tinkludi riżorsa bbażata fuq il-VAT miġbura u dazji doganali fuq l-importazzjonijiet minn barra t-territorju tal-UE.

07

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-OLAF, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet fir-rigward tal-frodi, il-korruzzjoni u reati oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

Ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku: l-arranġamenti attwali tal-UE

08

F’termini ġenerali, il-liġi doganali tal-UE hija stabbilita fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni3 (KDU), filwaqt li l-VAT hija rregolata mid-Direttiva tal-VAT4. L-arranġamenti attwali tal-UE għall-ġbir tal-VAT dovuta fil-qasam tal-kummerċ elettroniku jvarjaw bejn l-oġġetti u s-servizzi.

Provvisti ta’ oġġetti

09

Għal negozjanti rreġistrati fl-UE li jipprovdu oġġetti minn Stat Membru lil konsumatur fi Stat Membru ieħor, tapplika l-“iskema ta’ bejgħ mill-bogħod”. Dan ifisser li, sa ċertu soll (normalment EUR 35 000, iżda EUR 100 000 f’ċerti Stati Membri), in-negozjant japplika r-rata tal-VAT tal-Istat Membru fejn ikun irreġistrat5. Aktar minn dan is-soll, in-negozjant irid jirreġistra għall-VAT fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni u japplika r-rata tal-VAT tiegħu (b’hekk iġarrab l-obbligi kollha ta’ rappurtar u ta’ konformità).

10

Fil-każ ta’ negozjanti ta’ pajjiżi terzi li jbigħu lil konsumaturi tal-UE, l-oġġetti jiġu importati ġewwa l-UE u jkunu suġġetti għal żdoganar. Hemm eżenzjoni doganali b’valur baxx għal oġġetti b’valur ta’ EUR 150 jew inqas (kunsinni b’valur baxx), li jfisser li ma jkunux dovuti dazji doganali fuq l-importazzjoni6. Hemm ukoll eżenzjoni mill-VAT għal oġġetti b’valur negliġibbli – dawk li ma jaqbżux il-valur ta’ EUR 22 (jew EUR 10 f’ċerti Stati Membri) mhumiex suġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni7.

Fornimenti ta’ servizzi

11

Is-servizzi ta’ kummerċ elettroniku fornuti8 minn negozju lil konsumaturi privati (“forniment B2C”) huma suġġetti għall-“prinċipju tad-destinazzjoni”, li jfisser li jkunu suġġetti għall-VAT bir-rata applikabbli fil-pajjiż ta’ residenza tal-konsumatur. Il-prinċipju tad-destinazzjoni ilu japplika għall-fornimenti B2C ta’ servizzi diġitali minn pajjiż terz għall-konsumaturi tal-UE mill-2003. Mill-bidu tal-2015, l-istess prinċipju japplika għas-servizzi kollha ta’ kummerċ elettroniku pprovduti minn fornitur tal-UE lil konsumatur fi Stat Membru ieħor. Preċedentement, dawn is-servizzi kienu suġġetti għar-rata tal-VAT tal-pajjiż ta’ residenza tal-fornitur.

12

Mill-bidu tal-2015, il-leġiżlatur tal-UE introduċa s-sistema ta’ “Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir” (MOSS) għat-tassazzjoni tat-telekomunikazzjoni, ix-xandir u s-servizzi fornuti elettronikament. Taħt is-sistema MOSS, in-negozjanti li jfornu servizzi ta’ kummerċ elettroniku lil konsumaturi privati jiddebitaw il-VAT bir-rati applikati fl-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti l-konsumaturi (l-“Istat Membru ta’ konsum”). Madankollu, huma jistgħu jirreġistraw biex iħallsu l-VAT fi kwalunkwe Stat Membru tal-għażla tagħhom9 (l-“Istat Membru ta’ identifikazzjoni” jew l-MSIDE) u jippreżentaw dikjarazzjoni tal-VAT unika hemmhekk, billi jelenkaw is-servizzi kollha fornuti lil kull Stat Membru ta’ konsum u jħallsu l-VAT rilevanti fuqhom. L-MSIDE mbagħad jittrasferixxi l-VAT dovuta lil kull Stat Membru ta’ konsum. Is-sistema MOSS tapplika kemm għal negozjanti rreġistrati fl-UE kif ukoll għal dawk ta’ pajjiżi terzi10.

13

Il-Figura 1 turi kif il-fornimenti B2C ta’ servizzi diġitali li jsiru minn negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS jiġu ntaxxati fl-Istati Membri ta’ konsum (MSCON) differenti.

Figure 1

Forniment B2C ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku għal negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS lil klijenti fi Stati Membri differenti

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq “Your pocket guide to VAT on digital e-commerce” (Gwida fil-qosor għall-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku diġitali), Bellheim, Brown, Erneholm, Jundt, et al.

Riskji tal-arranġamenti attwali għall-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku

14

Ma hemmx stimi disponibbli tat-telf tal-VAT fil-livell tal-UE fuq il-fornimenti transfruntieri ta’ servizzi, iżda l-Kummissjoni tistma li t-telf fuq il-provvisti ta’ oġġetti b’valur baxx li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jammonta sa EUR 5 biljun kull sena. Stimi oħra jidhru fil-paragrafi 101 sa 107.

15

Filwaqt li s-suq uniku abolixxa l-kontrolli fil-fruntieri għall-kummerċ intra-UE, l-oġġetti kollha minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Istati Membri huma suġġetti għal kontrolli doganali. Is-ervizzi pprovduti b’mod diġitali minn barra t-territorju tal-UE jirrappreżentaw riskju partikolari: dawn is-servizzi ma jaqsmux il-fruntieri fiżikament u mhumiex suġġetti għall-istess kontrolli bħall-oġġetti li jidħlu fl-UE. Il-kummerċ intra-UE ta’ servizzi huwa responsabbli għall-VAT, u jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu konxji tal-eżistenza ta’ dawn it-tranżazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jintaxxawhom b’mod xieraq.

Dipendenza fuq il-kooperazjoni volontarja tan-negozjanti

16

Wieħed mir-riskji ġenerali – għall-oġġetti pprovduti u s-servizzi fornuti kemm min-negozjanti tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi terzi – huwa li l-istruttura eżistenti tiddependi essenzjalment fuq ir-rieda tan-negozjanti biex jirreġistraw u jħallsu l-VAT dovuta. L-Istati Membri ma għandhomx setgħat ta’ infurzar barra l-ġurisdizzjoni proprja tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ negozjanti ta’ pajjiżi terzi. Dan jagħmilha diffiċli għalihom biex jiżguraw il-kompletezza tal-ġbir tal-VAT fl-Istat Membru fejn, fl-aħħar mill-aħħar, jiġu kkonsmati l-oġġetti u s-servizzi.

Riskji fil-qafas legali u fl-arranġamenti ta’ kooperazzjoni

17

Hemm riskju li l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali fl-Istat Membru ta’ konsum ma jużawx l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva biex jitolbu informazzjoni mill-pajjiż jew mill-pajjiżi fejn ikun irreġistrat jew identifikat il-fornitur. Mingħajr dawn l-iskambji ta’ informazzjoni, huwa diffiċli għall-awtoritajiet tat-taxxa/doganali fl-Istat Membru ta’ konsum biex jaqbdu t-tranżazzjonijiet mhux intaxxati. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet B2C mhumiex koperti mis-sistema tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-VAT, netwerk elettroniku għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni tal-VAT kemm dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT validi ta’ kumpaniji rreġistrati fl-Istati Membri, kif ukoll dwar il-provvisti u l-fornimenti intra-UE eżentati mit-taxxa.

18

Riskju ieħor huwa li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni (jew l-MSIDE) ftit li xejn għandhom inċentiv biex iwettqu kontrolli xierqa fuq il-fornituri, minħabba li kull VAT skoperta tappartjeni lill-Istat Membru ta’ konsum.

Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità

19

Din id-dipendenza fuq il-kooperazzjoni tan-negozjanti tesponi s-sistema għal diversi forom ta’ nuqqas ta’ konformità. Fil-każ tal-iskema ta’ bejgħ mill-bogħod, wieħed mir-riskji huwa li l-fornituri jistgħu ma jirreġistrawx fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni jekk il-bejgħ tagħhom hemmhekk ikun ogħla mis-soll rilevanti. Riskju ieħor, minħabba li d-differenzi fir-rati tal-VAT fost l-Istati Membri potenzjalment jagħmlu l-frodi fuq il-bejgħ mill-bogħod aktar vantaġġuża, huwa li l-fornituri ma jirrappurtawx b’mod suffiċjenti l-VAT fuq il-bejgħ sabiex jibqgħu taħt is-soll u jevitaw li jiddebitaw ir-rata tal-VAT ogħla applikabbli fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Dan jippermetti li l-fornituri bbażati fl-Istati Membri b’rati tal-VAT aktar baxxi jikkompetu b’mod inġust ma’ dawk l-Istati Membri b’rata tal-VAT ogħla, u jwassal għal dħul mitluf għall-baġits nazzjonali.

20

Minħabba li l-infurzar tar-reġistrazzjoni fis-sistema MOSS huwa diffiċli, jeżisti r-riskju li fornituri minn pajjiżi terzi ma jirreġistraw għall-VAT fl-ebda Stat Membru sabiex jevitaw li jiddebitaw u li jħallsu l-VAT fuq is-servizzi li jipprovdu. Anke jekk jirreġistraw f’MSIDE, għad hemm riskju li jiddikjaraw il-VAT b’mod insuffiċjenti jew li assolutament ma jiddikjarawhiex. Dan inaqqas id-dħul tal-baġit nazzjonali u jippermetti li l-fornituri minn pajjiżi terzi jikkompetu ma’ fornituri rreġistrati fl-UE.

21

L-eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazji doganali għal kunsinni b’valur baxx potenzjalment iħeġġu forma oħra ta’ nuqqas ta’ konformità: is-sottovalutazzjoni sistematika ta’ oġġetti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni għall-finijiet ta’ evażjoni.

22

Il-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku” tal-UE, propost mill-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2016 u adottat mill-Kunsill fi tmiem l-2017, kien intenzjonat li jindirizza dawn il-problemi. Dan tfassal fi ħdan il-qafas tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-UE. L-ewwel riformi fir-rigward tal-VAT saru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2019. Miżuri oħra se jsiru effettivi fl-2021.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

23

L-awditu eżamina jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri humiex qed jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi li l-Istati Membri qed jiffaċċjaw fil-ġbir tal-ammonti korretti tal-VAT u tad-dazji doganali dovuti fuq l-oġġetti u s-servizzi nnegozjati fuq l-Internet. B’mod partikolari, aħna eżaminajna jekk:

  1. il-Kummissjoni stabbilietx qafas regolatorju u ta’ kontroll sod għall-kummerċ elettroniku fir-rigward tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali; u
  2. il-miżuri ta’ kontroll adottati mill-Istati Membri jgħinux biex jiġi żgurat li l-VAT u d-dazji doganali fir-rigward tal-kummerċ elettroniku jinġabru fit-totalità tagħhom.
24

Aħna żorna l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali ta’ ħames Stati Membri: il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja. Aħna għażilnihom skont il-kriterji tar-riskji li ġejjin: (i) l-ammont stmat tal-VAT mitlufa minħabba l-eżenzjonijiet mogħtija mil-leġiżlazzjoni għal kunsinni b’valur baxx11; (ii) l-għadd ta’ negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS għal kull Stat Membru12; u (iii) il-volum ta’ bejgħ elettroniku li sar minn negozjanti rreġistrati fi Stat Membru lil klijenti fi Stati Membri oħra13.

25

Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba li l-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku transfruntier kien suxxettibbli għal irregolaritajiet. B’mod partikolari, il-kummerċ elettroniku jista’ jaghti lok għall-abbuż minn fornituri minn pajjiżi terzi, filwaqt li jqiegħed lin-negozjanti tal-UE fi żvantaġġ. Dawn l-irregolaritajiet jaffettwaw b’mod dirett il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea, billi jnaqqsu l-ġbir tad-dazji doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan jaffettwa wkoll b’mod indirett il-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq il-VAT. Huma joħolqu wkoll distorsjoni fil-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern.

26

Għal dan l-għan, aħna awditjajna s-sistema MOSS, li daħlet fis-seħħ fil-bidu tal-2015. Aħna awditjajna wkoll it-tassazzjoni tal-VAT u tad-dazji doganali fuq il-provvisti transfruntieri ta’ oġġetti, li hija stabbilita fil-leġiżlazzjoni dwar il-VAT u dik doganali. Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna l-proposti li saru mill-Kummissjoni u l-leġiżlazzjoni adottata mill-Kunsill b’segwitu għall-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku”, fil-5 ta’ Diċembru 2017.

27

L-awditu tagħna kopra l-perjodu mill-bidu tal-2015 sa tmiem l-2018. Aħna qisna wkoll l-impatt probabbli tal-bidliet leġiżlattivi relatati mal-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku, li se jidħlu fis-seħħ wara tmiem l-awditu tagħna.

28

Aħna wettaqna l-awditu f’żewġ stadji:

  1. l-ewwel stadju:
    • xogħol preliminari fil-Kummissjoni, żjarat u diskussjonijiet mal-universitajiet, mal-president tal-Qasam ta’ Ħidma tal-Eurofisc speċjalizzat fil-kummerċ elettroniku, u mal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, kif ukoll mal-Grupp Ristrett 2 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-VAT tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) tal-UE, sabiex niġbru informazzjoni u data għax-xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri u biex nikkomparaw il-leġiżlazzjoni tal-UE mal-aħjar prattika internazzjonali; u
    • stħarriġ: Il-Grupp Ristrett 2 qies li l-kummerċ elettroniku kien suxxettibbli għall-frodi fil-qasam tal-VAT. Sabiex jikseb stampa ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni fl-UE, il-Grupp Ristrett 2 iddeċieda li jwettaq stħarriġ tal-awtoritajiet tat-taxxa kollha tal-UE. Aħna, bħala parti mill-Grupp Ristrett 2, bgħatna dan l-istħarriġ lil dawn tal-aħħar f’Novembru 2016. Is-sena ta’ referenza għall-istħarriġ kienet l-2015. Hija kopriet kemm l-iskemi tal-UE kif ukoll mhux tal-UE tas-sistema MOSS, u l-bejgħ mill-bogħod intra-UE u ekstra-UE ta’ oġġetti. Kien hemm 20 Stat Membru li rrispondew għal dan l-istħarriġ;
  2. it-tieni stadju, xogħol tal-awditjar fuq il-post:
    • fil-Kummissjoni: Aħna eżaminajna l-qafas regolatorju u ta’ kontroll speċifiku stabbilit mill-Kummissjoni, biex niżguraw li huwa jsegwi l-aħjar prattiki internazzjonali fil-qasam tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-QEA relatati mal-kummerċ elettroniku. Aħna eżaminajna wkoll il-proposti leġiżlattivi ppreżentati mill-Kummissjoni taħt il-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku”; u
    • fl-Istati Membri magħżula, aħna eżaminajna jekk: (i) l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali jużawx l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva biex jiżguraw it-trażmissjoni tal-informazzjoni xierqa rigward il-VAT u d-dazji doganali; (ii) il-kontrolli mwettqa minnhom humiex effettivi; u (iii) l-infurzar tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali huwiex effettiv. Aħna bbażajna l-analiżi tagħna fuq ir-risposti mill-Istati Membri għall-istħarriġ dwar il-kummerċ elettroniku, fuq l-intervisti li wettaqna ma’ esperti mill-awtoritajiet tat-taxxa u doganali tal-Istati Membri, u fuq bosta kampjuni ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-kummerċ elettroniku.
29

Aktar dettalji dwar l-approċċ tal-awditjar fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri jingħataw fl-Anness I u fl-Anness II.

Osservazzjonijiet

30

Fil-qafas tal-kummerċ elettroniku, l-oġġetti u s-servizzi jiġu pprovduti u fornuti minn postijiet remoti, u l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tagħhom fil-pajjiżi fejn il-fornituri ikunu stabbiliti permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar dawn il-provvisti u l-fornimenti. Huma għandhom ukoll iwettqu kontrolli effettivi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli kollha u jinfurzaw il-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali biex jiżguraw il-kompletezza tiegħu.

31

Il-Kummissjoni għandha tispezzjona l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali tal-Istati Membri, kif ukoll twettaq investigazzjonijiet biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE. Hija għandha wkoll tiżviluppa qafas leġiżlattiv u sistema ta’ kontroll sodi li jippermettu lill-Istati Membri jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ hawn fuq filwaqt li jkunu konsistenti mal-aħjar prattiki internazzjonali rigward il-kummerċ elettroniku.

L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mhumiex qed jiġu sfruttati għalkollox

L-Istati Membri ma jużawx l-arranġamenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka biex jiskambjaw informazzjoni ma’ pajjiżi terzi

32

Jeħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali jiskambjaw informazzjoni ma’ pajjiżi oħra dwar il-kummerċ internazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tat-taxxa u doganali kif ukoll il-kompletezza tal-ġbir tad-dħul. Din il-kooperazzjoni amministrattiva hija magħrufa bħala assistenza amministrattiva reċiproka (MAA). Kwalunkwe ftehim internazzjonali tal-UE huwa suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kunsill, skont l-Artikolu 218 TFUE.

Assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa

33

F’Rapport Speċjali preċedenti, aħna indirizzajna r-rakkomandazzjoni li ġejja14 lill-Istati Membri: “Biex isaħħu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u jinfurzaw il-ġbir tal-VAT fuq servizzi B2C permezz tal-kummerċ elettroniku u fuq prodotti intanġibbli pprovduti minnhom, l-Istati Membri għandhom:

  1. jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja arranġamenti ta’ assistenza reċiproka mal-pajjiżi fejn il-biċċa l-kbira mill-fornituri ta’ servizzi diġitali huma stabbiliti, u biex tiffirma dawn l-arranġamenti; u
  2. għal dawk l-Istati Membri li jappartjenu għall-OECD, jiffirmaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fil-Qasam Fiskali sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar fornituri ta’ servizzi diġitali ma’ pajjiżi terzi”.
34

F’dan l-awditu, aħna wettaqna segwitu għar-rakkomandazzjoni ta’ hawn fuq. Aħna sibna li, sa issa, ftehim internazzjonali tal-UE wieħed biss fil-qasam tal-kooperazzjoni dwar il-VAT, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tal-VAT15. Dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2018.

35

L-Istati Membri kollha tal-UE issa ffirmaw il-Konvenzjoni tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka (MAA) fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa. Madankollu, l-ebda wieħed mill-20 Stat Membru li rrispondew għall-istħarriġ ma użaha għall-kummerċ elettroniku. Bl-istess mod, il-5 Stati Membri li żorna fl-2018 fil-kuntest ta’ dan l-awditu qatt ma użaw il-Konvenzjoni tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa għall-kummerċ elettroniku.

Assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali

36

Fi kwistjonijiet doganali, l-UE ma għandha l-ebda ftehim fis-seħħ dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka ma’ pajjiżi terzi li jipprevedi kooperazzjoni amministrattiva speċifika fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Dan ma jipprevenix lill-Istati Membri milli jużaw ftehimiet dwar l-MAA fi kwistjonijiet doganali, li ma jirreferux b’mod espliċitu għall-kummerċ elettroniku iżda li b’mod wiesa’ jittrattaw il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

37

Madankollu, il-ħames Stati Membri li saritilhom żjara ma pprovdewlniex eżempji jew evidenza tal-użu ta’ talbiet ta’ MAA fi kwistjonijiet doganali ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Huma ma għandhomx wisq rieda li jużaw dawn l-iskambji ta’ informazzjoni maċ-Ċina fil-qasam tal-kummerċ elettroniku minħabba l-probabbiltà baxxa li jirċievu risposta16. Mingħajr dawn l-iskambji ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru ta’ konsum ma jistgħux ikunu konxji tat-tranżazzjonijiet mhux irrappurtati.

L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva intra-UE mhumiex qed jiġu sfruttati għalkollox

38

L-Istati Membri jiddependu fuq informazzjoni riċevuta minn Stati Membri rigward il-kummerċ intra-UE biex ikunu jistgħu jiġbru l-VAT fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri jiskambjaw din l-informazzjoni bl-użu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE17. Din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi l-għodod ta’ kooperazzjoni amministrattiva li ġejjin, li huma rilevanti għall-kummerċ elettroniku:

  1. is-sistema MOSS, li taħżen informazzjoni dwar in-negozjanti rreġistrati u dwar il-fornimenti ta’ servizzi rrappurtati tagħhom lill-Istat Membru ta’ konsum;
  2. skambji ta’ informazzjoni fuq talba u skambji ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel bl-użu ta’ formoli elettroniċi standard;
  3. kontrolli mwettqa simultanjament f’żewġ Stati Membri jew aktar (kontrolli multilaterali – MLCs) u l-preżenza ta’ uffiċjali tat-taxxa fi Stati Membri oħra, li jippermettulhom jiksbu aċċess għad-dokumentazzjoni miżmuma hemmhekk jew li jattendu għal inkjesti li jkunu għaddejjin; u
  4. netwerk deċentralizzat imsejjaħ Eurofisc għall-iskambju, l-ipproċessar u l-analiżi rapidi ta’ informazzjoni mmirata fost l-Istati Membri dwar il-frodi transfruntiera. L-għan tiegħu huwa li jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. In-netwerk jiffunzjona bħala qafas ta’ kooperazzjoni mingħajr personalità ġuridika.

Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir (MOSS):

39

Is-sistema MOSS hija miżura ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ għal negozjanti li jfornu servizzi ta’ kummerċ elettroniku fi ħdan u lejn l-UE. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni fis-sistema MOSS hija volontarja. In-negozjanti tal-UE jistgħu jirreġistraw għall-iskema tal-UE tas-sistema MOSS fl-Istat Membru fejn ikunu stabbilew in-negozju tagħhom jew, meta dan ma jkunx il-każ, fejn ikollhom stabbiliment fiss18. In-negozjanti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jirreġistraw għall-iskema mhux tal-UE fi kwalunkwe Stat Membru tal-għażla tagħhom. Jekk in-negozjanti ma jirreġistrawx fis-sistema MOSS, huma għandhom jirreġistraw għall-VAT f’kull Stat Membru fejn il-konsumatur tas-servizzi jkun stabbilit.

L-arkitettura tal-IT tas-sistema MOSS hija robusta

40

Meta l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jesperjenzaw problemi bl-operat tas-sistema MOSS minn Stati Membri oħra, huma jistgħu jitolbu l-għajnuna mingħand iċ-ċentru telefoniku pprovdut mill-ġestjoni tas-servizzi tal-IT (ITSM) tad-DĠ TAXUD. Kwalunkwe problema rrappurtata tiġi allokata biljett ikkodifikat f’database bl-isem Synergia. L-ITSM stabbilixxa tabella operattiva tas-sistema MOSS bħala għodda ta’ monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ din is-sistema fil-livell tal-UE.

41

Meta l-Istati Membri jibagħtu messaġġ żbaljat, ir-riċevitur jirrispondi b’messaġġ ta’ żball tekniku (TEM). It-TEM jista’ jirreferi għall-invalidità jew inkella għall-format żbaljat tal-messaġġ, jew għall-fatt li d-dikjarazzjoni tal-VAT jew in-numru tal-ID tal-VAT rispettivi ma jkunux magħrufa.

42

Sabiex nittestjaw il-prestazzjoni tal-arkitettura tal-IT tas-sistema l-MOSS, aħna:

  1. analizzajna r-risposti tal-Istati Membri għall-istħarriġ tagħna;
  2. intervistajna l-ispeċjalisti tal-IT tas-sistema MOSS tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri;
  3. eżaminajna d-29 biljett kollha allokati għal problemi rrappurtati ppubblikati fit-tabella operattiva tas-sistema MOSS tal-20.11.2017, li kienu kkawżati mill-Istat Membru li saritlu żjara jew li affettwawh; u
  4. eżaminajna kampjun ta’ 10 TEMs mibgħuta u ta’ 10 TEMs oħra riċevuti minn kull Stat Membru li saritlu żjara.

Kaxxa 1

Eżempju ta’ sejbiet fil-kampjuni tagħna

Aħna sibna li 25 mid-29 biljett irrappurtati mill-Istati Membri li saritilhom żjara kienu għadhom miftuħa jew inkella ngħalqu wara dewmien twil. Aħna ibna wkoll li t-TEMs riċevuti ma jikkawżaw l-ebda reazzjoni min-naħa tar-riċevitur qabel ma l-problema tirriżulta f'biljett. Għaldaqstant, l-Istati Membri mhumiex proattivi fit-trattar ta’ problemi jew ta’ TEMs (għad-dettalji dwar ir-riżultati tal-kampjuni ara l-Anness III).

43

Fl-istħarriġ, 19-il Stat Membru rrispondew li l-infrastruttura tal-IT pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea hija affidabbli biżżejjed biex tiżgura l-funzjonament tas-sistema MOSS, u 16 irrispondew li l-appoġġ mogħti matul il-fażi ta’ tħejjija mill-Kummissjoni kien suffiċjenti. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-5 tati Membri li saritilhom żjara qablu ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet matul l-awditu. Madankollu, 4 Stati Membri qiesu li l-gwida kienet insuffiċjenti. Wieħed minnhom indika d-differenzi fl-interpretazzjoni ta’ “speċifikazzonijiet funzjonali u tekniċi”, li ġiet ikkonfermata minn Stat Membru ieħor matul iż-żjara li wettaqna.

44

L-awtoritajiet tat-taxxa Netherlandiżi jqisu li hemm wisq parteċipanti u speċifikazzonijiet tekniċi fis-sistema MOSS, li ma jippermettilhomx ikunu proattivi fl-indirizzar ta’ eċċezzjonijiet u ta’ sinjali minn Stati Membri jew negozjanti. Skont l-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi, is-sistema ilha taħdem aħjar mill-2017, u l-kooperazzjoni bejn is-servizz tal-IT tal-Istati Membri tiffunzjona mingħajr xkiel. Madankollu, huma jqisu li l-Istati Membri mhumiex se jkunu lesti għall-implimentazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Servizz il-ġdid sal-2021.

Is-sistema MOSS taħżen informazzjoni dwar in-negozjanti rreġistrati u dwar il-fornimenti ta’ servizzi rrappurtati tagħhom lill-Istat Membru ta’ konsum

45

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva tipprevedi l-ħżin u l-iskambju ta’ informazzjoni rigward il-bidu, il-bidliet u t-tmiem tal-attivitajiet ta’ kwalunkwe negozjant irreġistrat fis-sistema MOSS, kif ukoll dwar il-fornimenti ta’ servizzi tiegħu rrappurtati f’dikjarazzjoni tal-VAT mill-MSIDE tiegħu lill-MSCON19.

46

Sabiex nivverifikaw kif l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni t-tajba rigward is-sistema MOSS tintbagħat lill-Istat Membru ta’ konsum fiż-żmien dovut, aħna: (i) eżaminajna t-tweġibiet tal-Istati Membri għall-istħarriġ tagħna; (ii) intervistajna l-esperti tas-sistema MOSS fl-Istati Membri li saritilhom żjara; u (iii) ivverifikajna ħames kampjuni ta’ tranżazzjonijiet relatati mas-sistema MOSS.

47

Kien hemm 13-il Stat Membru li rrispondew li n-negozjanti ma għandhom l-ebda diffikultà biex jiddeterminaw ir-rata korretta li għandha tiġi applikata; 5 rrappurtaw xi diffikultajiet u 2 Stati Membri ma rrispondewx għal din il-mistoqsija. Mill-Istati Membri li saritilhom żjara, in-Netherlands, bħala MSIDE, jibgħat messaġġ ta’ żball lin-negozjant jekk l-ammonti tal-VAT iddikjarati fid-dikjarazzjonijiet ma jiġux ikkalkulati b’mod korrett. Fl-Iżvezja, id-dikjarazzjoni tal-VAT tipprovdi lin-negozjanti bir-rati tal-VAT għall-Istati Membri kollha, u jitwettqu kontrolli tal-konsistenza bejn l-ammonti ddikjarati u r-rati tal-VAT applikati.

48

L-Awstrija rrappurtat li jekk in-negozjant jintroduċi rata tal-VAT żbaljata jew ammont tal-VAT żbaljat, huwa jirċievi notifika mis-sistema MOSS Awstrijaka, iżda xorta waħda jkun jista’ jibgħat id-dikjarazzjoni bir-rata jew l-ammont żbaljati. Is-sistema ma timblukkax il-pagament jekk ir-rata tkun żbaljata, iżda tibgħat nota ta’ tfakkir għal korrezzjoni. L-Awstrija tqis li s-sistema ma għandhiex tippermetti lin-negozjanti jdaħħlu r-rata tal-VAT żbaljata.

49

Biex jiġi ddeterminat il-post fejn jinsab il-konsumatur tas-servizzi, il-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi bosta suppożizzjonijiet. Fejn dawn is-suppożizzjonijiet ma japplikawx, il-fornitur irid iżomm żewġ elementi20 ta’ evidenza mhux kontradittorja, eż. il-fatturazzjoni jew l-indirizzi tal-protokoll tal-Internet (IP), jew inkella d-dettalji bankarji biex jipprovdi evidenza tal-post tal-konsumatur.

50

Skont ir-risposti għall-istħarriġ, 13-il Stat Membru ma jesperjenzaw l-ebda diffikultà biex jiddeterminaw il-post li fih ikun jinsab il-konsumatur, u ma rrappurtaw l-ebda diffikultà min-naħa tan-negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS tagħhom. Kien hemm 3 Stati Membri li rrappurtaw xi problemi. Stat Membru ieħor iddikjara li attwalment huwa qed juża element wieħed biss ta’ evidenza biex jiddetermina dan il-post. Stat Membru wieħed irrapporta problemi sinifikanti, u t-tnejn li jifdal ma rrispondewx għal din il-mistoqsija.

51

Mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara, l-Awstrija biss irrappurtat li mhuwiex dejjem possibbli li jiġi vverifikat jekk il-post tal-konsumaturi huwiex dak reali jew korrett, u li huma jistgħu jserrħu biss fuq l-indirizz IP.

52

F’kull Stat Membru li saritlu żjara, kemm għall-iskemi tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE, aħna vverifikajna kampjun ta’ 10 reġistrazzjonijiet fis-sistema MOSS, dikjarazzjonijiet, korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet, dereġistrazzjonijiet u esklużjonijiet. Ir-riżultati sħaħ tal-kampjuni jidhru fl-Anness III.

Kaxxa 2

Eżempju ta’ sejbiet fil-kampjuni tagħna

L-awtoritajiet tat-taxxa mhux dejjem iddokumentaw il-kontrolli fuq ir-reġistrazzjonijiet tan-negozjanti. Dawn il-kontrolli kienu aktar eżawrjenti fir-rigward tan-negozjanti tal-UE minn dawk li saru fuq in-negozjanti ta’ pajjiżi terzi, u ma pprevenewx każijiet ta’ reġistrazzjoni f’żewġ Stati Membri fl-istess ħin. Dan joħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern.

Jekk in-negozjant ma jkunx ippreżenta dikjarazzjoni fi żmien 30 jum minn tmiem il-perjodu tad-dikjarazzjoni (kwart), l-MSIDE għandu joħroġ nota ta’ tfakkir. permezz ta’ mezzi elettroniċi, dwar l-obbligu tan-negozjant li jippreżenta dikjarazzjoni u jagħmel pagament. Kwalunkwe nota ta’ tfakkir oħra tinħareġ mill-MSCON. F’5 mill-50 każ ikkampjunat, aħna sibna li l-MSCON ma fakkarx lin-negozjant biex jippreżentaw dikjarazzjoni tal-VAT. Jekk in-negozjant ma jissodisfax l-obbligu tiegħu li jippreżenta dikjarazzjoni tal-VAT matul tliet trimestri konsekuttivi, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jeskluduh mis-sistema MOSS.

L-użu ta’ skambji ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri mhuwiex suffiċjenti

53

Hemm żewġ tipi ta’ skambji ta’ informazzjoni previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rigward il-kooperazzjoni amministrattiva: skambji ta’ informazzjoni fuq talba jew dawk mingħajr talba minn qabel. Dawn tal-aħħar jistgħu jkunu jew awtomatiċi, eż. l-iskambji ta’ informazzjoni awtomatiċi rigward is-sistema MOSS li jissemmew fit-taqsima preċedenti, jew inkella spontanji21.

54

It-Tabella 1 turi l-iskambji ta’ informazzjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva (AC) relatati mal-kummerċ elettroniku li aħna sibna fl-Istati Membri li saritilhom żjara, mill-2015 sad-data l-aktar reċenti disponibbli.

Tabella 1

Skambji ta’ informazzjoni relatati mal-kummerċ elettroniku fl-Istati Membri li saritilhom żjara

Sors: Il-QEA.

55

Aħna sibna li kien hemm riskju li din id-data ma tkunx kompleta, minħabba li:

  1. il-formoli elettroniċi użati għall-iskambji ta’ informazzjoni spontanji ma jippreżentawx kaxxa biex tiġi mmarkata u biex l-informazjoni skambjata tiġi kkategorizzata bħala relatata mal-iskema ta’ bejgħ mill-bogħod;
  2. l-Istati Membri ma jżommux reġistri separati tal-formoli elettroniċi relatati mal-kummerċ elettroniku; u
  3. l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri għall-kooperazzjoni amministrattiva ma għandhomx funzjoni ta’ koordinazzjoni separata għas-sistema MOSS u/jew għall-bejgħ mill-bogħod.
56

It-Tabella 2 turi l-iskambji ta’ informazzjoni fil-qafas tal-AC fl-Istati Membri li saritilhom żjara fl-2016, irrispettivament minn jekk dawn humiex relatati mal-kummerċ elettroniku.

Tabella 2

Skambji ta’ informazzjoni totali fil-qafas tal-AC fl-Istati Membri li saritilhom żjara fl-2016

Sors: Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva - Grupp ta’ Esperti.

57

Dawn it-tabelli juru li l-użu tal-iskambji ta’ informazzjoni, fuq talba jew inkella spontanji, dwar il-kummerċ elettroniku għadu limitat.

58

L-iskambji ta’ informazzjoni fuq talba għandhom jitwettqu sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tiġi riċevuta t-talba, dment li l-awtorità mitluba ma jkollhiex diġà l-informazzjoni. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien jitnaqqas għal xahar22.

59

Biex nivverifikaw l-effiċjenza ta’ dawn l-iskambji ta’ informazzjoni, aħna eżaminajna dawk li jidhru fit-Tabella 1. Meta l-popolazzjoni tal-iskambji ta’ informazzjoni, fuq talba jew inkella spontanji, mibgħuta u riċevuti kienet aktar minn 10 elementi, aħna għamilna għażla aleatorja ta’ 10 elementi. Fil-każijiet l-oħra, aħna eżaminajna l-popolazzjoni kollha. Aħna sibna li:

  1. minn 56 element tal-kampjun li ġew ivverifikati, kien hemm 25 każ ta’ dewmien fl-iskambji ta’ informazzjoni fuq talba. F’16 minn dawn il-25 skambju ta’ informazzjoni tardivi, l-Istati Membri ma infurmawx lill-kontropartijiet tagħhom dwar l-impossibbiltà li tiġi ssodisfata d-data ta’ skadenza għal risposta skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 904/2010;
  2. L-Istati Membri jużaw aktar ta’ spiss skambji ta’ informazzjoni, fuq talba jew inkella spontanji, dwar il-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti intra-UE milli dwar is-sistema MOSS.

Il-kontrolli multilaterali mhumiex effettivi

60

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu kontrolli kkoordinati tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta’ negozjant relatat wieħed jew aktar, jekk huma jqisu li dawn il-kontrolli jkunu aktar effettivi minn kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss23.

61

Skont il-Kummissjoni, mill-2014 ’il hawn, twettqu 284 kontroll multilaterali (MLCs), li minnhom 6 jistgħu jitqiesu li huma relatati b’mod aktar speċifiku mal-kummerċ elettroniku (inklużi l-VAT u t-taxxi diretti)

62

Aħna eżaminajna dawn l-MLCs matul iż-żjarat tal-awditjar tagħna fl-Istati Membri, u kejjilna l-effettività tagħhom f’termini ta’ valutazzjonijiet addizzjonali tal-VAT imwettqa. Aħna sibna li tlieta minnhom għadhom għaddejjin, u wieħed minnhom kien ta’ suċċess kbir f’termini ta’ valutazzjonijiet addizzjonali tal-VAT. Madankollu, aħna sibna wkoll li f’żewġ każijiet, l-MSIDE rrifjuta li jipparteċipa fl-MLC. Wieħed mill-Istati Membri li saritilhom żjara ddikjara li huwa kważi impossibbli li tiġi ddeterminata l-bażi għat-taxxa korretta meta l-MSIDE ma jkunx involut.

63

Bl-istess mod, l-Istati Membri li saritilhom żjara qatt ma użaw awditi konġunti taħt il-kappa tal-Konvenzjoni tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka (MAA) fi kwistjonijiet relatati mat-taxxa24.

64

Fit-2 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta emenda25 għar-Regolament Nru 904/2010, li tipprevedi26 l-possibbiltà li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jwettqu awditi konġunti. Skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda, jekk mill-inqas żewġ Stati Membri jippreżentaw talba motivata komuni lill-MSIDE li jkun fiha indikazzjonijiet jew evidenza ta’ riskji ta’ evażjoni tal-VAT, l-awtorità rikjesta ma tistax tirrifjuta (suġġett għal ċerti eċċezzjonijiet) li tipparteċipa fl-awditu.

Għall-Istati Membri l-iskambji ta’ informazzjoni permezz tal-Eurofisc mhumiex utli

65

L-Eurofisc huwa netwerk deċentralizzat ta’ uffiċjali mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u doganali tal-Istati Membri, li jiskambjaw b’mod rapidu kif ukoll jipproċessaw u janalizzaw b’mod konġunt informazzjoni mmirata dwar kumpaniji u tranżazzjonijiet possibbilment frodulenti.

66

Il-laqgħa plenarja tal-Eurofisc li saret f’April 2016 approvat il-ħolqien tal-qasam ta’ ħidma Nru 5 (WF5) tal-Eurofisc. Attwalment, hemm 24 parteċipant u 3 osservaturi f’dan il-qasam ta’ ħidma.

67

Wieħed mill-għanijiet tad-WF5 għall-2017 kien li jibda jiskambja data operazzjonali. L-Istati Membri qablu dwar żewġ livelli ta’ feedback. Jekk ikun possibbli, feedback tal-ewwel livell irid jintbagħat fi żmien xahar. Feedback tat-tieni livell huwa mistenni jiġi pprovdut mal-konklużjoni tal-investigazzjoni sabiex l-ispeditur tal-informazzjoni jkun jista’ jkun konxju tal-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

68

Aħna sibna li meta s-sistema saret operazzjonali f’Diċembru 2017, 4 Stati Membri kkondividew lista ta’ 480 sinjali ta’ frodi mal-kontropartijiet tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri pprovdew feedback biss fir-rigward ta’ wieħed minn dawn l-480 każ. L-Istati Membri jqisu li s-sinjali skambjati permezz tad-WF5 tal-Eurofisc f’din id-database tar-riskji mhumiex immirati sew, jew inkella mhumiex utli jew ma għandhomx suċċess.

69

L-Istati Membri jikkondividu wkoll informazzjoni u joħorġu messaġġi ta’ twissija bikrija dwar ix-xejriet ta’ frodi u l-iskemi konkreti ta’ frodi. Aħna sibna li l-Istati Membri skambjaw din l-informazzjoni tliet darbiet u darba minnhom kienet utli ħafna għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru li rċieva l-informazzjoni, li pprovda feedback fi żmien xahar.

Nuqqas ta’ kontrolli effettivi fuq il-kummerċ elettroniku transfruntier

70

L-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll biex jiżguraw ir-reġistrazzjoni tan-negozjanti tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi fis-sistema MOSS. Barra minn hekk, kull Stat Membru huwa responsabbli għall-istabbiliment tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju proprju tiegħu għall-kontrolli fuq il-bejgħ mill-bogħod. Billi ma hemmx qafas komuni fil-livell tal-UE, approċċi differenti fid-diversi Stati Membri jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fis-suq intern.

L-attività ta’ kontroll tal-awtoritajiet tat-taxxa fuq is-sistema MOSS hija dgħajfa

71

Aħna sibna li l-awtoritajiet tat-taxxa mhux dejjem iddokumentaw il-kontrolli fuq ir-reġistrazzjonijiet tan-negozjanti. Dawn il-kontrolli kienu aktar eżawrjenti fir-rigward tan-negozjanti tal-UE minn dawk li saru fuq in-negozjanti ta’ pajjiżi terzi. Aħna sibna dgħufijiet fil-kontroll tar-reġistrazzjonijiet għall-iskema mhux tal-UE fi kważi 80 % tal-każijiet li ġew eżaminati u, matul l-eżaminar tal-kampjuni ta’ dereġistrazzjonijiet u esklużjonijiet, aħna identifikajna żewġ każijiet ta’ reġistrazzjoni doppja għall-iskema mhux tal-UE. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni mhumiex żgurati għan-negozjanti tal-UE.

72

F’dan l-istħarriġ, aħna staqsejna lill-Istati Membri jekk, fl-2015, kinux wettqu kontrolli fuq in-negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS bħala MSIDE. Seba’ Stati Membri biss irrispondew li kienu wettqu dawn il-kontrolli, u wieħed minnhom iddikjara li kien wettaqhom mar-reġistrazzjoni. L-Istati Membri l-oħra rrispondew li huma ma kinux wettqu kontrolli (disa’) jew inkella ma kellhomx statistika dwar dan (erbgħa).

73

Fir-rigward tal-kontrolli mwettqa bħala MSCON, tmien Stati Membri rrispondew li huma kienu wettqu dawn il-kontrolli; disgħa ma kienu wettqu l-ebda kontroll; u tlieta oħra ma kellhomx statistika rilevanti.

74

Il-Figura 2 turi l-għadd ta’ awditi relatati mas-sistema MOSS imwettqa fl-Istati Membri li saritilhom żjara, kemm għall-iskemi tal-UE kif ukoll mhux tal-UE, mill-2015 sad-data l-aktar reċenti disponibbli.

Figura 2

Għadd ta’ awditi relatati mas-sistema MOSS imwettqa fil-ħames Stati Membri magħżula meta mqabbla mal-popolazzjoni tan-negozjanti fi tmiem l-2017

Nota: L-għadd ta’ negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS fil-Ġermanja, li huwa disponibbli fil-livell Federali ma jinkludix il-fornituri tal-UE.

Sors: Il-QEA.

75

Aħna eżaminajna l-awditi relatati mas-sistema MOSS li jissemmew fil-Figura 2. Aħna sibna li:

  1. in-Netherlands biss jużaw il-fajl standard tal-awditjar għall-awditi relatati mas-sistema MOSS (SAF-MOSS) biex jitlob id-data mingħand in-negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS;
  2. l-awditu ġie konkluż bi ġbir effettiv tal-valutazzjoni addizzjonali tal-VAT fi tlieta biss mill-fajls eżaminati; u
  3. il-Kummissjoni pprovdiet rakkomandazzjonijiet27 dwar kif għandhom jiġu kkoordinati l-awditi relatati mas-sistema MOSS, u li l-Istati Membri qablu dwar linji gwida prodotti mill-“Grupp Nru 86 tal-Proġett Fiscalis” dwar l-awditjar u l-kontroll fuq is-sistema MOSS. Madankollu, dawn mhumiex legalment vinkolanti u l-Istati Membri jistgħu jsegwu approċċi differenti.
76

Aħna sibna li l-attività tal-awditjar relatat mas-sistema MOSS hija limitata ħafna fil-każ tal-iskema tal-UE, u hija kważi ineżistenti fil-każ tal-iskema mhux tal-UE. Din l-attività tal-awditjar mhix effettiva f’termini ta’ ġbir tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa Netherlandiżi ddikjaraw li huma għandhom ħafna xogħol b’lura fir-rigward tal-awditi dwar il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT bħala MSCON.

L-awtoritajiet tat-taxxa ma jwettqux awditi effettivi dwar il-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti intra-UE

77

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri jużaw għodod ta’ web-scraping jew informazzjoni ta’ partijiet terżi biex jidentifikaw in-negozjanti li għandhom ikunu rreġistrati fil-ġurisdizzjoni minħbba li jkunu aktar mis-soll (ara l-paragrafu 09). Madankollu, huma ma jużawx din l-informazzjoni biex jidentifikaw in-negozjanti li għandhom ikunu rreġistrati fi Stat Membru ieħor.

78

Tnejn mill-Istati Membri li saritilhom żjara rrappurtaw ukoll li huwa diffiċli li jiġu vverifiikati l-fornituri minn Stati Membri oħra li għandhom ikunu rreġistrati f’dawk tal-ewwel minħabba li jkunu aktar mis-soll tal-bejgħ mill-bogħod.

79

Pereżempju, fornituri minn Stati Membri u minn swieq oħra jistgħu jiżguraw li l-klijenti privati jkunu obbligati jikkuntrattaw fornituri intermedjarji ta’ kumpaniji ta’ distribuzzjoni fl-Istat Membru tal-fornitur, biex iwasslu l-oġġetti lill-Istat Membru ta’ konsum. Il-fornitur imbagħad iqis b’mod artifiċjali li l-provvista tkun saret lill-intermedjarju domestiku aktar milli bejgħ mill-bogħod lill-Istat Membru ta’ konsum, u b’hekk jevita l-ħtieġa li jirreġistra f’dan tal-aħħar.

80

Mit-62 kampjun ta’ skambji ta’ informazzjoni, fuq talba jew inkella mingħajr talba minn qabel, relatati mal-bejgħ mill-bogħod li eżaminajna, 53 saru fi ħdan il-kuntest ta’ awditu. Aħna sibna 13-il eżempju ta’ riżultati effettivi f’termini ta’ ġbir tal-VAT.

Id-dwana tal-UE ma tistax tipprevieni l-abbuż mill-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx għal oġġetti importati minn pajjiżi terzi

81

Il-provvisti B2C ta’ oġġetti mixtrija minn pajjiżi terzi għandhom eżenzjoni mill-VAT għal kunsinni b’valur baxx meta l-valur tagħhom ma jkunx aktar mis-soll ta’ EUR 2228. Barra minn hekk, meta l-valur intrinsiku29 tal-oġġetti jkun ugwali jew inqas minn EUR 150, ma jkunx meħtieġ li jiġu imposti dazji doganali. Rigal mibgħut minn individwu privat għal individwu privat ieħor (P2P) huwa eżentat mid-dazji doganali u mill-VAT meta l-valur tiegħu ma jkunx aktar minn EUR 45 (ara t-Tabella 3).

Tabella 3

Soll għall-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx

Sors: Il-QEA.

82

Jista’ jsir abbuż minn dawn l-eżenzjonijiet ta’ kunsinni b’valur baxx (LVCR), permezz ta’: (i) sottovalutazzjoni ta’ oġġetti, li jiġu ddikjarati biex il-valur tagħhom ikun aktar baxx mis-sollijiet għall-eżenzjonijiet mill-VAT u/jew mid-dazji doganali; (ii) qsim ta’ kunsinni biex ikunu taħt il-limitu tas-soll; (iii) importazzjoni ta’ kunsinni kummerċjali ddikjarati bħala rigali jew inkella ta’ oġġetti li jkunu ineliġibbli għall-eżenzjoni.

83

L-oġġetti jistgħu jiġu importati wara li l-konsumatur ikun xtrahom minn fuq l-internet. F’dan il-każ, huma jiġu importati bl-użu ta’ servizz postali jew inkella ta’ kurrier. Fl-aħħar mill-aħħar, l-awtoritajiet doganali huma responsabbli biex jiżguraw li n-negozjanti jkunu qed jikkonformaw mal-LVCR. Huma wkoll responsabbli għall-istabbiliment tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju proprju tagħhom għall-kontrolli fuq dawn l-importazzjonijiet.

Is-sistemi ta’ żdoganar elettroniku tal-Istati Membri jippreżentaw xi dgħufijiet

84

Sabiex nivverifikaw jekk is-sistemi ta’ żdoganar elettroniku tal-Istati Membri jistgħux jipprevienu l-abbuż mil-LVCR, aħna wettaqna test fl-ambjent finta tas-sistema ta’ żdoganar elettroniku ta’ erba’ Stati Membri li saritilhom żjara. F’kull wieħed mill-5 Stati Membri li saritilhom żjara, aħna għażilna wkoll kampjun immirat ta’ 15-il importazzjoni li saru minn operaturi postali u kampjun immirat ieħor ta’ 15-il importazzjoni li saru minn operaturi tal-kurrieri.

85

Is-sistemi ta’ żdoganar elettroniku kollha tal-Istati Membri li saritilhom żjara aċċettaw dikjarazzjonijiet li ma kinux eliġibbli għal-LVCR. Bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, is-sistemi ta’ żdoganar elettroniku tal-erba’ Stati Membri l-oħra li saritilhom żjara aċċettaw dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni li japplikaw għall-eżenzjoni mid-dazji doganali għal kunsinni B2C, minkejja li l-valur intrinsiku ddikjarat kien ogħla minn EUR 15030, jew għal rigali li l-valur iddikjarat tagħhom kien ogħla minn EUR 4531. Fl-Awstrija, is-sistema ta’ żdoganar elettroniku aċċettat dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni li japplikaw għall-eżenzjoni mid-dazji doganali għal kunsinni B2C, minkejja li l-prodott iddikjarat kien prodott alkoħoliku32.

86

Ir-riżultati tal-kampjuni jidhru fil-Figura 3.

Figura 3

Riżultati tal-kampjuni ta’ importazzjonijiet postali u bil-kurrieri, skont l-Istati Membri

Sors: Il-QEA.

87

Fir-Rapport Speċjali Nru 19/2017 tagħna, aħna rrakkomandajna lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin mingħajr dewmien33:

“…

(b) jintroduċu kontrolli fis-sistemi elettroniċi tagħhom ta’ rilaxx doganali biex jimblokkaw l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni li jkun fihom applikazzjonijiet għal eżenzjoni mid-dazji doganali għal kunsinni ta’ valur baxx tal-merkanzija li l-valur intrinsiku tagħha jkun ogħla minn EUR 150, jew għal kunsinni kummerċjali (B2C) iddikjarati bħala rigali (P2P);

(c) jivverifikaw ex post il-konformità tal-operaturi tas-suq mal-eżenzjoni mid-dazji doganali għal kunsinni ta’ valur baxx, inklużi l-operaturi ekonomiċi awtorizzati (AEOs);

(d) jifformulaw pjanijiet ta’ investigazzjoni biex jiġġieldu kontra l-abbuż li jsir minn dawn l-eżenzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ elettroniku ta’ merkanzija ma’ pajjiżi mhux tal-UE.”

88

L-ebda wieħed mill-Istati Membri li saritilhom żjara ma indirizza r-rakkomandazzjonijiet (b) u (d). L-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post biex jivverifikaw jekk in-negozjanti jkunux qed jikkonformaw mal-LVCR, iżda ma pprevenewx l-abbużi li qbadna fil-kampjuni ppreżentati fil-Figura 3. Għalhekk, is-sistemi ta’ żdoganar elettroniku mhumiex qed ikunu kapaċi jipprevienu l-importazzjoni ta’ oġġetti li huma ineliġibbli għal-LVCR, u dan ma jiġix ikkumpensat permezz ta’ kontrolli ex post u pjanijiet ta’ investigazzjoni.

Għadd ta’ AEOs abbużaw mis-sistema ta’ eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx

89

Skont il-leġiżlazzjoni doganali34, AEO jrid ikollu kontrolli interni li jkunu kapaċi jipprevenu u jaqbdu tranżazzjonijiet illegali jew irregolari. Barra minn hekk, skont il-linji gwida dwar l-AEOs: Kull irregolarità fl-amministrazzjoni, inkluż il-ksur doganali, tista’ tkun indikatur li s-sistema ta’ kontroll intern mhix qed tkun effettiva. F’din il-perspettiva, kull ksur doganali dejjem għandu jiġi skrutinizzat anke fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni, sabiex jittieħdu miżuri biex tittejjeb is-sistema ta’ kontroll intern u b’hekk tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur35.

90

Aħna eżaminajna 75 dikjarazzjoni tal-importazzjoni li ġew ippreżentati minn servizzi postali fil-kampjuni tagħna (15 għal kull Stat Membru li saritlu żjara). Aħna sibna li f’35 minn dawn il-75 dikjarazzjoni, id-dikjaranti abbużaw mil-LVCR. Fi 8 minn dawn il-35 dikjarazzjoni, id-dikjarant kien AEO partikolari. Aħna eżaminajna wkoll 75 dikjarazzjoni tal-importazzjoni li ġew ippreżentati minn servizzi ta’ kurrieri espress. Sibna li fi 28 minn dawn, id-dikjaranti abbużaw mil-LVCR. F’21 minn dawn it-28 dikjarazzjoni, jew id-dikjarant jew inkella r-rappreżentant doganali kien AEO.

91

Il-kumpaniji tal-kurrieri bi status ta’ AEOs li ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet illegali li jinsabu fil-kampjun għandu jkollhom kontrolli interni stabbiliti biex dan jiġi evitat. Dawn l-AEOs applikaw għal eżenzjoni mill-VAT/mid-dazji doganali għal oġġetti mhux eliġibbli.

Il-Kummissjoni ma twettaqx attivitajiet ta’ kontroll u monitoraġġ suffiċjenti

92

Kif irrappurtajna36 fir-Rapport Speċjali Nru 19/2017, “l-awtoritajiet doganali għandhom l-obbligu li jiskambjaw informazzjoni relatata mhux biss mar-riskji osservati iżda wkoll ma’ theddid li jippreżenta riskju għoli xi mkien ieħor fl-Unjoni billi jużaw formola ta' informazzjoni dwar ir-riskju (RIF)”.

93

Il-Kummissjoni ħolqot RIF biex tindirizza l-irregolaritajiet relatati mas-sottovalutazzjoni, il-klassifikazzjoni skorretta, il-VAT, eċċ. L-RIF ġiet inkluża fis-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali (CRMS) u saret disponibbli għall-Istati Membri li ddeċidew dwar informazzjoni rilevanti li għandha tiġi integrata fis-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom.

94

Skont il-Kummissjoni, tfittxija rapida fis-sistema CRMS dwar l-RIFs maħruġa fl-2016 u fl-2017, li jinkludu kelma waħda relatata mal-kummerċ elettroniku, mal-merkanzija postali u bil-kurrieri, identifikat 530 RIF maħruġa mill-Istati Membri.

95

Il-Kummissjoni ħolqot kriterji u standards tar-riskji komuni għal riskji li jkollhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha (Kriterji tar-Riskji Finanzjarji jew FRC). L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawn l-FRC elettronikament sa tmiem Mejju 2019. L-FRC jindirizzaw, tal-inqas parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-QEA.

96

Fuq il-bażi tar-risposti tal-Kummissjoni għall-kwestjonarju tagħna, aħna sibna li fil-kuntest tal-isfidi maħluqa mill-kummerċ elettroniku għall-VAT, il-Kummissjoni ma twettaqx spezzjonijiet jew żjarat ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri, għajr l-ispezzjonijiet fuq il-kalkoli tal-bażijiet armonizzati tal-VAT tal-Istati Membri għall-finijiet tar-riżorsi proprji. Il-Kummissjoni mhix qed timmonitorja l-bejgħ mill-bogħod intra-UE, u ma mmonitorjatx il-funzjonament tas-sistema MOSS fl-Istati Membri minn meta ġiet implimentata fl-1.1.2015.

97

Madankollu, il-Kummissjoni wettqet kampanji ta’ informazzjoni biex ittejjeb il-konformità tan-negozjanti ta’ pajjiżi terzi mal-iskema mhux tal-UE tal-VAT MOSS.

98

Mill-bidu tal-2015, il-Kummissjoni ma wettqitx spezzjonijiet fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali37 fir-rigward tal-konformità tas-servizzi ta’ kurrieri espress u s-servizzi postali.

99

Fir-Rapport Speċjali Nru 19/2017, aħna rrakkomandajna lill-Kummissjoni biex “…(c) tinvestiga l-abbuż li jsir mill-eżenzjonijiet mid-dazji doganali għal kunsinni ta’ valur baxx fuq il-kummerċ elettroniku ta’ merkanzija ma’ pajjiżi mhux tal-UE” (ir-Rakkomandazzjoni 8). Fl-2017, l-OLAF beda investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjoni permezz tal-kummerċ elettroniku ta’ ħwejjeġ b’valur baxx. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin f’erba’ Stati Membri. Fl-2018, l-OLAF beda investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjoni suspettata permezz ta’ tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, potenzjalment ta’ oġġetti sensittivi ttrasportati bl-ajru mingħajr pagament tad-dazji doganali u l-VAT relatata dovuta.

L-infurzar tal-ġbir mhuwiex effettiv

100

L-awtoritajiet tat-taxxa huma responsabbli biex jiżguraw li l-ammont korrett tal-VAT qed jitħallas lill-Istat Membru t-tajjeb fiż-żmien dovut, u biex jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji meta dan ma jkunx il-każ. L-Istati Membri huma responsabbli għall ġbir tal-VAT li titħallas minn negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS u għat-trasferiment tal-ammonti miġbura lil Stati Membri oħr, fejn dawn ikunu dovuti.

Ma hemmx stimi tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT fil-forniment ta’ servizzi u stimi diverġenti fil-provvista ta’ oġġetti

101

Id-diskrepanza fil-konformità tal-VAT hija d-differenza bejn l-ammont li mistenni jinġabar skont il-qafas leġiżlattiv attwali u dak li il-fatt jinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Aħna eżaminajna jekk u kif din tiġi stmata għall-provvisti ta’ oġġetti u l-fornimenti ta’ servizzi permezz tal-kummerċ elettroniku transfruntier. Din l-istima tgħin lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri jimmiraw ir-riżorsi fejn dawn ikunu meħtieġa l-aktar.

102

Aħna sibna li l-Istati Membri ma għamlu l-ebda stima tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT, la għall-iskema tal-UE u lanqas għall-iskema mhux tal-UE tas-sistema MOSS. Fl-istħarriġ tagħna, aħna tlabna lill-Istati Membri jipprovdu stimi tad-dħul mitluf minħabba negozjanti mhux irreġistrati minn barra t-territorju tal-UE. Hemm 17-il Stat Membru li rrispondew li ma għandhomx dawn l-istimi; 2 Stati Membri ma wiġbux din il-mistoqsija; u Stat Membru wieħed ipprovda stima dwar l-ammont ta’ dħul mitluf fl-2015 minħabba l-użu ta’ xandir televiżiv illegali38 minn mill-inqas 100 unità domestika fit-territorju tiegħu. Din l-istima tammonta għal EUR 12-il miljun.

103

Aħna kkonfermajna n-nuqqas ta’ twettiq ta’ stima tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT għas-sistema MOSS fl-Istati Membri li żorna.

104

Fl-istħarriġ tagħna, aħna tlabna lill-Istati Membri jipprovdu stima tad-dħul mitluf minħabba mġiba frodulenti li tinkludi l-abbuż mis-sistema ta’ eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx (LVCR), eż. permezz ta’ qsim, dikjarazzjoni skorretta jew fatturar b’mod insuffiċjenti tal-vjeġġi biex ma jinqabiżx is-soll. L-ebda wieħed mill-20 Stat Membru li stħarriġna ma tawna din l-istima.

105

Studju ta’ Deloitte għamel stima tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT dovuta għall-bejgħ mill-bogħod intra-UE u ekstra-UE ta’ oġġetti 39. It-telf ivarja minn EUR 2.6 biljun sa EUR 3.8 biljun kull sena fl--UE. L-Awstrija stmat li t-telf totali tal-VAT fit-territorju tagħha dovut għall-bejgħ mill-bogħod intra-UE fil-perjodu 2010-2015 huwa ta’ EUR 860 miljun. Mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara, l-Awstrija biss ippubblikat dan it-tip ta’ stima.

106

Għall-UE fl-intier tagħha, studju li twettaq fl-2016 minn ditta ta’ konsulenza bl-istess mod jindika li hemm xi diskrepanzi fis-sistema40. Skont l-istudju, il-VAT tiġi imposta fuq 35 % biss tal-importazzjonijiet postali, u dawn id-diskrepanzi jiġu kkonkretizzati direttament f’telf ta’ dħul mill-VAT ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 1.05 biljun. Huwa jistma telf addizzjonali ta’ EUR 0.25 biljun minn diskrepanzi fil-ġbir tad-dazji tal-importazzjoni. Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea tistma li t-telf kumplessiv tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier li jirriżulta mill-eżenzjoni għal kunsinni b’valur baxx jammonta sa EUR 5 biljun kull sena41.

107

L-HMRC fir-Renju Unit stmat li t-telf tal-VAT dovut għall-bejgħ mill-bogħod ekstra-UE ta’ oġġetti (importazzjonijiet) huwa bejn £ 1 biljun u £ 1.5 biljun kull sena fir-Renju Unit. Dan ivarja bejn 8 % u 12 % tad-diskrepanza tal-VAT42. Ta’ min josserva li, bi tqabbil ma’ dan, fir-Renju Unit il-frodi intra-Komunitarja b’negozjant nieqes (MTIC) tammonta biss għal 4 % tad-diskrepanza tal-VAT43.

Problemi bil-pagamenti relatati mas-sistema MOSS fost l-Istati Membri

108

Taħt is-sistema MOSS, il-VAT imħallsa min-negozjant fl-MSIDE imbagħad tiġi ttrasferita lill-Istat Membru ta’ konsum sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara tmiem ix-xahar li fih il-pagament ikun ġie riċevut. L-ammont ittrasferit ma jinkludix perċentwal miżmum tal-VAT miġbura. Il-leġiżlazzjoni tal-UE naqqset gradwalment dan il-perċentwal minn 30 % fil-perjodu 2015-2016 għal 15 % fil-perjodu 2017-2018, u għal 0 % mill-2019. Il-Figura 4 turi l-flussi finanzjarji f’każ ta’ forniment B2C ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku minn fornitur mhux tal-UE rreġistrat fis-sistema MOSS.

Figure 4

Forniment B2C ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku minn fornitur mhux tal-UE rreġistrat fis-sistema MOSS

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq “Your pocket guide to VAT on digital e-commerce” (Gwida fil-qosor għall-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku diġitali), Bellheim, Brown, Erneholm, Jundt, et al.

109

Jekk in-negozjant jonqos milli jagħmel pagament, jew inkella ma jħallasx l-ammont sħiħ, l-MSIDE għandu jibgħat nota ta’ tfakkir elettronika 10 ijiem wara li jkun dovut il-pagament. Minn hemm ’il quddiem, l-MSCON ikun responsabbli biex jibgħat kwalunkwe nota ta’ tfakkir sussegwenti għall-ġbir tal-VAT44.

110

Aħna eżaminajna kampjun ta’ 10 pagamenti tal-VAT riċevuti bħala MSIDE għal kull Stat Membru li saritlu żjara. Aħna sibna li, f’żewġ każijiet, in-negozjant ma ħallasx l-ammont sħiħ, iżda l-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi ma bagħtux nota ta’ tfakkir lin-negozjant għall-pagament nieqes. F’wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, huma ma eskludewx in-negozjant minkejja li dan evenwalment ħallas b’dewmien ta’ aktar minn sentejn.

111

Fin-Netherlands, aħna sibna tliet każijiet fejn l-awtoritajiet tat-taxxa Netherlandiżi allokaw il-pagament għad-dikjarazzjoni tal-VAT manwalment, li huwa kompitu oneruż u mhux kompletament affidabbli. Barra minn hekk, is-sistema nazzjonali tal-IT tan-Netherlands ma tipprevedix kontrolli awtomatiċi bejn id-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti. In-negozjanti jistgħu jiġu esklużi mis-sistema MOSS meta jkunu rċevew nota ta’ tfakkir biex jippreżentaw jew inkella jħallsu dikjarazzjoni tal-VAT għat-tliet trimestri immedjatament preċedenti. Għalhekk, l-awtoritajiet tat-taxxa ma jafux meta ma jkunx sar pagament, u ma hemmx notifika awtomatika li tindika li n-negozjant ma jkunx irrispetta d-dati ta' skadenza ta’ tliet pagamenti. Ir-riżultati tal-kampjuni jidhru fl-Anness III.

112

Is-SAI tan-Netherlands irrappurtat45 dan li ġej: Is-sistema MOSS Netherlandiża ma pprovdietx appoġġ għall-kontrolli tal-puntwalità u l-kompletezza tal-pagamenti tal-VAT bejn l-2015 u l-2017. Kien biss fl-ewwel tliet xhur tal-2018 li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana setgħet tibda tqabbel id-dikjarazzjonijiet tal-VAT u l-pagamenti tal-VAT, fir-rigward tal-ewwel tliet xhur tal-2015. It-tqabbil tad-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti huwa fil-biċċa l-kbira xogħol manwali. Minħabba x-xogħol b’lura fit-tqabbil tad-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti fis-sistema MOSS, l-Uffiċċju Mhux Residenti tal-Amministrazzjoni għadu ma bediex jaħdem fuq l-infurzar u l-monitoraġġ strutturati tal-konformità mal-obbligi tal-VAT. Biex jagħmel dan, huwa jeħtieġ informazzjoni speċifika dwar l-istatus tal-pagamenti.

113

Aħna vverifikajna kampjun ta’ 10 pagamenti bħala MSCON għal kull Stat Membru li saritlu żjara. Aħna sibna żewġ każijiet li fihom l-awtoritajiet tat-taxxa tal-MSCON ma bagħtux nota ta’ tfakkir minkejja li n-negozjant ma kienx għamel pagament sa dak l-istadju. F’każ ieħor, l-MSCON irċieva l-pagament iżda ma sabx id-dikjarazzjoni tal-VAT. L-awtoritajiet tat-taxxa Netherlandiżi allokaw manwalment l-oġġetti kollha tal-kampjun magħżul għad-dikjarazzjoni tal-VAT. Għal aktar dettalji dwar ir-riżultati tal-kampjuni ara l-Anness III.

114

Biex tiġi żgurata l-kompletezza tal-pagamenti tal-VAT, dawn huma marbuta mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT bl-użu ta’ numru ta’ referenza uniku tad-dikjarazzjoni tal-VAT. L-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi rrappurtaw li huma ma jirċivux il-pagamenti kollha dovuti, speċjalment mir-Renju Unit. Bl-istess mod, is-SAI tar-Repubblika Ċeka46 rrappurtat problemi relatati mal-allokazzjoni tal-pagamenti riċevuti mir-Renju Unit għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.

115

Il-Kummissjoni, bħala parti mix-xogħol ta’ assigurazzjoni tagħha dwar ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, twettaq rikonċiljazzjoni tal-pagamenti tal-VAT fis-sistema MOSS fost it-28 Stat Membru. Aħna eżaminajna din ir-rikonċiljazzjoni u sibna li l-Kummissjoni nfisha tqis li hemm diskrepanzi kbar li jirrigwardaw il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka u l-Awstrija, filwaqt li tliet Stati Membri ma kinux ipprovdew id-data sa tmiem l-2018 (il-Greċja, Ċipru u r-Renju Unit). Id-data tal-2016 mhix kompleta, billi 11-il Stat Membru kienu għadhom ma ġewx spezzjonati għal dik is-sena finanzjarja.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-taxxi ma jintużawx biżżejjed

116

Mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara, l-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi biss bagħtu talbiet ta’ rkupru bħala MSCON lil Stati Membri oħra, li kienu relatati mal-ammonti dovuti minn negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS47. Huma bagħtu ħames talbiet bejn l-1.1.2015 u l-31.5.2018.

Minkejja l-iżviluppi pożittivi reċenti li saru fil-qafas regolatorju, għad fadal xi problemi importanti li jridu jiġu indirizzati

117

Il-liġi doganali tal-UE hija stabbilita fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni48 (KDU), filwaqt li l-VAT hija rregolata mid-Direttiva tal-VAT tal-UE49. Mill-2015 ’il hawn, is-sistema MOSS applikat għall-fornimenti transfruntieri ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku. Fi tmiem l-2017, l-UE adottat pakkett ġdid ta’ dispożizzjonijiet legali tal-UE li jirregolaw il-VAT fil-kummerċ elettroniku, il-“pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku”. Dan il-pakkett jikkonsisti fi tliet atti legali50 u jintroduċi l-bidliet li ġejjin.

  1. Huwa jippermetti lill-mikronegozji u lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu jintaxxaw il-fornimenti transfruntieri ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku tagħhom li ma jkunux jaqbżu s-soll ta’ EUR 10 000 skont il-“prinċipju tal-oriġini”, jiġifieri bir-rata tal-Istat Membru ta’ oriġini, mhux tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
  2. Huwa jippermetti lill-bejjiegħa elettroniċi japplikaw ir-regoli dwar il-fatturazzjoni tal-MSIDE tagħhom, minflok ir-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
  3. Huwa jestendi s-sistema MOSS għall-fornimenti B2C transfruntieri kollha ta’ servizzi, li se ssir il-punt uniku ta’ servizz (OSS), kif ukoll għall-bejgħ B2C online ta’ oġġetti, sew jekk minn pajjiż tal-UE kif ukoll minn pajjiż terz.
  4. Huwa jabolixxi l-eżenzjoni mill-VAT għal oġġetti li l-valur totali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 22 (jew EUR 10) u li jinxtraw online u jiġu importati minn pajjiż terz.
118

Il-bidliet deskritti fis-subparagrafi a) u b) hawn fuq saru effettivi fl-2019 u dawk deskritti fis-subparagrafi c) u d) se jsiru effettivi fl-2021. Aħna eżaminajna l-impatt probabbli tal-bidliet u identifikajna xi problemi li, fil-fehma tagħna, għad iridu jiġu indirizzati.

Il-qafas regolatorju jsegwi, fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, l-aħjar prattika internazzjonali promossa mill-OECD u mid-WCO

119

Aħna eżaminajna l-qafas regolatorju deskritt fil-paragrafu 117 biex niżguraw li huwa jsegwi l-aħjar prattika internazzjonali fil-qasam tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali, kif iddefinit mill-OECD u mid-WCO.

Il-prinċipju tad-destinazzjoni tal-OECD

120

Skont id-Direttiva tal-VAT, l-UE tapplika l-prinċipju tad-destinazzjoni għal fornimenti transfruntieri ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku lil konsumatur finali. Il-prinċipju tad-destinazzjoni jfisser li dawn il-fornimenti ta’ servizzi għandhom ikunu suġġetti għall-VAT fil-ġurisdizzjoni li fiha r-riċevitur ikollu r-residenza abitwali tiegħu51. Dan huwa skont l-aħjar prattika internazzjonali.

121

Madankollu, id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021 jippermettu lill-mikronegozji u lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu jintaxxaw il-fornimenti ta’ servizzi ta’ kummerċ elettroniku tagħhom li ma jkunux jaqbżu s-soll ta’ EUR 10 000 skont il-“prinċipju tal-oriġini”, jiġifieri bir-rata tal-Istat Membru ta’ oriġini.

122

Fil-fehma tagħna, l-użu tal-prinċipju tal-oriġini jżid ir-riskju li l-fornituri ma jirrappurtawx b’mod suffiċjenti l-VAT fuq il-bejgħ sabiex jibqgħu taħt is-soll u jevitaw li jiddebitaw il-VAT ir-rata tal-VAT ogħla applikabbli fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet il-ġodda ma jindirizzawx ir-riskju li l-Istati Membri b’rati aktar baxxi jikkompetu ma’ oħrajn biex jattiraw l-SMEs u n-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu lejn it-territorji tagħhom52.

123

Fir-rigward tas-soll ta’ EUR 10 000, aħna naqblu wkoll mal-valutazzjoni tas-SAI tar-Repubblika Ċeka li tiddikjara li l-istat ta’ identifikazzjoni biss jista’ jaċċerta li dan il-limitu jinqabeż. L-SAO jiġbed attenzjoni għall-fatt li din id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri tal-UE jieħdu miżuri xierqa biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ dan il-limitu53.

L-indikaturi tar-riskju u l-linji gwida dwar ir-rilaxx immedjat tad-WCO

124

Taħt il-qafas regolatorju eżistenti tal-UE, il-Kummissjoni ħolqot kriterji u standards tar-riskji komuni għal riskji li jkollhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha (Kriterji tar-Riskji Finanzjarju jew FRC). Dan il-qafas ma jinkludix il-kriterji kollha stabbiliti mid-WCO54, iżda biss dawk li jistgħu jiġu implimentati mill-Istati Membri fis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom. Aħna sibna li l-Kummissjoni ma pprovdietx lill-Istati Membri spjegazzjoni addizzjonali dwar l-indikaturi tad-WCO biex jiġi stabbilit b’mod ċar kif l-FRC għandhom jiġu implimentati fuq il-bażi ta’ elementi komuni.

125

Id-WCO ħarġet il-linji gwida dwar ir-rilaxx immedjat (IRG), li jippreżentaw sett ta’ Linji Gwida proċedurali bbażati fuq prattiki eżistenti biex id-Dwana tkun tista’ tikkombina r-rilaxx immedjat ma’ kontrolli rilevanti u xierqa għal dawn il-kunsinni55. Huma partikolarment rilevanti għall-merkanzija postali u bil-kurrieri. Aħna sibna li l-leġiżlazzjoni tal-UE hija allinjata mal-prinċipji prinċipali tal-IRG.

126

Skont l-IRG56, l-ispejjeż tat-trasport jistgħu jiġu esklużi għall-kalkolu tal-valur ta’ korrispondenza u għad-dokumenti , kif ukoll għall-kunsinni b’valur baxx li għalihom ma jinġabrux dazji jew taxxi. L-Istati Membri kollha li żorna u l-Kummissjoni interpretaw is-soll ta’ EUR 150 għall-eżenzjoni mid-dazji doganali bħala li jirreferi biss għall-valur tal-oġġetti waħidhom, li ma jinkludix l-assigurazzjoni u l-merkanzija57.

127

Madankollu, aħna sibna li l-Irlanda u l-Ġermanja jinterpretaw is-soll ta’ EUR 22 (jew EUR 10) għall-eżenzjoni mill-VAT biex ifissru li l-valur totali msemmi fil-leġiżlazzjoni58 jista’ jinkludi wkoll l-ispejjeż tat-trasport59. L-Awstrija tqis li dan il-valur jikkonċerna biss l-ispiża tal-oġġetti, esklużi l-ispejjeż tat-trasport. Dawn l-interpretazzjonijiet differenti jissuġġerixxu li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet doganali mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ mill-2021 għandhom l-għan li jirriżolvu xi wħud mid-dgħufijiet, iżda s-sottovalutazzjoni għad trid tiġi indirizzata

128

Aħna eżaminajna d-dispożizzjonijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-2021 fid-dawl tar-risposti tal-Kummissjoni għal kwestjonarju li indirizzajnilha. Aħna ddiskutejna wkoll l-isfidi ppreżentati mill-kummerċ elettroniku mar-rappreżentanti tal-universitajiet, u mal-Grupp Ristrett 2 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-VAT tas-SAIs tal-UE.

129

F’xi każijiet, il-fornitur ta’ oġġetti, li jkun stabbilit f’pajjiż terz, jista’ jagħżel li jimporta l-oġġetti qabel ma l-konsumatur ikun xtrahom minn fuq l-internet. Fir-Rapport Speċjali Nru 19/2017 tagħna, aħna indikajna60 li skont il-leġiżlazzjoni attwali, il-fornituri jista’ jirnexxilhom jevadu l-pagament tal-VAT fuq dawn l-importazzjonijiet billi jissottovalutawhom u/jew jabbużaw mill-proċedura doganali 42 (CP 42). Is-CP 42 tippermetti lil importatur jikseb eżenzjoni mill-VAT fuq l-oġġetti importati biex jiġu ttrasportati lejn Stat Membru ieħor tal-UE. Il-VAT tkun imbagħad dovuta fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni61.

130

Aħna sibna li kien hemm riskju li l-oġġetti importati taħt is-CP 42 jinżammu f’maħżen fl-UE sakemm jinxtraw minn u jitwasslu lill-konsumatur f’isem il-fornitur minn pajjiż terz, mingħajr ma jkun hemm rendikont tal-VAT għal din il-kunsinna.

Il-Kummissjoni indirizzat id-diskrepanza fir-responsabbiltà tal-intermedjarji

131

Id-Direttiva tal-VAT ma tinkudix dispożizzjonijiet li jkopru l-obbligazzjoni tal-VAT min-naħa tal-intermedjarji fil-provvista ta’ oġġetti bl-użu ta’ bejgħ mill-bogħod biex tkun tista’ tinġabar il-VAT f’każijiet fejn il-fornitur minn pajjiż terz juża maħżen biex jipprovdi l-oġġetti lill-konsumaturi finali u l-importazzjoni sseħħ qabel ma dan tal-aħħar ikun magħruf.

132

Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, l-interfaċċi elettroniċi (bħal pjattaformi, swieq u portals) se jkunu responsabbli għall-ġbir tal-VAT billi huma jitqiesu bħala li jirċievu u jipprovdu l-oġġetti huma stess. Barra minn hekk, emenda għad-Direttiva tal-VAT62 tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, obbligi taż-żamma ta’ reġistri għall-intermedjarji, u proposta oħra63 tippermetti li l-interfaċċi elettroniċi jużaw l-OSS biex jiddikjaraw il-VAT li tiġi ddebitata għall-fornimenti domestiċi B2C. Skont dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda, l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jiġbru l-VAT dovuta fuq il-forniment B2C mill-pjattaforma elettronika lill-konsumatur.

Id-diskrepanza rigward is-sottovalutazzjoni għad trid tiġi indirizzata

133

Fl-2017 u l-2018, aħna rrappurtajna dwar ir-riskju ta’ sottovalutazzjoni tal-provvisti ta’ oġġetti ta’ kummerċ elettroniku minn pajjiżi terzi64. F’Jannar 2018, matul laqgħa ad hoc organizzata mill-OLAF, 25 Stat Membru qasmu l-esperjenzi li huma kisbu matul l-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-frodi relatata mas-sottovalutazzjoni fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Il-biċċa l-kbira minnhom kienu ltaqgħu ma’ każijiet ta’ frodi ta’ dan it-tip. Is-SAI tar-Renju Unit stabbiliet ukoll il-konnessjoni bejn il-kummerċ elettroniku, il-frodi relatata mas-sottovalutazzjoni u l-abbuż mis-CP 4265.

134

L-Istati Membri u l-Kummissjoni qed jieħdu miżuri biex jiġġieldu kontra l-kutrabandu ta’ oġġetti ordnati online u jinvestigaw dwar dan is-suġġett. Huma mmiraw, fost l-oħrajn, kunsinni żgħar b’valur inqas minn EUR 22, u sabu li l-valur baxx huwa modus operandi notevoli u li huwa problema partikolari għall-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, fl-2017, l-OLAF beda investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjoni permezz tal-kummerċ elettroniku ta’ ħwejjeġ b’valur baxx. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin f’erba’ Stati Membri.

135

Rapport tal-Parlament Ewropew jivvaluta l-arranġamenti l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, notevolment l-OSS għall-provvisti B2C ta’ oġġetti importati minn pajjiż terz. Skont dan ir-rapport, iż-żewġ problemi identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, jiġifieri s-sottovalutazzjoni u l-importazzjoni ta’ oġġetti mhux eliġibbli għal-LVCR, se jkomplu jippersistui, għalkemm f’livell aktar baxx, taħt ir-regoli futuri66.

136

Din hija raġuni għalfejn studji oħra67 jissuġġerixxu li sistemi ta’ ġbir tal-partijiet terzi jew tal-konsumaturi, li huma “bbażati fuq it-teknoloġija”, għandhom jiġu ttestjati, inkluż l-użu ta’ muniti diġitali. Il-Kaxxa 3 tagħti xi eżempji tas-sistemi proposti minn dawn l-istudji. Barra minn hekk, skont id-WCO, għandhom jitqiesu mudelli alternattivi ta’ ġbir (eż. il-mudell tal-bejjiegħ, il-mudell ta’ ġbir tal-intermedjarju jew tal-konsumatur/xerrej), biex jinbidel l-approċċ attwali fejn id-dazji u t-taxxi jiġu vvalutati u jinġabru fil-fruntiera68.

Kaxxa 3

Eżempji ta’ sistemi alternattivi ta’ ġbir

Fl-2016, l-Estonja ttestjat is-sistema ta’ ġbir fil-livell tal-klijent, li taħtha l-parti tal-VAT tal-pagament li jsir mill-klijent lill-fornitur tintbagħat direttament lill-awtoritajiet tat-taxxa, iżda mbagħad abbandunatha wara l-adozzjoni tal-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku”. In-Norveġja wkoll qed tittestja sistema ta’ ġbir fil-livell tal-klijent, u f’Ġunju 2018, l-Arġentina implimentat sistema ta’ żamma għas-servizzi ta’ kummerċ elettroniku permezz tal-fornitur ta’ servizz ta’ pagament. Fl-2015, is-Senat Franċiż ippropona sistema ta’ ġbir fil-livell tal-klijent. Studji oħra jissuġġerixxu l-użu esklużiv ta’ muniti diġitali għall-pagament tal-VAT mill-klijent lill-awtoritajiet tat-taxxa69.

Dawn is-sistemi jiżguraw il-kompletezza tal-ġbir tal-VAT permezz ta’ pagament maqsum, jiġifieri l-klijent iżomm il-VAT u jittrasferiha direttament lill-awtoritajiet tat-taxxa, filwaqt li s-sistema adottata mill-Kunsill tkompli sserraħ fuq il-valur tal-oġġetti ddikjarati mill-fornitur, li jista’ jiġi sottovalutat biex jitnaqqas id-dejn tal-VAT.

137

Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta70 li tipprova ssolvi l-problema tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. Il-proposta tintroduċi Artikoli ġodda fid-Direttiva tal-VAT71, li jeħtieġ li jiġu trasposti mill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2021. Aħna nqisu li dan l-iskambju ta’ data dwar il-pagamenti jkun utli ħafna fl-indirizzar tal-frodi relatata mas-sottovalutazzjoni.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

138

Aħna kkonkludejna li l-UE mhix qed tindirizza l-isfidi kollha relatati mal-ġbir tal-ammonti korretti tal-VAT u tad-dazji doganali għall-oġġetti u s-servizzi nnegozjati fuq l-Internet.

139

Aħna sibna li l-Istati Membri ma jisfruttawx bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva: l-Istati Membri ma jużawx l-assistenza amministrattiva reċiproka, la għal kwistjonijiet relatati mat-taxxa u lanqas dawk doganali, biex jiskambjaw informazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku ma’ pajjiżi terzi (ara l-paragrafi 32 sa 37). L-arkitettura tal-IT tas-sistema MOSS hija robusta u tibgħat informazzjoni dwar in-negozjanti rreġistrati u dwar il-fornimenti ta’ servizzi rrappurtati tagħhom lill-Istat Membru ta’ konsum (ara l-paragrafi 39 sa 52). L-użu ta’ skambji ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri mhuwiex suffiċjenti (ara l-paragrafi 53 sa 59). In-nuqqas ta’ parteċipazzjoni min-naħa tal-MSIDE jxekkel l-effettività tal-kontrolli multilaterali (ara l-paragrafi 60 sa 64). Għall-Istati Membri, l-informazzjoni li ttellgħet sa issa fid-database tar-riskji tal-qasam ta’ ħidma tal-Eurofisc li hija ddedikata għall-kummerċ elettroniku mhijiex utli, u huma mhumiex jipprovdu l-feedback mistenni għan-netwerk (ara l-paragrafi 65 sa 69).

Rakkomandazzjoni 1 – Tisħiħ tal-użu tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. timmonitorja kemm il-pajjiżi terzi jissodisfaw it-talbiet mibgħuta mill-Istati Membri skont il-ftehimiet ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jiġu konklużi magħhom, kemm fi kwistjonijiet doganali kif ukoll dawk relatati mat-taxxa, u tagħmel użu mill-istrutturi u l-oqfsa stabbiliti fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet biex tindirizza sfidi speċifiċi li jirriżultaw min-negozjar ta’ oġġetti permezz tal-kummerċ elettroniku; u
  2. tipproponi li jsiru bidliet fil-formoli elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva, sabiex tiġi inkluża kaxxa speċjali għat-talbiet relatati mas-sistema MOSS u mal-bejgħ mill-bogħod;

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

  1. jipprovdu feedback f’waqtu għas-sinjali ta’ frodi riċevuti minn Stati Membri oħra fil-qasam ta’ ħidma Nru 5 tal-Eurofisc;
  2. jirrikjedu li l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tagħhom ikollhom funzjoni ta’ koordinazzjoni separata għas-sistema MOSS u għall-bejgħ mill-bogħod; u
  3. jiżguraw li n-negozjanti jkunu jistgħu jintroduċu biss rata tal-VAT valida fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tas-sistema MOSS.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2020.

140

It-tieni nett, sibna li hemm kontrolli limitati li jitwettqu mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa wettqu biss kontrolli limitati fuq in-negozjanti qabel ma dawn irreġistraw fis-sistema MOSS u ftit li xejn kontrolli fuq in-negozjanti diġà rreġistrati (ara l-paragrafi 70 sa 80). Id-dwana tal-UE ma tistax tipprevieni l-abbuż mill-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx (ara l-paragrafi 81 sa 91). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma twettaqx attivitajiet ta’ kontroll u monitoraġġ suffiċjenti (ara l-paragrafi 92 sa 99).

Rakkomandazzjoni 2 – Żieda fl-effettività tal-kontrolli

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. twettaq spezzjonijiet fuq il-kontrolli li jsiru mill-Istati Membri fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx;
  2. timmonitorja l-funzjonament tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti intra-UE u tas-sistema MOSS;
  3. tivverifika jekk l-Istati Membri ssodisfawx ir-Rakkomandazzjonijiet 9 (b), (c) u (d) tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017 biex jiġu indirizzatu l-abbużi mill-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx; u
  4. timmonitorja jekk l-Istati Membri vverifikawx li n-negozjanti kienu qed jikkonformaw mal-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx fi ħdan ir-rivalutazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati, u jekk tawx lil dawn tal-aħħar rakkomandazzjonijiet xierqa biex jegħlbu kwalunkwe dgħufija fil-kontrolli interni tagħhom;

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

  1. iwettqu l-kontrolli neċessarji, meta jirċievu talba għal reġistrazzjoni għall-iskema mhux tal-UE tas-sistema MOSS, sabiex jiksbu l-aċċertament li n-negozjant li jkun qed jippreżenta t-talba ma jkunx diġà rreġistrat fis-sistema MOSS fi Stat Membru ieħor; u
  2. iżidu l-attività tal-awditjar tagħhom fuq in-negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS u l-bejjiegħa mill-bogħod, bl-użu ta’ għodod ta’ kooperazzjoni amministrattiva fejn ikun xieraq.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2020

141

Aħna sibna wkoll li l-infurzar tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali mhuwiex effettiv. Ma hemm l-ebda stima tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi u stimi diverġenti ta’ din id-diskrepanza fir-rigward tal-provvista ta’ oġġetti (ara l-paragrafi 100 sa 107). Hemm problemi bil-pagamenti relatati mas-sistema MOSS fost l-Istati Membri (ara l-paragrafi 108 sa 115). Fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-taxxi ma jintużawx biżżejjed (ara l-paragrafu 116).

Rakkomandazzjoni 3 – Titjib fl-infurzar tal-ġbir

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tassisti lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodoloġija sabiex ikunu jistgħu jipproduċu stimi perjodiċi tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku;
  2. tindirizza l-ispariġġi fil-pagamenti pendenti u futuri fost l-Istati Membri, tfittex spjegazzjonijiet għalihom, u titlob li tingħata d-data pendenti; u
  3. tħeġġeġ u tippromwovi l-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati mat-taxxi, id-dazji u miżuri oħra għall-irkupru tal-VAT fuq tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku.

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

  1. jipproduċu stimi perjodiċi tad-diskrepanza fil-konformità tal-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2021

142

Aħna sibna żviluppi pożittivi fil-qafas regolatorju stabbilit mill-Kummissjoni, iżda problemi importanti għad iridu jiġu indirizzati. Appoġġ politiku ta’ livell għoli u mekkaniżmi għall-promozzjoni tal-koerenza tal-politiki huma meħtieġa biex isir titjib fl-effettività tal-qafas regolatorju. Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, il-qafas regolatorju jsegwi l-aħjar prattika internazzjonali promossa mill-OECD u mid-WCO (ara l-paragrafi 119 sa 127). id-dispożizzjonijiet il-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-2021 għandhom l-għan li jirriżolvu xi dgħufijiet tal-qafas attwali, iżda s-sottovalutazzjoni għad trid tiġi indirizzata (ara l-paragrafi 128 sa 137).

Rakkomandazzjoni 4 – Titjib fl-effettività tal-qafas regolatorju

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tesplora l-użu ta’ sistemi ta’ ġbir adatti li jkunu “bbażati fuq it-teknoloġija”, inkluż l-użu ta’ muniti diġitali, biex tindirizza l-frodi tal-VAT fil-qasam tal-kummerċ elettroniku;
  2. tiżgura li l-Indikaturi tar-Riskju tad-WCO relatati mal-Kunsinni Postali/Espress jiġu inklużi fil-gwida dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-FRC; u
  3. tagħti definizzjoni ċara tat-termini “valur intrinsiku”, “valur” u “valur totali” stabbiliti fil-leġiżlazzjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu armonizzaw il-kontrolli għall-importazzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx.

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

  1. jimmonitorjaw b’attenzjoni jekk in-negozjanti jkunux qed jikkonformaw mas-soll il-ġdid ta’ EUR 10 000 għall-fornimenti ta’ servizzi intra-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2020

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Neven Mates, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
President

Annessi

Anness I – Approċċ tal-awditjar meħud mill-QEA fil-livell tal-Kummissjoni

Aħna wettaqna l-awditu fil-Kummissjoni f’żewġ stadji: stadju ta’ tħejjija u x-xogħol tal-awditjar fuq il-post.

Sabiex niġbru informazzjoni u data li tista’ tkun utli għax-xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri u biex nikkomparaw il-leġiżlazzjoni tal-UE mal-aħjar prattiki internazzjonali, matul l-istadju ta’ tħejjija aħna wettaqna żjarat preliminari fid-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali, fid-DĠ Baġit u fl-OLAF. Aħna attendejna wkoll għal-laqgħa tas-Sottogruppi tal-Grupp ta’ Ħidma tad-WCO dwar il-kummerċ elettroniku, li saret bejn it-23 u l-25 ta’ Jannar 2018. Fl-aħħar nett, aħna ddiskutejna l-isfidi ppreżentati mill-kummerċ elettroniku ma’ rappreżentanti tal-universitajiet, mal-president tal-Qasam ta’ Ħidma Nru 5 tal-Eurofisc, u mal-Grupp Ristrett 2 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-VAT tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) tal-UE, u analizzajna r-rapporti disponibbli kollha prodotti mis-SAIs.

Aħna ddiskutejna l-metodoloġija tal-awditjar mal-Kummissjoni (mistoqsijiet, kriterji u standards tal-awditjar). Id-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali tana aċċess għad-databases u l-portals li ġejjin li huma rilevanti għall-VAT u l-kummerċ elettroniku:

  1. il-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM), għal aċċess għall-problemi relatati mas-sistema MOSS irrappurtati mill-Istati Membri fid-database Synergia;
  2. il-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (SCAC) u l-Grupp ta’ Esperti tiegħu (SCAC-EG), li ppermettewlna neżaminaw, fost affarijiet oħra, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw l-awditjar u l-kontroll tas-sistema MOSS stabbiliti mill-“Grupp Nru 86 tal-Proġett Fiscalis”;
  3. il-Grupp għall-Istrateġija Kontra l-Frodi Fiskali (ATFS), biex nivverifikaw id-diskussjonijiet tekniċi dwar il-miżuri konvenzjonali għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, eż. l-użu ta’ skambju spontanju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ awditu relatat mas-sistema MOSS;
  4. id-dwana elettronika, biex nivverifikaw l-iżvilupp tal-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku, eż. is-sett tad-data doganali mnaqqas għall-kummerċ elettroniku, u t-trażmissjoni tad-data bejn l-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa; u
  5. il-proġetti relatati mal-VAT, biex nivverifikaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-sistema MOSS, kif ukoll l-istatistika u t-tabella operattiva ta’ din is-sistema.

Aħna tlabna wkoll u vverifikajna l-informazzjoni u d-dokumenti prodotti mill-“Grupp Nru 38 tal-Proġett Fiscalis” dwar il-kontroll tal-kummerċ elettroniku. Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna l-informazzjoni pertinenti dwar il-prestazzjoni, bħall-Pjanijiet ta’ ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali, tad-DĠ Baġit u tal-OLAF.

Matul ix-xogħol tal-awditjar fuq il-post, aħna bgħatna kwestjonarju ġenerali lill-Kummissjoni. Dan indirizza l-mistoqsija ta’ jekk il-Kummissjoni tipprovdix qafas regolatorju u ta’ kontroll sod dwar il-kummerċ elettroniku fir-rigward tal-VAT u d-dazji doganali, billi ffoka fuq erba’ oqsma ewlenin: (i) l-iskambji ta’ informazzjoni; (ii) il-kontroll; (ii) l-infurzar tal-ġbir; u (iv) ir-regolamentazzjoni.

Id-DĠ Baġit, l-OLAF u d-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali rrispondew għal dan il-kwestjonarju u hemżu l-evidenza mitluba. Barra minn hekk, bgħatnielhom kwestjonarju supplimentari biex niċċaraw xi kwistjonijiet pendenti, u organizzajna vidjokonferenzi ma’ kull servizz biex niddiskutu s-sejbiet preliminari u l-abbozz ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

Anness II – Approċċ tal-awditjar meħud mill-QEA fl-Istati Membri

Aħna wettaqna l-awditu f’żewġ stadji: stadju ta’ tħejjija u x-xogħol tal-awditjar fuq il-post.

1. Matul l-istadju ta’ tħejjija, aħna għażilna ħames Stati Membri: il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja. L-għażla tal-Istati Membri kienet ibbażata fuq il-kriterji tar-riskji li ġejjin: (i) l-istima tal-VAT mitlufa minħabba l-eżenzjonijiet mogħtija mil-leġiżlazzjoni għal kunsinni b’valur baxx; (ii) l-għadd ta’ negozjanti rreġistrati fis-sistema MOSS għal kull Stat Membru; u (iii) il-volum ta’ bejgħ elettroniku li sar minn negozjanti rreġistrati fi Stat Membru lil klijenti fi Stati Membri oħra.

Il-Grupp Ristrett 2 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-VAT tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) tal-UE qies li l-kummerċ elettroniku kien suxxettibbli għall-frodi fil-qasam tal-VAT. Sabiex jikseb stampa ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni fl-UE, il-Grupp Ristrett 2 iddeċieda li jwettaq stħarriġ tal-awtoritajiet tat-taxxa kollha tal-UE. Aħna, bħala parti mill-Grupp Ristrett 2, bgħatna kwestjonarju lil dawn tal-aħħar f’Novembru 2016. Is-sena ta’ referenza f’dan l-istħarriġ kienet l-2015. Hija kopriet kemm l-iskemi tal-UE kif ukoll mhux tal-UE tas-sistema MOSS, u l-bejgħ mill-bogħod intra-UE u ekstra-UE ta’ oġġetti. Kien hemm 20 Stat Membru li rrispondew għal dan l-istħarriġ.

2. It-tieni stadju: xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri magħżula, fejn aħna tajna attenzjoni lit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni u s-sistemi ta’ kontroll tan-negozjanti, kif ukoll lill-oqfsa ta’ ġestjoni tar-riskju relatat mal-VAT u mad-dazji doganali.

Aħna bgħatna kwestjonarju lill-Istati Membri magħżula. Dan indirizza l-mistoqsija ta’ jekk il-miżuri ta’ kontroll implimentati mill-Istati Membri jiżgurawx il-kompletezza tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali fir-rigward tal-kummerċ elettroniku. Fuq il-post, aħna ddiskutejna r-risposti li ngħataw għall-kwestjonarju mal-esperti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u doganali fil-qasam tas-sistema MOSS, il-kooperazzjoni amministrattiva, l-awditi u l-kontrolli fuq din is-sistema u fuq l-iskema ta’ bejgħ mill-bogħod, kif ukoll l-importazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx (LVCR) ippreżentata mill-operaturi postali jew tal-kurrieri.

Aħna għażilna u vverifikajna:

  1. id-29 problema kollha relatati mas-sistema MOSS li għalihom l-Istati Membri li saritilhom żjara kienu affetwati minnhom jew inkella kienu responsabbli għalihom;
  2. kampjun aleatorju ta’ 10 messaġġi ta’ żball tekniku (TEMs) mibgħuta u ta’ 10 TEMs riċevuti;
  3. kampjun aleatorju ta’ 10 reġistrazzjonijiet fis-sistema MOSS;
  4. kampjun aleatorju ta’ 10 dikjarazzjonijiet tal-VAT tas-sistema MOSS u ta’ 10 korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT
  5. kampjun aleatorju ta’ 10 pagamenti relatati mas-sistema MOSS riċevuti bħala MSIDE u ta’ 10 pagamenti riċevuti bħala MSCON;
  6. kampjun aleatorju ta’ 10 dereġistrazzjonijiet u ta’ 10 esklużjonijiet mis-sistema MOSS;
  7. kampjun aleatorju ta’ 10 skambji ta’ informazzjoni fuq talba mibgħuta u ta’ 10 riċevuti;
  8. kampjun aleatorju ta’ 10 skambji spontanji ta’ informazzjoni mibgħuta u ta’ 10 riċevuti;
  9. kampjun aleatorju ta’ 5 awditi mwettqa bħala MSIDE u ta’ 5 mwettqa bħala MSCON;
  10. il-popolazzjoni sħiħa tal-kontrolli multilaterali mwettqa u l-popolazzjoni sħiħa tas-sinjali ta’ frodi skambjati permezz tal-Qasam ta’ ħidma Nru 5 tal-Eurofisc li jaffettwaw lill-Istati Membri li saritilhom żjara; u
  11. kampjun ibbażat fuq ir-riskji ta’ 30 importazzjoni li japplikaw għal-LVCR (15 ippreżentati minn operaturi postali u 15 minn kurrieri);

Fuq il-bażi ta’ dawn il-popolazzjonijiet u l-kampjuni, aħna vverifikajna jekk l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali tal-Istati Membri: (i) jużawx l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-MSCON fil-pajjiż/i fejn il-fornitur ikun irreġistrat jew identifikat; (ii) jiġbrux u jagħmlux użu mill-informazzjoni dwar il-pagamenti insuffiċjenti potenzjali; (iii) iwettqux b’mod xieraq kontrolli fuq il-fornitur; u (iv) għandhomx kontrolli effettivi biex jipprevienu u jaqbdu abbużi mil-LVCR ta’ oġġetti importati minn pajjiżi terzi. Aħna analizzajna u ddiskutejna l-eżitu tal-kampjuni magħżula minn qabel abbażi ta’ lista ta’ kontroll.

Aħna tajna attenzjoni speċjali lis-sistemi u l-kontrolli, inkluż test fl-ambjent finta tas-sistemi ta’ żdoganar elettroniku relatati ma’ kontrolli tal-kredibbiltà mwettqa fuq l-LVCR, u żorna tliet uffiċċji tal-posta biex nosservaw il-kontrolli doganali fil-prattika.

Anness III – Riżultati tal-kampjuni ta’ tranżazzjonijiet relatati mas-sistema MOSS

F’kull Stat Membru li saritlu żjara, aħna eżaminajna t-22 problema kollha relatati mas-sistema MOSS li għalihom l-Istat Membru li saritlu żjara kien responsabbli; kif ukoll is-7 problemi kollha relatati ma’ din is-sistema li l-Istat Membru li saritlu żjara kien affettwat minnhom.

Aħna għażilna wkoll b’mod aleatorju u eżaminaja 90 tranżazzjoni relatati mas-sistema MOSS għal kull Stat Membru:

  1. kampjun ta’ 10 messaġġi ta’ żball tekniku (TEMs) mibgħuta;
  2. kampjun ta’ 10 TEMs riċevuti;
  3. kampjun ta’ 10 reġistrazzjonijiet fis-sistema MOSS (5 għall-iskema mhux tal-UE u 5 għall-iskema tal-UE tas-sistema MOSS);
  4. kampjun ta’ 10 dikjarazzjonijiet tal-VAT tas-sistema MOSS (5 għall-iskema mhux tal-UE tas-sistema MOSS, u 5 għall-iskema tal-UE);
  5. kampjun ta’ 10 korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT (5 għall-iskema mhux tal-UE u 5 għall-iskema tal-UE)
  6. kampjun ta’ 10 pagamenti relatati mas-sistema MOSS riċevuti bħala MSIDE;
  7. kampjun ta’ 10 pagamenti riċevuti bħala MSCON;
  8. kampjun ta’ 10 dereġistrazzjonijiet mis-sistema MOSS (5 mill-iskema mhux tal-UE, u 5 mill-iskema tal-UE); u
  9. kampjun ta’ 10 esklużjonijiet mis-sistema MOSS (5 mill-iskema mhux tal-UE u 5 mill-iskema tal-UE).

It-Tabella 4 tippreżenta fil-qosor ir-riżultati tal-kampjuni f’kull Stat Membru li saritlu żjara, bl-użu ta’ analiżi RAG72.

Tabella 4

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-kampjuni għal kull Stat Membru li saritlu żjara

Sors: Il-QEA.

Noti finali

1 Definizzjoni komuni tal-Eurostat u l-OECD.

2 Data meħuda f’Diċembru 2018. Ara fuq https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=E-commerce_statistics.

3 Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269 tal-10.10.2013, p. 1).

4 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347 tal-11.12.2006, p. 1).

5 Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-VAT.

6 Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (verżjoni kodifikata) (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

7 Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5).

8 L-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-VAT jiddefinixxi “Provvista ta’ servizzi” (Forniment ta’ servizzi) bħala “kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija (oġġetti)”.

9 Dment li n-negozjant ma jkunx stabbilixxa n-negozju tiegħu fl-UE.

10 Ara t-Taqsimiet 2 u 3, il-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT.

11 Ibbażat fuq data minn “Assessment of the application and impact of the VAT exemption for importation of small consignments” (Valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-impatt tal-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar) – Rapport finali ta’ EY, Mejju 2015, p. 43.

12 Ibbażat fuq data pprovduta mid-DĠ TAXUD, li turi l-għadd ta’ negozjanti rreġistrati fil-31.10.2017.

13 Ibbażat fuq data tal-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/E-commerce_statistics.

14 Ara r-Rakkomandazzjoni 11 tar-Rapport Speċjali Nru 24/2015, “L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni”.

15 Ara ĠU L 195 tal-1.8.2018, p. 3. Ara wkoll ĠU L 195 tal-1.8.2018, p. 1.

16 Ara l-paragrafu 59 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”.

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 268 tat-12.10.2010, p. 1).

18 Meta jkollhom stabbilimenti fissi f’bosta Stati Membri, huma jistgħu jirreġistraw fi kwalunkwe Stat Membru fejn ikollhom wieħed minn dawn l-istabbilimenti, dment li ma jkunux stabbilew in-negozju tagħhom fi Stat Membru wieħed. F’dan il-każ, ir-reġistrazzjoni għandha tkun f’dan tal-aħħar.

19 Skont l-Artikoli 17 u 43 sa 47 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010.

20 Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-fornituri jżommu biss element wieħed ta’ evidenza jekk l-ammont tal-fornimenti B2C intra-UE annwali ta’ servizzi tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 100 000.

21 Bi “spontanji” nifhmu komunikazzjoni mhux sistematika ta’ informazzjoni mhux mitluba li tintbagħat fi kwalunkwe ħin.

22 Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 904/2010.

23 Ara l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 904/2010.

24 Ara l-paragrafi 21 sa 28 tal-“Joint Audit Report” (Rapport tal-Awditjar Konġunt), l-OECD, il-Forum dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (FTA), Settembru 2010.

25 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 259 tas-16.10.2018, p. 1).

26 Fil-paragrafu l-ġdid (4a) tal-Artikolu 7 u l-paragrafu (2a) tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 904/2010.

27 https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/telecommunications-broadcasting-electronic-services/sites/mossportal/files/one-stop_add_guidelines_mt.pdf.

28 L-Istati Membri jistgħu jissettjaw dan is-soll f’ammont ta’ EUR 10.

29 Valur intrinsiku huwa ddefinit bħala l-valur tal-element mingħajr l-imposti fuq il-merkanzija u tal-assigurazzjoni.

30 Għall-kuntrarju tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali.

31 Għall-kuntrarju tal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 u tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta' merkanzija ta' natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15).

32 Għall-kuntrarju tal-Artikolu 24 (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali.

33 Ara r-Rakkomandazzjoni 9 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017.

34 L-Artikolu 25 (1) (f) tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

35 Ara l-paġna 38 tal-“AEO Guidelines” (Linji Gwida dwar l-AEOs) tad-DĠ TAXUD tal-11 ta’ Marzu 2016.

36 Ara l-paragrafu 54 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017.

37 Riżorsa proprja bbażata fuq id-dazji doganali u l-imposti fuq iz-zokkor stabbiliti mill-Istati Membri.

38 Ara: www.parlegalusaturu.lv.

39 L-Istudju ta’ Deloitte dwar l-VAT Aspects of cross-border e-commerce – Options for modernisation (Aspetti tal-VAT fuq l-kummerċ elettroniku transfruntier– Għażliet għall-modernizzazzjoni), il-Lott 1, p. 65.

40 Copenhagen Economics, “E-commerce imports into Europe: VAT and customs treatment” (Importazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku fl-Ewropa: trattament tal-VAT u doganali), 2016.

41 Il-Kummissjoni Ewropea, “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti”, COM (2016) 757 final, 1.12.2016.

42 https://www.nao.org.uk/wp-content/uploads/2017/04/Investigation-into-overseas-sellers-failing-to-charge-VAT-on-online-sales.pdf.

43 https://webarchive.nationalarchives.gov.uk/20190509073425/https://www.gov.uk/government/statistics/measuring-tax-gaps.

44 Ara “Guide to the VAT mini One Stop Shop” (Gwida għall-Punt Uniku ta’ Servizz Żgħir tal-VAT), il-Kummissjoni Ewropea, 2013.

45 Ara p. 33 ta’ https://english.rekenkamer.nl/publications/reports/2018/11/28/vat-on-cross-border-digital-services.

46 Ara p. 23 ta’ https://www.nku.cz/scripts/rka-en/detail.asp?cisloakce=17/12&rok=0&sestava=0.

47 Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84 tal-31.3.2010, p. 1).

48 Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269 tal-10.10.2013, p. 1)

49 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347 tal-11.12.2006, p. 1).

50 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348 tad-29.12.2017, p. 7); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348 tad-29.12.2017, p. 32); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348 tad-29.12.2017, p. 1).

51 Ara l-paragrafi 90 u 91 tar-Rapport Speċjali Nru 24/2015 “L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni”.

52 Lamensch, 2017, p. 140. Ara fuq https://www.ibfd.org/sites/ibfd.org/files/content/pdf/ivm_2017_02_e2_1_SeptNewsletter.pdf.

53 Ara p. 17 tal-Konklużjoni tal-Awditjar Nru 17/12 fil-qasam tal-kummerċ elettroniku fuq https://www.nku.cz/scripts/rka-en/detail.asp?cisloakce=17/12&rok=0&sestava=0.

54 Fit-taqsima intitolata “Postal/Express Consignments Risk Indicators and Manual” (Indikaturi tar-Riskju u Manwal dwar il-Kunsinni Postali/Espress) tal-Volum 2 tal-Kompendju tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali tad-WCO.

55 Ara l-paragrafu 1.3 tal-“Guidelines for the immediate release of consignments by customs” (Linji gwida għar-rilaxx immedjat tal-kunsinni mid-dwana), id-WCO, 2014 fuq http://www.wcoomd.org/-media/wco/public/global/pdf/topics/facilitation/instruments-andtools/ tools/immediate-release-guidelines/immediate-release-guidelines.pdf?db=web.

56 Ara l-paragrafu 11 tad-dokument tad-WCO intitolat “Guidelines for the immediate release of consignments by customs” (Linji gwida għar-rilaxx immedjat tal-kunsinni mid-dwana), id-WCO, 2014 fuq http://www.wcoomd.org/-/media/wco/public/global/pdf/topics/facilitation/instruments-and-tools/tools/immediate-release-guidelines/immediate-release-guidelines.pdf?db=web

57 Ara l-“Compendium on the implementation of Council Regulation (EC) No 1186/2009” (Kompendju dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009) (Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, 2016, p. 19).

58 Ara l-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE.

59 Ara pp. 18 u 19 tal-Kompendju.

60 Ara l-paragrafi 99, 100 u 137 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”.

61 Ara r-Rapport Speċjali Nru 13/2011 “Il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jimpedixxi u jsib l-evażjoni tal-VAT?”.

62 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tintroduċi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, l-Artikolu 242a l-ġdid tad-Direttiva 2006/112/KE.

63 Ara COM(2018) 819 final tal-11.12.2018, “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija”.

64 Ara l-paragrafi 137 u 138 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE” u l-paragrafu 4.16 tar-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017.

65 Ara l-paragrafu 1.10 tar-rapport tal-NAO fuq https://www.nao.org.uk/wp-content/uploads/2017/04/Investigation-into-overseas-sellers-failing-to-charge-VAT-on-online-sales.pdf

66 http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2018/621854/EPRS_STU(2018)621854_EN.pdf.

67 Ara r-Rapport tal-PE dwar “VAT fraud, economic impact, challenges and policy issues” (Frodi tal-VAT, impatt ekonomiku, sfidi u kwistjonijiet ta’ politika), Ottubru 2018, u Sénat, Rapport d´information n° 691 du 17 septembre 2015, fait au nom de la commission des finances sur le e-commerce: propositions pour une TVA payée à la source.

68 Ara p. 13 tad-dokument “Cross-border e-commerce. Framework of standards” (Kummerċ elettroniku transfruntier. Qafas ta’ standards), id-WCO, Ġunju 2018 fuq http://www.wcoomd.org/-/media/wco/public/global/pdf/topics/facilitation/activities-and-programmes/ecommerce/wco-framework-of-standards-on-crossborder-ecommerce_en.pdf?la=en.

69 R.T. Ainsworth, M. Alwohaibi, M. Cheetham, “VATCoin: Can a Crypto Tax Currency Prevent VAT Fraud?” (VATCoin: Tista’ Kriptovaluta tat-Taxxa Tipprevieni l-Frodi tal-VAT?), Tax Notes International, il-Volum 84, l-14 ta’ Novembru 2016. Ara wkoll il-proposta tal-KPMG dwar it-teknoloġija tar-reġistru distribwit fuq https://home.kpmg/lu/en/home/insights/2018/07/vat-dlt.html.

70 Ara COM(2018) 812 final tat-12.12.2018, “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament”.

71 L-Artikoli 243a sa 243d.

72 RAG tfisser aħmar, ambra u aħdar (red, amber u green).

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

AC: Kooperazzjoni amministrattiva

AEO: Operaturi ekonomiċi awtorizzati

B2B: Minn negozju għal negozju

B2C: Min-negozju għall-konsumatur

BAĠIT: Direttorat ġenerali għall-baġit

CMRF: Qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju

CP 42: Proċedura doganali 42

DAU: Dokument amministrattiv uniku

FRC: Kriterji tar-Riskji Finanzjarji

GATT: Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ

HMRC: Her Majesty Revenue and Customs (Amministrazzjoni Doganali tar-Renju Unit)

ING: Introjtu Nazzjonali Gross

IP: Protokoll tal-Internet

IRG: Linji gwida dwar ir-rilaxx immedjat

IT: Teknoloġija tal-informazzjoni

ITSM: Ġestjoni tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni

JCO: Operazzjoni doganali konġunta

KDU: Kodiċi Doganali tal-Unjoni

LVCR: Eżenzjoni ta’ kunsinni b’valur baxx

MAA: Assistenza amministrattiva reċiproka

MLCs: Kontrolli multilaterali

MOSS: Sistema ta’ punt uniku ta’ servizz żgħir

MSCON: Stat Membru fejn il-klijent fil-fatt juża s-servizzi

MSIDE: Stat Membru fejn in-negozjanti ta’ servizzi fornuti elettronikament jiġu rreġistrati għall-finijiet tal-VAT

MTIC: Frodi intra-Komunitarja b’negozjant nieqes

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

OLAF: Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi

OSS: Punt uniku ta’ servizz

P2P: Minn individwu privat għal individwu privat

PE: Parlament Ewropew

RIF: Formola ta’ informazzjoni dwar ir-riskju

SAF-MOSS: Fajl standard tal-awditjar għall-awditi relatati mas-sistema MOSS

SAI: Istituzzjoni suprema tal-awditjar

SAO: Uffiċċju suprem tal-awditjar

SME: Intrapriża żgħira u ta’ daqs medju

TAXUD: Direttorat ġenerali għat-tassazzjoni u l-unjoni doganali

TEM: Messaġġi ta’ żball tekniku

UE: Unjoni Ewropea

UK: Ir-Renju Unit

VAT: Taxxa fuq il-valur miżjud

WCO: Organizzazzjoni Dinjija Doganali

WF5: Qasam ta’ ħidma Nru 5 tal-Eurofisc

Glossarju

Assistenza amministrattiva reċiproka: Kull azzjoni meħuda minn Amministrazzjoni doganali f’isem jew f’kollaborazzjoni ma’ Amministrazzjoni doganali oħra għall-applikazzjoni xierqa tal-Liġijiet doganali, kif ukoll għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u r-ripressjoni ta’ Reati doganali.

Eurofisc: Netwerk deċentralizzat ta’ uffiċjali mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u doganali tal-Istati Membri, li jiskambjaw b’mod rapidu kif ukoll jipproċessaw u janalizzaw b’mod konġunt informazzjoni mmirata dwar kumpaniji u tranżazzjonijiet possibbilment frodulenti.

Fiscalis: Programm ta’ azzjoni tal-UE biex jiġu ffinanzjati inizjattivi mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa għat-titjib tal-operat tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern permezz ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni, kontrolli multilaterali, seminars u gruppi għal proġetti, żjarat ta’ ħidma, attivitajiet ta’ taħriġ u attivitajiet simili oħra meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm.

Ġestjoni tar-riskju: L-identifikazzjoni sistematika ta’ riskju, inkluż permezz ta’ kontrolli aleatorji, u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi limitat l-esponiment għar-riskju.

Kontrolli multilaterali: Kontrolli kkoordinati mwettqa minn żewġ Stati Membri jew aktar fuq l-obbligazzjoni fiskali negozjant relatat wieħed jew aktar meta jqisu li dawn il-kontrolli huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss.

Kooperazzjoni amministrattiva: Skambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri li permezz tiegħu l-awtoritajiet tat-taxxa jassistu lil xulxin u jikkooperaw mal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-VAT fuq il-provvisti ta’ oġġetti u l-fornimenti ta’ servizzi, l-akkwist ta’ oġġetti, u l-importazzjoni intra-UE tagħhom. L-iskambji ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri jkopru l-informazzjoni kollha li tista’ twassal għal valutazzjoni korretta tal-VAT, inkluż dwar każijiet speċifiċi.

Negozjant nieqes: Negozjant irreġistrat għall-finijiet tal-VAT li, potenzjalment b’interess frodulenti, jakkwista jew ikollu l-intenzjoni li jakkwista oġġetti jew servizzi mingħajr ma jħallas VAT u jipprovdihom bil-VAT, iżda ma jgħaddix il-VAT miġbura lill-awtorità nazzjonali tat-taxxa.

Numru ta’ identifkazzjoni tal-VAT (Nru ta’ ID tal-VAT): Numru individwali li jingħata lil kull persuna taxxabbli li jkollha l-intenzjoni tipprovdi oġġetti jew tforni servizzi, jew tagħmel akkwisti ta’ oġġetti għall-finijiet ta’ negozju. Kull numru għandu prefiss ta’ żewġ ittri li permezz tagħhom jiġi identifikat l-Istat Membru li jkun ħarġu.

Proċedura doganali 42: Is-sistema li importatur juża sabiex jikseb eżenzjoni mill-VAT meta l-oġġetti importati jiġu ttrasportati lejn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 143 (1) (d) tad-Direttiva 2006/112/KE. Il-VAT tkun dovuta fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

Punt uniku ta’ servizz żgħir (MOSS): Sistema volontarja ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ li tippermetti lil persuni taxxabbli (kemm negozji tal-UE kif ukoll mhux tal-UE) ifornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, tax-xandir tat-televiżjoni u tar-radju kif ukoll servizzi fornuti elettronikament lil persuni mhux taxxabbli fl-Istati Membri li fihom huma ma jkollhomx stabbiliment biex jagħtu kont għall-VAT dovuta fuq dawk il-fornimenti u jiddikjarawha permezz ta’ portal web fl-Istat Membru li fih ikunu rreġistrati għall-VAT.

Skema ta’ bejgħ mill-bogħod: Sistema ta’ tassazzjoni għall-provvisti B2C ta’ oġġetti intra-UE. Taħt l-iskema, għal bejgħ sa ċertu soll (normalment EUR 35 000, iżda EUR 100 000 f’xi Stati Membri), in-negozjant japplika r-rata tal-VAT tal-Istat Membru fejn ikun irreġistrat. Aktar minn dan is-soll, in-negozjant irid jirreġistra għall-VAT fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni u japplika r-rata tal-VAT tiegħu.

VIES: Is-Sistema tal-Iskambju ta’ Informazzjoni tal-VAT hija netwerk elettroniku għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni kemm dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT validi ta’ kumpaniji rreġistrati fl-Istati Membri, kif ukoll dwar il-provvisti u l-fornimenti intra-Komunitarji eżentati mit-taxxa. L-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa huma responsabbli biex idaħħlu ż-żewġ tipi ta’ informazzjoni fin-netwerk.

Risposti tal-Kummissjoni

Sommarju Eżekuttiv

VII

(c). Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti tappartjeni għall-Istati Membri.

(f). Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-infurzar tal-ġbir tal-VAT huwa kompetenza nazzjonali.

VIII

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni:

(a). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni sal-punt li hija kompetenti biex tagħmel dan.

(b). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-mod kif l-Istati Membri jittrattaw kunsinni ta’ valur baxx (inkluż abbuż mill-eżenzjoni) se jifforma parti mit-temi kkunsidrati matul il-proċess ta’ stabbiliment tal-programm ta’ spezzjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali għall-2020.

(c). Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni peress li d-dgħufijiet tas-sistema tal-bejgħ mill-bogħod ġew indirizzati u l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni tal-MOSS. Ara t-tweġiba għall-paragrafu 96.

(d). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. L-għajnuna se tingħata jekk tintalab.

(e) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Hija dejjem lesta li tinvestiga metodi alternattivi u realistiċi ta’ ġbir ippreżentati u se tanalizzahom dwar il-valur miżjud tagħhom għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, filwaqt li tqis il-fattibbiltà tagħhom

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li dawn it-tliet rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Istati Membri.

Introduzzjoni

20

Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2018)812/2 u 812/3 se tipprovdi lill-Istati Membri b’għodod aħjar biex jikkontrollaw in-negozjanti tal-kummerċ elettroniku permezz tal-użu ta’ data dwar il-pagamenti.

21

Mill-1 ta’ Jannar 2021, il-livell minimu tal-eżenzjoni tal-VAT se jitneħħa.

Osservazzjonijiet

31

Il-Kummissjoni diġà pproponiet il-pakkett tal-VAT għall-kummerċ elettroniku, miżuri biextissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament,kif ukoll miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn, l-ewwel nett, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, it-tieni nett, l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa, u fl-aħħar nett, il-Eurofisc, l-OLAF u l-Europol.

37

Il-Kummissjoni qed tirrifletti fuq approċċi innovattivi possibbli biex jissaħħu l-iskambji ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi, anki fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Pereżempju, il-Qafas Strateġiku bejn l-UE u ċ-Ċina għall-Kooperazzjoni Doganali jipprevedi reviżjoni tal-Ftehim tal-2004 bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna amministrattiva reċiproka f’materji doganali. Għandu jiġi esplorat jekk din l-opportunità tistax tintuża biex tadatta l-Ftehim għall-isfidi tal-kummerċ elettroniku.

89

Il-monitoraġġ regolari tas-sistemi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom biex jiġi żgurat li l-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-AEO (Authorised Economic Operator - Operatur Ekonomiku Awtorizzat) jiġu ssodisfati hija responsabbiltà primarja tal-AEO. Is-sistemi ta’ kontroll intern huma element ewlieni għall-monitoraġġ effiċjenti mwettaq mill-AEO.

L-aħjar prattiki ta’ kontroll intern rakkomandati (skont il-Linji Gwida tal-AEO tal-UE) jistgħu jinvolvu l-ħatra ta’ persuna responsabbli mill-proċeduri u l-kontrolli interni tal-kumpanija inklużi s-superviżjoni u l-kontroll fuq il-ġestjoni/formalitajiet doganali.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 23(5) u 38 (1) tal-KDU, l-awtoritajiet doganali huma obbligati jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-AEO. Il-monitoraġġ mill-awtorità doganali jrid isir fuq bażi kontinwa, iżda jitwettaq ukoll wara l-informazzjoni pprovduta mill-AEO. Meta l-AEO jinnotifika lill-awtoritajiet doganali li jkunu nstabu irregolaritajiet, l-awtorità tivverifika u tinvestiga din l-informazzjoni, li tista’ twassal għal rivalutazzjoni, sospensjoni u/jew revoka tal-awtorizzazzjoni.

90

Kwalunkwe operatur bl-istatus ta’ AEO jrid jissodisfa l-kriterji u l-kundizzjonijiet kollha tal-AEO. Dan jinkludi li jiġi żgurat li l-elementi kollha fid-dikjarazzjonijiet doganali jkunu korretti. Meta l-kundizzjonijiet u l-kriterji ma jibqgħux issodisfati, l-awtoritajiet doganali jissospendu jew jirrevokaw l-istatus ta’ AEO.

L-awtoritajiet doganali kompetenti huma mitluba jintensifikaw l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom u jieħdu azzjoni xierqa biex jindirizzaw l-irregolaritajiet, jiġifieri jerġgħu jivvalutaw, jissospendu u/jew jirrevokaw.

91

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 89 u 90 dwar il-monitoraġġ u l-kontrolli interni.

96

Xi wħud mid-dgħufijiet tal-MOSS ġew indirizzati wara l-adozzjoni tas-simplifikazzjonijiet tal-MOSS li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019. Id-dgħufijiet tas-sistema tal-bejgħ mill-bogħod huma indirizzati fil-leġiżlazzjoni adottata reċentement dwar il-VAT għall-Kummerċ elettroniku fejn dawn il-limiti nazzjonali se jitneħħew u jiġu sostitwiti b’livell limitu għall-UE kollha ta’ EUR 10,000 biss mill-2021.

98

Spezzjonijiet tar-RPT fuq kunsinni ta’ valur baxx (inkluż abbuż mill-eżenzjoni) huma qasam ta’ kontroll prijoritarju għall-futur. Fid-dawl tal-frodi identifikati dwar is-sottovalutazzjoni tat-tessuti u taż-żraben, il-Kummissjoni tat prijorità lil dan il-qasam fl-2018 u fl-2019 fl-Istati Membri kollha. Fl-2017, il-prijoritizzazzjoni kienet fuq l-evażjoni tad-dazji antidumping fuq il-pannelli solari. Fl-2015 u l-2016, il-prijorità kienet l-affidabbiltà tal-kontabbiltà tar-RPT.

122

Dan il-livell minimu jiżgura proporzjonalità għall-mikrointrapriżi, li bħalissa huma eżentati mill-VAT f’ħafna mill-Istati Membri u li skont ir-regoli attwali jkollhom l-obbligu tal-VAT sa mill-ewwel tniżżil tas-servizzi tagħhom minn konsumatur fi Stat Membru ieħor. Biex tissewwa din l-isproporzjonalità, filwaqt li jiġi rispettat kemm jista’ jkun il-prinċipju tat-tassazzjoni fid-destinazzjoni, dan il-limitu minimu transfruntier tal-UE ta’ EUR 10,000 tqies bħala proporzjonat u bbilanċjat.

136

L-infurzar tal-ġbir tal-VAT huwa kompetenza nazzjonali.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 1 – Tisħiħ tal-użu ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni:

a). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni sal-punt li hija kompetenti biex tagħmel dan.

b). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni peress li se tibda tipproponi bidliet għall-formoli elettroniċi. Il-Kummissjoni tinnota li dawn it-tliet rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Istati Membri.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li dawn it-tliet rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Istati Membri.

Rakkomandazzjoni 2 – Żieda tal-effettività tal-kontrolli

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni:

a). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-mod kif l-Istati Membri jittrattaw kunsinni ta’ valur baxx (inkluż abbuż mill-eżenzjoni) se jifforma parti mit-temi kkunsidrati matul il-proċess ta’ stabbiliment tal-programm ta’ spezzjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali għall-2020.

b). Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni peress li d-dgħufijiet tar-reġim tal-bejgħ mill-bogħod ġew indirizzati u l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni tal-MOSS. Ara t-tweġiba għall-paragrafu 96.

c). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

d). Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u se tinkludi dan fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha.

L-awtorizzazzjonijiet tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (Authorised Economic Operator, AEO) kollha mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) kellhom jiġu vvalutati mill-ġdid mill-awtoritajiet doganali nazzjonali sal-1 ta’ Mejju 2019, minħabba l-bidliet fil-KDU (skont l-Artikolu 15(1) UCC DA). Il-kriterju ta’ konformità huwa parti minn dan l-eżerċizzju ta’ rivalutazzjoni.

Il-Kummissjoni bdiet tħejji biex tivverifika l-proċessi ta’ monitoraġġ tal-AEO fl-Istati Membri skont l-Artikolu 23(5) tal-KDU. Il-monitoraġġ tal-kriterju ta’ konformità tal-AEO, inkluża l-konformità mal-eżenzjoni ta’ konsenji ta’ valur baxx, se jkun wieħed mill-aspetti li se jiġu vverifikati f’dan il-kuntest.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Istati Membri.

Rakkomandazzjoni 3 – Titjib fl-infurzar tal-ġbir

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni:

a). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. L-għajnuna se tingħata jekk tintalab.

b). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. L-indirizzar tad-diskrepanzi fil-pagamenti bejn l-Istati Membri kif ukoll it-trattament tal-VAT miżmuma huwa xogħol li għaddej bħalissa għall-Kummissjoni. Bħalissa hija qiegħda tiċċekkja s-snin 2015–2018, hekk kif dawn isiru disponibbli fil-kuntest tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT.

c). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Hija qed torganizza attivitajiet mal-Istati Membri sabiex issegwi r-rapport tagħha dwar id-Direttiva 2010/24/UE li ġie ppubblikat f’Diċembru 2017, għall-irkupru tat-taxxi kollha.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Rakkomandazzjoni 4 - It-tisħiħ tal-effikaċja tal-qafas regolatorju

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni:

a). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Hija dejjem lesta li tinvestiga metodi alternattivi u realistiċi ta’ ġbir ippreżentati u se tanalizzahom fir-rigward tal-valur miżjud tagħhom għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, filwaqt li tqis b’mod xieraq il-fattibbiltà tagħhom

b). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

c). Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Kif rikonoxxut u misjub mill-QEA (jekk jogħġbok ara l-paragrafu 126), l-Istati Membri japplikaw b’mod uniformi d-definizzjoni ta’ “valur intrinsiku” kif ipprovduta fil-Kompendju dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali.
Barra minn hekk, id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar definizzjoni legalment vinkolanti tat-terminu “valur intrinsiku” għadhom għaddejjin.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Neven Mates, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ildikó Gáll-Pelcz, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Zoltán Lovas, Kap tal-Kabinett u Claudia Kinga Bara, Attaché tal-Kabinett; Paul Stafford, Maniġer Prinċipali; Carlos Soler Ruiz, Kap tal-Kompitu; Maria Echanove, Josef Edelmann, Benny Fransen, Dan Danielescu, Christine Becker u Eni Kabashi, Awdituri. Evy Fiers ipprovdiet appoġġ lingwistiku.

Mix-xellug għal-lemin: Benny Fransen, Dan Danielescu, Paul Stafford, Ildikó Gáll-Pelcz, Josef Edelmann, Carlos Soler Ruiz, Zoltán Lovas.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2019

PDF ISBN 978-92-847-2241-9 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/4591 QJ-AB-19-009-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-2263-1 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/566105 QJ-AB-19-009-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2019

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.