L-Awditjar tas-Settur Pubbliku fl-Unjoni Ewropea
L-Awditjar tas-Settur Pubbliku fl-Unjoni Ewropea huwa portal online li fih informazzjoni dwar il-mandat, l-istatus, l-organizzazzjoni, ix-xogħol u l-output tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar flUE u fl-Istati Membri tagħha. Korpi oħra tal-awditjar tas-settur pubbliku stabbiliti f’xi wħud mill-Istati Membri, bħal dawk reġjonali jew provinċjali, mhumiex inklużi.
L-Awditjar tas-Settur Pubbliku fl-Unjoni Ewropea jipprovdi informazzjoni li tissottolinja n-natura essenzjali tal-korpi pubbliċi tal-awditjar kontemporanji fl-Unjoni tagħna u jiddeskrivi l-kontribut tagħhom għall-funzjonament effettiv tad-demokraziji tagħna. Billi jiddeskrivi d-differenzi u s-similaritajiet bejn l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-UE, huwa juri d-diversità rikka li hija kwalità tant importanti tal-Unjoni Ewropea u waħda mill-assi ewlenin tagħha.
L-informazzjoni nġabret u tiġi aġġornata f’kooperazzjoni mill-qrib mad-diversi istituzzjonijiet tal-awditjar, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tapprezza l-appoġġ li ngħatat kemm min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet kif ukoll min-naħa tal-persunal tagħhom.
Aħna nittamaw li dan il-portal jattira l-interess tal-awdituri, ta’ dawk li jfasslu l-politika u tal-leġiżlaturi, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. Permezz tiegħu, aħna nittamaw ukoll li nagħtu kontribut siewi għar-riċerka li qed issir fil-qasam tal-awditjar pubbliku.
L-ISTITUZZJONIJIET SUPREMI TAL-AWDITJAR FL-UE U FL-ISTATI MEMBRI TAGĦHA — DESKRIZZJONI ĠENERALI
INTRODUZZJONI
L-iskrutinju pubbliku huwa parti integrali mis-sistemi demokratiċi. Is-27 pajjiż li issa jiffurmaw l-Unjoni Ewropea (UE) stabbilew arranġamenti biex jiżguraw li n-nefqa pubblika tkun suġġetta għall-obbligu ta’ rendikont, tkun trasparenti u tiġi ssorveljata b’mod robust. Dan huwa l-każ fejn jiġu involuti l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs), bħala awdituri pubbliċi esterni.
Is-SAIs iwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar l-użu effiċjenti, effettiv u ekonomiku tar-riżorsi pubbliċi, kif ukoll dwar il-konformità tal-infiq u l-ġbir tad-dħul fis-settur pubbliku mar-regoli applikabbli. Huma jappoġġaw il-kontroll parlamentari tal-gvernijiet permezz ta’ rapporti tal-awditjar ibbażati fuq il-fatti, li jkunu oġġettivi u imparzjali, b’hekk, jgħinu biex isir titjib fil-politiki, fil-programmi, fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ġestjoni tal-finanzi tal-Istat tagħhom. Dan jikkontribwixxi għar-rinfurzar tal-fiduċja taċ-ċittadini f’dak li jirrigwarda l-kontrolli u l-bilanċi tas-soċjetajiet tagħna u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ demokraziji li jiffunzjonaw b’mod xieraq.
Minbarra l-promozzjoni u l-iżvilupp tal-obbligu ta’ rendikont u tat-trasparenza fil-gvern, is-SAIs tal-UE għandhom ukoll rwol attiv fl-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-korpi tal-awditjar tas-settur pubbliku f’pajjiżi terzi.
Ħafna mis-SAIs li huma koperti f’dan ir-repożitorju, għandhom wirt għani (li xi kultant imur lura għal bosta mijiet ta’ snin), filwaqt li oħrajn kien biss reċentement li ġew stabbiliti fil-forma attwali tagħhom. L-istruttura, il-mandat u s-setgħat tal-biċċa l-kbira mis-SAIs evolvew matul iż-żmien, xi kultant b’riżultat ta’ bidliet politiċi jew minħabba r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. L-eżistenza ta’ SAI indipendenti hija kundizzjoni għas-sħubija fl-UE.
L-UE U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA
L-UE ġiet stabbilita fl-1993 permezz tat-Trattat ta’ Maastricht. Il-prekursuri tagħha – il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EAEC jew Euratom) – imorru lura għas-snin ħamsin. Mill-1993 'il hawn, kien hemm 16-il pajjiż li ssieħbu fl-Unjoni (fl-1995, fl-2004, fl-2007 u fl-2013). Attwalment, wara l-ħruġ tar-Renju Unit fl-2020, l-UE hija magħmula minn 27 Stat Membru.
TIPI TA’ SAIs
U L-GOVERNANZA TAGĦHOM
Hemm diversi modi għall-klassifikazzjoni tas-SAIs. Tradizzjonalment, dawn jiġu raggruppati f’korpi bi strutturi organizzazzjonali li għandhom għeruqhom fit-tradizzjonijiet Franċiżi/Latini, Anglo-Sassoni, jew Ġermaniżi. Madankollu, illum il-ġurnata, dawn jiġu distinti prinċipalment bejn korpi li għandhom setgħa ġuriżdizzjonali u dawk li ma għandhomx. Tista’ ssir distinzjoni oħra bejn is-SAIs monokratiċi li huma mmexxija minn persuna waħda (President, Awditur Ġenerali, jew Kontrollur u Awditur Ġenerali), u s-SAIs li huma rregolati minn korp kolleġġjali (eż. bord, kulleġġ, senat jew plenum).
F’din ir-ripartizzjoni wiesgħa, jistgħu jsiru aktar distinzjonijiet, pereżempju, fuq il-bażi tas-setgħa tas-SAIs li jwettqu wkoll awditi fil-livelli aktar baxxi tal-gvern, jew tar-relazzjoni bejn is-SAI u l-parlament nazzjonali tagħha.
GOVERNANZA TAS-SAIs
Korp governattiv/ Kap tas-SAI |
Għadd ta’ persuni fil-korp governattiv |
Mandat (snin) | |
---|---|---|---|
UNJONI EWROPEA Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Korp kolleġġjali | l-27 | President: 3 snin (jista’ jiġġedded) Membri: 6 snin (jista’ jiġġedded) |
L-AWSTRIJA Rechnungshof |
Il-President | 1 | 12-il sena (ma jistax jiġġedded) |
IL-BELĠJU Rekenhof Cour des comptes Rechnungshof |
Assemblea Ġenerali | 12 | 6 snin (jista’ jiġġedded) |
IL-BULGARIJA Сметна палата на Република България |
President u żewġ Viċi Presidenti |
3 | President: 7 snin (ma jistax jiġġedded) Viċi Presidenti: 7 snin (jista’ jiġġedded) |
IĊ-ĊEKJA Nejvyšší kontrolní úřad |
Bord | 17 | President u Viċi President 9 snin (jista’ jiġġedded) Membri: bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
ĊIPRU Eλεγκτική Υπηρεσία της Κυπριακής Δημοκρατίας |
L-Awditur Ġenerali | 1 | Bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
ID-DANIMARKA Rigsrevisionen |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 6 snin (jista’ jiġġedded darba għal perjodu ta’ erba’ snin) |
L-ESTONJA Riigikontroll |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 5 snin (jista’ jiġġedded) |
IL-FINLANDJA Valtiontalouden tarkastusvirasto |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 6 snin (jista’ jiġġedded) |
FRANZA Cour des comptes |
L-Ewwel President u 6 Presidenti tal-awli |
7 | Bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
IL-ĠERMANJA Bundesrechnungshof |
President, Senat (Bord) | 16 | President: 12-il sena (ma jistax jiġġedded) Diretturi: bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
IL-GREĊJA Ελεγκτικό Συνέδριο |
Plenum | 42 | President: 4 snin (ma jistax jiġġedded) Membri u Mħallfin: bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar. |
L-IRLANDA Office of the Comptroller and Auditor General |
Kontrollur u Awditur Ġenerali | 1 | Bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
L-ITALJA Corte dei conti |
Il-President | 1 | Bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar |
L-IŻVEZJA Riksrevisionen |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 7 snin (ma jistax jiġġedded) |
IL-KROAZJA Državni ured za reviziju |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 8 snin (jista’ jiġġedded) |
IL-LATVJA Latvijas Republikas Valsts kontrole |
Il-Kunsill, Awditur Ġenerali |
7 | 4 snin (jista’ jiġġedded għal massimu ta’ żewġ termini konsekuttivi) |
IL-LITWANJA Valstybės Kontrolė |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 5 snin (jista’ jiġġedded darba) |
IL-LUSSEMBURGU Cour des comptes |
President, Viċi President u tliet konsulenti |
5 | 6 snin (jista’ jiġġedded) |
MALTA National Audit Office |
L-Awditur Ġenerali | 1 | 5 snin (jista’ jiġġedded darba) |
IN-NETHERLANDS Algemene Rekenkamer |
Bord | 3 | Bla limitu, sal-età statutorja tal-irtirar ta’ 70 sena |
IL-POLONJA Najwyższa Izba Kontroli |
President u (f’xi każijiet) Korp kolleġġjali |
18 | President: 6 snin (jista’ jiġġedded darba) Korp kolleġġjali: 3 snin (jista’ jiġġedded) |
IL-PORTUGALL Tribunal de Contas |
President u Plenarja | 19 | President: 4 snin (jista’ jiġġedded) Membri: bla limitu |
IR-RUMANIJA Curtea de Conturi a României |
Plenum | 18 | 9 snin (ma jistax jiġġedded) |
IS-SLOVAKKJA Najvyšší kontrolný úrad Slovenskej republiky |
Il-President | 1 | 7 snin (jista’ jiġġedded darba) |
IS-SLOVENJA Računsko sodišče Republike Slovenije |
Senat | 3 | 9 snin (jista’ jiġġedded) |
SPANJA Tribunal de Cuentas |
Plenum | 13 | President: 3 snin (jista’ jiġġedded) Konsulenti Oħra: 9 snin (jista’ jiġġedded) Kap Prosekutur: 5 snin (jista’ jiġġedded) |
L-UNGERIJA Állami Számvevőszék |
Il-President | 1 | 12-il sena (jista’ jiġġedded) |
INDIPENDENZA
Is-SAIs tal-UE huma korpi pubbliċi indipendenti. L-indipendenza tagħhom f’dak li jirrigwarda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji hija minquxa fil-kostituzzjoni. Skont il-mandat tagħhom, is-SAIs jistgħu jwettqu kontrolli ex ante jew ex post, biex jivvalutaw il-legalità u r-regolarità tad-dħul u tal-infiq, kif ukoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-politiki, tal-programmi u tal-miżuri, jew il-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika. Xi wħud mis-SAIs jevalwaw ukoll l-impatt tal-politiki u tal-programmi pubbliċi.
FUNZJONI ĠURIŻDIZZJONALI
Xi wħud mis-SAIs għandhom status speċjali bħala qrati ġuriżdizzjonali. Dan jippermettilhom jibdew proċedimenti legali kontra maniġers jew kontabilisti ta’ fondi pubbliċi li possibbilment ikunu involuti f’irregolaritajiet relatati mal-infiq u mal-assi pubbliċi. Il-funzjoni ġuriżdizzjonali tipprovdi lis-SAIs b’għodda biex jidentifikaw pubblikament ir-responsabbiltajiet personali u biex jissanzjonaw individwi fi ħdan is-servizz pubbliku.
RELAZZJONI
MAL-PARLAMENT
Ir-relazzjonijiet bejn is-SAIs u l-parlamenti fl-UE kollha jvarjaw daqs il-korpi tal-awditjar tas-settur pubbliku nfushom. Filwaqt li s-SAIs kollha huma korpi indipendenti, xi wħud minnhom jagħmlu parti mill-istruttura ta’ sorveljanza parlamentari.
SAIs B’FUNZJONI ĠURIŻDIZZJONALI / IWETTQU AWDITI EX ANTE / JAGĦMLU PARTI MILL-ISTRUTTURA TA’ SORVELJANZA PARLAMENTARI
Funzjoni ġuriżdizzjonali |
Awditu ex ante |
Parti mill-istruttura ta’ sorveljanza parlamentari |
|
---|---|---|---|
UNJONI EWROPEA Qorti Ewropea tal-Awdituri |
|||
L-AWSTRIJA Rechnungshof |
● | ||
IL-BELĠJU Rekenhof Cour des comptes Rechnungshof |
● | ||
IL-BULGARIJA Сметна палата на Република България |
|||
IĊ-ĊEKJA Nejvyšší kontrolní úřad |
|||
ĊIPRU Eλεγκτική Υπηρεσία της Κυπριακής Δημοκρατίας |
|||
ID-DANIMARKA Rigsrevisionen |
● | ||
L-ESTONJA Riigikontroll |
|||
IL-FINLANDJA Valtiontalouden tarkastusvirasto |
● | ||
FRANZA Cour des comptes |
● | ||
IL-ĠERMANJA Bundesrechnungshof |
|||
IL-GREĊJA Ελεγκτικό Συνέδριο |
● | ● | |
L-IRLANDA Office of the Comptroller and Auditor General |
● | ||
L-ITALJA Corte dei conti |
● | ● | |
L-IŻVEZJA Riksrevisionen |
● | ||
IL-KROAZJA Državni ured za reviziju |
|||
IL-LATVJA Latvijas Republikas Valsts kontrole |
|||
IL-LITWANJA Valstybės Kontrolė |
● | ||
IL-LUSSEMBURGU Cour des comptes |
|||
MALTA National Audit Office |
● | ||
IN-NETHERLANDS Algemene Rekenkamer |
|||
IL-POLONJA Najwyższa Izba Kontroli |
● | ||
IL-PORTUGALL Tribunal de Contas |
● | ● | |
IR-RUMANIJA Curtea de Conturi a României |
|||
IS-SLOVAKKJA Najvyšší kontrolný úrad Slovenskej republiky |
|||
IS-SLOVENJA Računsko sodišče Republike Slovenije |
● | ||
SPANJA Tribunal de Cuentas |
● | ● | |
L-UNGERIJA Állami Számvevőszék |
● |
Minkejja d-diversità, ġeneralment hija karatteristika komuni li s-SAIs fl-UE u fl-Istati Membri tagħha jżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-parlamenti tagħhom. Prinċipalment, din ir-relazzjoni tinvolvi l-attività ta’ rappurtar, fejn is-SAI tibgħat ir-rapporti tal-awditjar tagħha lill-parlament. Dawn ir-rapporti normalment jiġu diskussi minn kumitat speċjali u, xi kultant, skont is-suġġett tal-awditu, anke minn kumitati li jittrattaw suġġetti speċifiċi. B’mod ġenerali, ir-rappreżentanti tas-SAI huma awtorizzati li jattendu u/jew jipparteċipaw f’dawn id-dibattiti. F’xi Stati Membri, il-kap tas-SAI għandu wkoll id-dritt li jinstema’ fid-diskussjonijiet parlamentari dwar suġġetti li jkunu rilevanti għax-xogħol tas-SAI.
Il-parlamenti spiss għandhom rwol deċiżiv fin-nomina u/jew fil-ħatra ta’ President/Awditur Ġenerali jew ta’ korp governattiv tas-SAI. Minbarra dan, xi wħud mill-parlamenti jabbozzaw u japprovaw ukoll il-baġit tas-SAI, jew jinnominaw awditur estern sabiex jawditja l-kontijiet tas-SAI.
Fl-aħħar nett, xi wħud mis-SAIs, iżda mhux kollha, għandhom is-setgħa li jawditjaw in-nefqa amministrattiva tal-parlamenti nazzjonali tagħhom.
PERSUNAL U BAĠITS
Ir-riżorsi umani u finanzjarji tas-SAIs ivarjaw b’mod konsiderevoli fost il-pajjiżi, anke meta jitqiesu fi proporzjon mal-għadd ta’ abitanti jew mal-baġit awditjat. Dawn id-differenzi jirriflettu mhux biss il-mandat tas-SAI u l-organizzazzjoni tagħha, iżda wkoll il-karatteristiċi usa’ tal-Istat Membru u tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħu.
B’mod ġenerali, hemm aktar minn 15 000 persuna li qed jaħdmu għas-SAIs fl-UE u fl-Istati Membri tagħha. Flimkien, is-SAIs tal-akbar erba’ Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, Franza, l-Italja u Spanja, li jirrappreżentaw kważi 260 miljun persuna) jimpjegaw madwar 5 000 persuna, filwaqt li s-SAIs tal-Istati Membri l-oħra (b’190 miljun persuna) jimpjegaw madwar 9 500 persuna.
Għall-UE kollha, huwa rreġistrat valur medjan ta’ impjegat wieħed ta’ SAI għal kull 20 000 ċittadin. Madankollu, hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri individwali. Kważi fil-każijiet kollha, il-baġits proprji tas-SAIs jirrappreżentaw inqas minn 0.1 % tal-baġit globali tal-gvern.
PERSUNAL U BAĠIT TAS-SAIs
SUĠĠETTI TAL-AWDITJAR
Is-SAIs tal-UE għandhom rwol ċentrali fil-proċess tal-obbligu ta’ rendikont tas-settur pubbliku. Bħala l-awdituri esterni tal-korpi eżekuttivi, huma jivvalutaw kemm il-politiki u l-infiq tal-amministrazzjoni pubblika qed jilħqu l-objettivi intenzjonati, jivverifikaw il-ġestjoni finanzjarja pubblika u jirrappurtaw dwar il-kontijiet tal-korpi pubbliċi, biex b’hekk jipprovdu aċċertament u informazzjoni indipendenti lill-parlamenti.
KATEGORIJI PRINĊIPALI TA’ AWDITI
L-AWDITI FINANZJARJI jinkludu l-eżaminar ta’ dokumenti, rapporti, sistemi ta’ kontroll intern u ta’ awditjar intern, proċeduri kontabilistiċi u finanzjarji, kif ukoll rekords oħra, biex jivverifikaw li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw pożizzjoni finanzjarja vera u ġusta u li r-riżultati tal-attivitajiet finanzjarji jikkonformaw mal-istandards u mal-prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati.
L-AWDITI TAL-KONFORMITÀ jivverifikaw jekk il-ġestjoni ekonomika u finanzjarja tal-entità, tal-attività jew tal-programm awditjati hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli.
L-AWDITI TAL-PRESTAZZJONI jinvolvu l-eżaminar ta’ programmi, operazzjonijiet, sistemi ta’ ġestjoni u proċeduri użati minn korpi u istituzzjonijiet li jimmaniġġjaw ir-riżorsi, biex jiġi vvalutat l-użu ekonomiku, effiċjenti u effettiv ta’ dawn ir-riżorsi.
Is-SAIs jiskrutinizzaw id-dħul u l-infiq tal-baġits tal-Istat fil-livell ċentrali jew federali u, f’xi Stati Membri, jistgħu jwettqu wkoll awditi fil-livelli tal-gvern reġjonali, lokali jew muniċipali. Għalkemm l-awditi tagħhom jiffukaw primarjament fuq ministeri u korpi governattivi, l-entitajiet awditjati jistgħu jinkludu wkoll intrapriżi tal-Istat, bħal korporazzjonijiet tax-xandir, istituti ta’ edukazzjoni għolja, jew banek nazzjonali.
Il-biċċa l-kbira mis-SAIs huma intitolati li jawditjaw id-dħul u l-infiq pubbliku kollu, inkluż fil-livell ta’ kumpaniji privati jew ta’ benefiċjarji individwali.
LIVELLI TAL-GVERN AWDITJATI MIS-SAIs
Gvern Ċentrali |
Gvern Reġjonali |
Gvern Lokali |
Intrapriżi tal-Istat |
Korpi pubbliċi |
Muniċipalitajiet | Benefiċjarji oħra |
|
---|---|---|---|---|---|---|---|
UNJONI EWROPEA Qorti Ewropea tal-Awdituri | ● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
L-AWSTRIJA Rechnungshof |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IL-BELĠJU Rekenhof Cour des comptes Rechnungshof |
● | ● | ● | ● | ● | ||
IL-BULGARIJA Сметна палата на Република България |
● | ● | ● | ● | ● | ||
IĊ-ĊEKJA Nejvyšší kontrolní úřad |
● | ● | ● | ● | |||
ĊIPRU Eλεγκτική Υπηρεσία της Κυπριακής Δημοκρατίας |
● | ● | ● | ● | ● | ● | |
ID-DANIMARKA Rigsrevisionen |
● | ● | ● | ● | ● | ||
L-ESTONJA Riigikontroll |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IL-FINLANDJA Valtiontalouden tarkastusvirasto |
● | ● | ● | ● | ● | ● | |
FRANZA Cour des comptes |
● | ● | ● | ● | |||
IL-ĠERMANJA Bundesrechnungshof |
● | ● | ● | ● | |||
IL-GREĊJA Ελεγκτικό Συνέδριο |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
L-IRLANDA Office of the Comptroller and Auditor General |
● | ● | ● | ● | |||
L-ITALJA Corte dei conti |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
L-IŻVEZJA Riksrevisionen |
● | ● | ● | ● | |||
IL-KROAZJA Državni ured za reviziju |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IL-LATVJA Latvijas Republikas Valsts kontrole |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IL-LITWANJA Valstybės Kontrolė |
● | ● | ● | ● | ● | ● | |
IL-LUSSEMBURGU Cour des comptes |
● | ● | ● | ● | |||
MALTA National Audit Office |
● | ● | ● | ● | ● | ||
IN-NETHERLANDS Algemene Rekenkamer |
● | ● | ● | ● | |||
IL-POLONJA Najwyższa Izba Kontroli |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IL-PORTUGALL Tribunal de Contas |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IR-RUMANIJA Curtea de Conturi a României |
● | ● | ● | ● | ● | ● | |
IS-SLOVAKKJA Najvyšší kontrolný úrad Slovenskej republiky |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
IS-SLOVENJA Računsko sodišče Republike Slovenije |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
SPANJA Tribunal de Cuentas |
● | ● | ● | ● | ● | ● | ● |
L-UNGERIJA Állami Számvevőszék |
● | ● | ● | ● | ● | ● |
GĦAŻLA
TAS-SUĠĠETTI U
L-PROGRAMMAZZJONI TAL-AWDITJAR
Il-proċess tal-għażla u tal-ippjanar tal-awditi jieħu inkunsiderazzjoni kriterji differenti, bħar-riskju u l-impatt, kif ukoll l-iżvilupp futur ta’ oqsma ta’ politika speċifiċi. Ħafna SAIs jaħdmu bi proċeduri ta’ programmazzjoni u pjanijiet annwali tal-awditjar, li huma jfasslu abbażi ta’ strateġija pluriennali u ta’ valutazzjonijiet annwali tar-riskji. Dan il-kombinament ta’ ppjanar, kemm fuq terminu medju kif ukoll fuq terminu twil, jippermetti li jkun hemm flessibbiltà u li s-SAIs jirreaġixxu għall-iżviluppi mhux previsti.
TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET FINALI — STRUTTURA MONOKRATIKA / KOLLEĠĠJALI
F’xi wħud mill-pajjiżi, il-parlament (membri u/jew kumitati), il-ministri tal-gvern, jew saħansitra individwi/organizzazzjonijiet privati jistgħu jitolbu lis-SAIs biex iwettqu awditi speċifiċi. Madankollu, bi ftit eċċezzjonijiet, is-SAIs mhumiex obbligati li jwettqu dawn l-awditi.
Fil-każ ta’ SAIs immexxija minn persuna waħda, ġeneralment ikun il-kap li jieħu d-deċiżjoni finali dwar liema awditi għandhom jitwettqu. Fil-każijiet l-oħra kollha, dan isir b’mod kollettiv mill-bord ta’ tmexxija jew mill-kulleġġ.
EVIDENZA
U SEGWITU
Biex jiġbru evidenza tal-awditjar, is-SAIs jeżaminaw id-dokumenti, janalizzaw id-data, jagħmlu intervisti, jew iwettqu kontrolli fuq il-post, pereżempju, fil-bini tal-entità awditjata jew fis-sit tal-proġett. Biex ikunu jistgħu jagħmlu dan, is-SAIs għandhom id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha li jqisu bħala meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-membri tal-persunal tal-entitajiet awditjati huma obbligati li jikkooperaw mal-awdituri tas-SAIs.
Biex tiġi kontrobilanċjata din il-libertà tal-aċċess, is-SAIs u l-membri tal-persunal tagħhom huma suġġetti għal obbligi speċifiċi ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni li tinkiseb matul l-awditi tagħhom.
RAPPURTAR
Abbażi tal-awditi li jwettqu, is-SAIs jabbozzaw rapporti li fihom jippreżentaw is-sejbiet u l-osservazzjonijiet tagħhom, jindikaw irregolaritajiet, jisiltu konklużjonijiet tal-awditjar u jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jindirizzaw in-nuqqasijiet. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jikkostitwixxu element importanti ta’ kull rapport tal-awditjar, billi jipprovdu gwida siewja għal dawk li jfasslu l-politiki. Dawn jistgħu jgħinuhom biex itejbu l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tan-nefqa pubblika kif ukoll il-konformità tagħha mar-regoli applikabbli, u biex jiġu evitati żbalji, irregolaritajiet u nfiq skorrett.
Ċerti SAIs huma intitolati wkoll li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, jew fuq inizjattiva proprja tagħhom jew inkella fuq talba speċifika tal-leġiżlatur, rigward (abbozzi ta’) leġiżlazzjoni dwar suġġetti li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom, bħall-ġestjoni finanzjarja.
PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-SAIs normalment jippubblikaw rapporti annwali dwar l-awditi li jwettqu tal-kontijiet annwali tal-Istat u tal-implimentazzjoni tal-baġit statali. Barra minn hekk, xi wħud mis-SAIs jippubblikaw rapporti dwar ir-rapporti finanzjarji ta’ istituzzjonijiet jew korpi speċifiċi (bħall-Parlament, il-Kap tal-Istat, jew is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali). Ċerti SAIs jifformulaw ukoll opinjonijiet tal-awditjar dwar dawn ir-rapporti finanzjarji u dwar il-kontijiet annwali.
Minbarra dan, huma joħorġu rapporti tal-awditjar dwar suġġetti speċifiċi, opinjonijiet dwar (abbozzi ta’) leġiżlazzjonijiet, pubblikazzjonijiet analitiċi jew rapporti ta’ segwitu. Diversi SAIs jippubblikaw ukoll dokumenti ta’ diskussjoni, analiżijiet u studji, jew dossiers li jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar awditi ta’ suġġetti rilevanti.
Barra minn hekk, xi wħud minnhom jippubblikaw regolarment rapporti dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE f’pajjiżhom.
Fl-aħħar nett, diversi SAIs jippubblikaw rapporti annwali tal-attività, perjodiċi, jew dokumenti oħra li jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar ix-xogħol tagħhom.
KOMUNIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI
Is-SAIs normalment jippreżentaw ir-rapporti tagħhom lill-parlament, ġeneralment lil dawk il-kumitati li jkunu responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u/jew għal suġġetti oħra koperti minn awditu. B’mod ġenerali, is-SAIs jippubblikaw ukoll il-biċċa l-kbira mir-rapporti tal-awditjar tagħhom. Madankollu, jista’ jkun hemm xi eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ rapporti li jkunu jittrattaw oqsma sensittivi (bħad-difiża) jew fejn ikunu japplikaw obbligi speċifiċi ta’ kunfidenzjalità.
Il-midja soċjali tintuża b’mod estensiv għall-involviment u l-interazzjoni b’mod dirett maċ-ċittadini u l-midja.
KOOPERAZZJONI
Kooperazzjoni ma’ SAIs oħra
Kooperazzjoni bejn is-SAIs tal-UE
Hemm network ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SAIs tal-Istati Membri tal-UE u l-QEA. Din il-kooperazzjoni sseħħ fi ħdan il-qafas tal-Kumitat ta’ Kuntatt, li huwa magħmul mill-kapijiet tas-SAIs tal-UE u mill-QEA. Il-Kumitat ta’ Kuntatt tal-UE jista’ jwaqqaf gruppi ta’ ħidma u task forces dwar suġġetti speċifiċi tal-awditjar relatati mal-UE u jipprovdi network attiv għal kuntatti professjonali bejn il-persunal tas-SAIs tal-UE.
L-istess artikolu tat-TFUE li jirrikjedi li l-QEA tikkoopera u tikkoordina mas-SAIs tal-UE, jippermetti wkoll li l-awdituri tas-SAIs tal-Istati Membri tal-UE jieħdu sehem (bħala osservaturi) fl-awditi li l-QEA twettaq fit-territorju nazzjonali tagħhom. Teżisti proċedura standard li permezz tagħha l-QEA tinforma lis-SAI nazzjonali dwar kull żjara tal-awditjar prevista fil-pajjiż ta’ din tal-aħħar. Is-SAI nazzjonali tista’ mbagħad tiddeċiedi jekk tixtieqx tibgħat membri tal-persunal biex jissieħbu fit-tim tal-awditjar tal-QEA matul iż-żjarat tagħha fuq il-post. Barra minn hekk, is-SAIs tal-UE jistgħu jwettqu awditi konġunti jew ikkoordinati fuq suġġetti magħżula.
Minbarra dan, huma tradizzjonalment jistgħu wkoll jikkooperaw fuq bażi bilaterali. Dan jinkludi, pereżempju, il-kondiviżjoni ta’ metodoloġiji u ta’ riżultati tal-awditjar, kif ukoll skambji temporanji tal-persunal tal-awditjar.
Kooperazzjoni ma’ SAIs oħra barra mill-UE
Is-SAIs tal-UE jistgħu jwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari jew jipparteċipaw f’attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet bħal proġetti ta’ ġemellaġġ, li huma intenzjonati biex jgħinu lis-SAIs ta’ pajjiżi terzi jiżviluppaw il-bażijiet ġuridiċi u istituzzjonali tagħhom.
Fid-dawl tat-tkabbir tal-UE, twaqqaf network speċifiku li jappoġġa lis-SAIs u li huwa mmirat biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati tal-UE u l-kandidati potenzjali, prinċipalment permezz ta’ kooperazzjoni fuq skala żgħira, diretta u prattika.
Għadd ta’ SAIs tal-UE jikkooperaw ukoll mill-qrib ma’ korpi tal-awditjar tas-settur pubbliku f’pajjiżi li magħhom l-Istat Membru rispettiv tagħhom ikollu relazzjonijiet mill-qrib minħabba raġunijiet storiċi u/jew minħabba li jkunu parti mill-komunità lingwistika tagħhom.
Kooperazzjoni ma’ korpi oħra tal-awditjar tas-settur pubbliku fil-livell nazzjonali
Skont l-istruttura governattiva tagħhom, l-Istati Membri tal-UE fdaw il-funzjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku lil korpi li joperaw fil-livell federali, nazzjonali, reġjonali, provinċjali jew muniċipali. F’pajjiżi b’uffiċċji tal-awditjar reġjonali kompluti, is-SAIs normalment jiffukaw l-awditi tagħhom fil-livell tal-gvern ċentrali u jikkooperaw, skont kif ikun meħtieġ, mal-korpi l-oħra tal-awditjar tas-settur pubbliku fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.
Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
Is-SAIs kollha tal-UE huma membri tal-INTOSAI u tal-EUROSAI.
INTOSAI
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) tipprovdi qafas istituzzjonalizzat biex is-SAIs jippromwovu l-iżvilupp u t-trasferiment ta’ għarfien, itejbu l-awditjar tal-gvernijiet fid-dinja kollha u jsaħħu l-kapaċitajiet professjonali, il-pożizzjoni u l-influwenza tas-SAIs membri fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
L-INTOSAI twaqqfet fl-1953 bħala organizzazzjoni awtonoma, indipendenti u mhux politika. Hija għandha status konsultattiv speċjali fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) tan-Nazzjonijiet Uniti.
Is-Segretarjat Ġenerali tal-INTOSAI huwa mmexxi mis-SAI tal-Awstrija.
Is-SAIs tal-UE jipparteċipaw f’diversi proġetti tal-INTOSAI, bħall-Forum għad-Dikjarazzjonijiet Professjonali tal-INTOSAI (FIPP) tagħha, li jfassal l-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISSAI) li jistabbilixxu l-prerekwiżiti bażiċi għas-SAIs u l-prinċipji fundamentali għall-awditjar ta’ entitajiet pubbliċi.
(Sors: INTOSAI)
EUROSAI
L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI) hija waħda mill-gruppi reġjonali tal-INTOSAI. Hija twaqqfet fl-1990 bi 30 membru (is-SAIs ta’ 29 Stat Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri). Fl-2023, l-organizzazzjoni għandha 51 SAI.
Is-SAI ta’ Spanja hija inkarigata mis-Segretarjat Ġenerali tal-EUROSAI.
(Sors: EUROSAI)
Barra minn hekk, is-SAIs tal-UE jipparteċipaw fi proġetti mmexxija minn varjetà wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet fil-qasam tal-awditjar tas-settur pubbliku, u xi wħud jaġixxu bħala awdituri esterni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, intergovernattivi jew supranazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), jew l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). B’dan il-mod, huma jiżguraw ukoll l-użu regolari u effiċjenti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-pajjiżi tagħhom jagħmlu għal dawn l-organizzazzjonijiet.
Fl-aħħar nett, hija prattika komuni li s-SAIs tal-UE jipparteċipaw f’inizjattivi ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (pereżempju l-OECD, l-Unjoni Interparlamentari (IPU), l-Istitut tal-Awdituri Interni (IIA) u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC)). Kooperazzjoni ta’ dan it-tip normalment tiffoka fuq kwistjonijiet topiċi relatati mal-awditjar tas-settur pubbliku, u tista’ tinvolvi sekondar, korsijiet ta’ taħriġ, kondiviżjoni tal-għarfien, jew forom oħra ta’ skambju professjonali.
SKEDI INFORMATTIVI
L-UNJONI EWROPEA
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
Mill- 1977 Sit web: www.eca.europa.eu |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Permezz tax-xogħol tal-awditjar li nwettqu, li huwa indipendenti, professjonali u jħalli impatt, aħna nivvalutaw l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjonijiet tal-UE biex intejbu l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u nirrispondu b’mod effettiv kemm għall-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-UE kif ukoll dawk li se tiffaċċja fil-futur.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) teżamina d-dħul kollu riċevut u l-infiq żborżat mill-UE jew minn korpi, uffiċċji jew aġenziji stabbiliti mill-UE.
Hija tivvaluta jekk il-finanzi tal-UE ġewx immaniġġjati tajjeb, u jekk id-dħul kollu ġiex riċevut u l-infiq ġiex żborżat f’konformità mar-regolamenti applikabbli. Il-QEA tipprovdi lill-Parlament Ewropew (PE) u lill-Kunsill b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni annwali dwar il-legalità u r-regolarità tal-użu li jsir mill-fondi tal-UE. Hija tirrapporta wkoll dwar kull irregolarità identifikata.
Il-QEA tfassal rapport annwali wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja. Hija tista’ wkoll, fi kwalunkwe ħin, tippreżenta osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari fil-forma ta’ rapporti speċjali, u tagħti opinjonijiet.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Artikoli 285 sa 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
- Ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
ENTITAJIET AWDITJATI
Il-QEA tawditja l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea hija l-entità awditjata prinċipali tal-QEA u tiġi infurmata dwar ix-xogħol u l-approċċ tal-awditjar tagħha, kif ukoll dwar ir-riżultati tal-awditjar rilevanti.
Minbarra d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, il-QEA tawditja:
- il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp;
- l-aġenziji u l-aġenziji eżekuttivi, l-impriżi konġunti u korpi oħra tal-UE;
- il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
- il-Bank Ċentrali Ewropew;
- l-operazzjonijiet ta’ self u tislif tal-UE (eż. il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja);
- il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura kolleġġjali mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Il-QEA hija l-awditur estern tal-Unjoni Ewropea. Hija waħda minn seba’ Istituzzjonijiet tal-UE u hija kompletament indipendenti fit-twettiq tal-awditi tagħha.
Il-QEA tfassal ir-regoli ta’ proċedura proprji tagħha. Dawn ir-regoli jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Kunsill.
RELAZZJONI
MAL-PARLAMENT EWROPEW / MAL-KUNSILL / MAL-PARLAMENTI TAL-ISTATI MEMBRI
Il-QEA tippreżenta r-rapporti u l-opinjonijiet kollha tagħha, inkluż ir-rapport annwali, lill-PE u lill-Kunsill. Dawn ir-rapporti jipprovdu l-bażi għall-eżerċizzju ta’ kwittanza annwali relatat mal-baġit tal-UE u jistgħu jintużaw mil-leġiżlaturi fil-ħidma kontinwa tagħhom.
IL-PARLAMENT EWROPEW
Il-President tal-QEA jippreżenta r-rapport annwali lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-PE u lis-sessjoni plenarja tiegħu, u huwa mistieden jieħu sehem fid-dibattitu tal-plenarja tal-PE dwar il-kwittanza. Il-Membri tal-QEA jiġu mistiedna regolarment jippreżentaw ir-rapporti rilevanti tal-QEA lill-CONT u lil kumitati u korpi ta’ ħidma oħra tal-PE.
IL-KUNSILL TAL-UE
Il-President tal-QEA jippreżenta r-rapport annwali lill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) u jista’ jiġi mistieden biex jippreżenta rapporti speċjali magħżula li jkunu ta’ interess speċifiku.
Fil-livell operazzjonali, l-interlokutur prinċipali tal-QEA huwa l-Kumitat tal-Baġit tal-Kunsill, li jittratta l-kwistjonijiet finanzjarji kollha, inkluża l-proċedura ta’ kwittanza. Ir-rapporti tal-QEA jiġu ppreżentati lill-korpi preparatorji xierqa tal-Kunsill, li jilħqu ftehim dwar l-abbozzi ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill li mbagħad jiġu adottati f’livell ogħla tal-Kunsill.
PARLAMENTI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE
Il-QEA tikkomunika wkoll ir-rapporti u l-opinjonijiet tagħha lill-kumitati parlamentari rilevanti fl-Istati Membri. Minbarra dan, il-Membri tal-QEA jistgħu jippreżentaw il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b’mod partikolari ir-rapporti annwali u dawk speċjali, fil-parlamenti tal-Istati Membri.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Korp kolleġġjali ta’ 27 Membru, wieħed minn kull Stat Membru.
Il-Membri tal-QEA jwettqu d-dmirijiet tagħhom f’indipendenza sħiħa u fl-interess ġenerali tal-UE. Hekk kif jieħdu l-kariga, huma jieħdu ġurament f’dan ir-rigward quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
MANDAT
6 snin, jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Kunsill tal-UE jaħtar il-Membri tal-QEA wara li ssir konsultazzjoni mal-PE u wara li jiġu nnominati mill-Istati Membri rispettivi tagħhom.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Il-QEA hija organizzata f’ħames awli tal-awditjar, flimkien ma’ Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar (AQCC), Kumitat Amministrattiv u Segretarjat Ġenerali. Il-President, kull awla tal-awditjar u l-AQCC huma kollha appoġġati minn direttorati, li għalihom jiġu assenjati membri tal-persunal inkarigati mill-awditjar.
Il-kulleġġ intier ta’ 27 Membru tal-QEA huwa ppresedut mill-President u ġeneralment jiltaqa’ darbtejn fix-xahar biex jiddiskuti u jadotta dokumenti, bħal pereżempju, ir-rapporti dwar il-baġit ġenerali tal-UE u dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp, li huma l-pubblikazzjonijiet annwali prinċipali tal-QEA.
PRESIDENZA
Il-President huwa appoġġat mid-Direttorat tal-Presidenza (DOP), li huwa responsabbli għall-iżvilupp strateġiku, il-programmazzjoni tax-xogħol, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-prestazzjoni, ir-relazzjonijiet istituzzjonali, il-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet mal-midja.
Barra minn hekk, is-servizz legali u d-dipartiment tal-awditjar intern jirrappurtaw direttament lill-President.
AWLI TAL-AWDITJAR
Il-QEA tassenja l-Membri f'waħda mill-ħames awli tal-awditjar.
Kull awla għandha tema bbażata fuq il-politika tal-UE biex torjenta x-xogħol tagħha u hija mmexxija minn Dekan, li jiġi elett minn fost il-Membri ta’ dik l-awla, minnhom stess, għal terminu ta’ sentejn li jista’ jiġġedded. Kull Membru huwa responsabbli għal kompiti tal-awditjar speċifiċi.
Kull awla għandha żewġ oqsma ta’ responsabbiltà:
- li tadotta rapporti speċjali, rapporti annwali speċifiċi u opinjonijiet; u
- li tħejji r-rapporti annwali dwar il-baġit tal-UE u dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp biex dawn jiġu adottati mill-Kulleġġ tal-QEA.
KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-AWDITJAR
L-AQCC huwa magħmul mill-Membru għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar u minn ħames Membri oħra (rappreżentant wieħed minn kull awla tal-awditjar). Huwa jittratta kemm il-politiki, l-istandards u l-metodoloġija tal-awditjar tal-QEA, kif ukoll l-appoġġ u l-iżvilupp tal-awditjar u l-kontroll tal-kwalità tal-awditjar tagħha. Minbarra dan, huwa inkarigat minn aspetti metodoloġiċi u jwettaq eżamijiet tal-kontroll tal-kwalità tal-inkarigu fil-QEA kollha.
KUMITAT AMMINISTRATTIV
Id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet strateġiċi u amministrattivi aktar ġenerali jittieħdu mill-Kumitat Amminstrattiv u, fejn ikun xieraq, mill-kulleġġ tal-Membri.
Il-Kumitat Amministrattiv huwa magħmul mill-President tal-QEA (il-Membru li jippresiedi), id-Dekani tal-awli, il-Membru għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u l-Membru għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar. Huwa jittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha u d-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma’ strateġija, relazzjonijiet esterni u komunikazzjoni.
SEGRETARJU ĠENERALI
Il-kulleġġ tal-QEA jinnomina Segretarju Ġenerali għal perjodu ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded.
Huwa responsabbli prinċipalment għas-Segretarjat tal-Qorti u għas-servizzi ta’ appoġġ tal-awditjar (Riżorsi Umani, Finanzi u Servizzi Ġenerali; Informazzjoni, Ambjent tax-Xogħol u Innovazzjoni, Traduzzjoni, Servizzi Lingwistiċi u Pubblikazzjoni).
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 980 (li jikkorespondu għal 969 FTE (31.12.2022) (li minnhom 59 % jaħdmu fl-awditjar)
- Il-membri tal-persunal ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-UE u ġeneralment jiġu reklutati permezz ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għall-pajjiżi tal-UE kollha.
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 48 %; ♀ 52 %. Età medja: 47.4
BAĠIT
- Il-QEA hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
- EUR 175.06 miljun (2023), kollha nefqa amministrattiva.
- Il-baġit tal-QEA jirrappreżenta inqas minn 0.1 % tal-infiq totali tal-UE u madwar 1.5 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-UE.
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— MANDAT TAL-AWDITJAR
L-awditi huma bbażati fuq rekords u, fejn ikun meħtieġ, jitwettqu fuq il-post fl-Istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u fi kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija li jimmaniġġjaw id-dħul jew l-infiq f’isem l-UE. Għall-attività tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fl-immaniġġjar tad-dħul u l-infiq tal-UE, japplikaw arranġamenti speċifiċi.
Fl-Istati Membri, l-awditi jitwettqu b’kollaborazzjoni mas-SAIs nazzjonali jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-QEA tikkoopera mas-SAIs tal-Istati Membri fi spirtu ta’ fiduċja, filwaqt li żżomm l-indipendenza taż-żewġ partijiet.
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Il-QEA tiddeċiedi dwar il-programm ta’ ħidma tagħha b’mod indipendenti. Hija għandha proċedura ta’ programmazzjoni annwali li hija bbażata fuq valutazzjoni pluriennali tar-riskju għall-oqsma ta’ politika differenti.
Il-PE u l-Kunsill jistgħu jissuġġerixxu suġġetti potenzjali għall-awditjar biex jiġu kkunsidrati mill-QEA.
Il-QEA tippubblika l-programm ta’ ħidma fuq is-sit web tagħha.
— METODI TAL-AWDITJAR
Permezz tax-xogħol tagħha, il-QEA teżamina kemm l-objettivi ta’ politika tal-UE jkunu ntlaħqu u tivvaluta l-istat tal-kontabbiltà tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tal-UE.
Il-QEA twettaq diversi tipi ta’ awditi:
- awditi tal-prestazzjoni dwar l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-politiki u l-programmi tal-UE. Dawn l-awditi, li jivverifikaw il-valur għall-flus, jiffukaw fuq suġġetti ta’ ġestjoni jew baġitarji speċifiċi. Dawn jintgħażlu abbażi ta’ kriterji bħal pereżempju l-interess pubbliku, il-potenzjal għal titjib, ir-riskju ta’ prestazzjoni baxxa jew ir-riskju ta’ irregolarità; u
- awditi finanzjarji u tal-konformità dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (b’mod partikolari d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni), kif ukoll valutazzjonijiet ta’ jekk is-sistemi u t-tranżazzjonijiet f’oqsma baġitarji speċifiċi jikkonformawx mar-regoli u r-regolamenti li jirregolawhom.
Il-QEA twettaq l-awditi tagħha skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar u kodiċi tal-etika, f’konformità mal-impenn tagħha lejn dawn l-oqfsa, b’mod partikolari il-Qafas għad-Dikjarazzjonijiet Professjonali tal-INTOSAI (IFPP), l-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISA), kif ukoll il-kodiċijiet tal-etika tal-INTOSAI u tal-IFAC.
Il-metodoloġija u l-gwida rilevanti huma disponibbli f’pjattaforma online (AWARE, Accessible Web-based Audit Resource for the ECA), li hija mfassla biex tgħin lill-awdituri tal-QEA jagħżlu, jippjanaw, imexxu u jirrappurtaw dwar awditi tal-konformità, awditi finanzjarji u awditi tal-prestazzjoni, kif ukoll impenji mhux tal-awditjar (rapporti analitiċi u opinjonijiet) fil-kuntest tal-UE.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Il-portafoll ta’ pubblikazzjonijiet tal-QEA jinkludi:
- rapporti annwali, li prinċipalment fihom ir-riżultati ta’ awditi finanzjarji u tal-konformità relatati mal-baġit tal-UE u mal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp, iżda wkoll aspetti li jirrigwardjaw il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-baġit;
- rapporti annwali speċifiċi, dwar l-aġenziji, il-korpi deċentralizzati, l-impriżi konġunti u korpi oħra tal-UE;
- rapporti speċjali, li jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula dwar oqsma speċifiċi ta’ politika jew ta’ nfiq, jew dwar kwistjonijiet baġitarji u ta’ ġestjoni;
- opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni ġdida jew aġġornata b’impatt sinifikanti fuq il-ġestjoni finanzjarja – jew fuq talba ta’ istituzzjoni oħra jew inkella fuq l-inizjattiva tal-QEA stess; u
- rapporti analitiċi li għandhom l-għan li jipprovdu deskrizzjoni li tispjega l-kuntest kif ukoll analiżi, spiss minn perspettiva trażversali u abbażi ta’ xogħol tal-awditjar preċedenti jew fuq informazzjoni oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-QEA huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Ir-rapporti tagħha jiġu wkoll imxerrda b’mod attiv permezz ta’ għadd ta’ mezzi, inkluża l-media soċjali.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Il-QEA żżomm relazzjonijiet mill-qrib ma’ SAIs nazzjonali u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tal-awditjar, twettaq evalwazzjonijiet bejn il-pari, tinteraġixxi ma’ gruppi ta’ riflessjoni u ma’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka, u tipparteċipa f’diskorsi akkademiċi.
F'Novembru 2022, waqt il-Kungress XXIV tal-INTOSAI (INCOSAI) f'Rio de Janeiro, wara s-SAI tal-Brażil, il-QEA bdiet taqdi r-rwol ta' President tal-Kumitat għall-Istandards Professjonali (PSC) tal-INTOSAI. F’din il-kapaċità, il-QEA hija wkoll membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-INTOSAI.
L-AWSTRIJA
RECHNUNGSHOF
Mill- 1948 Twaqqfet fl- 1761 Sit web: www.rechnungshof.gv.at |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Indipendenti, oġġettiva u għas-servizz tiegħek.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka (ACA) hija l-istituzzjoni suprema tal-awditjar indipendenti fil-livell federali, provinċjali u muniċipali.
Hija tivverifika li l-fondi statali jkunu qed jiġu amministrati b’mod korrett, inkluż l-infiq minn istituzzjonijiet pubbliċi u l-fondi użati minn istituzzjonijiet privati (abbażi tal-uniformità tal-awditjar).
L-ACA tiskrutinizza jekk ir-riżorsi disponibbli humiex qed jintużaw b’mod ekonomiku, effiċjenti u effettiv. Minbarra awditi u konsultazzjonijiet – il-funzjonijiet strateġiċi l-aktar importanti tagħha – l-ACA twettaq ukoll kompiti oħra li huma rilevanti għall-politika pubblika kif ukoll għadd ta’ funzjonijiet notarili.
L-ACA tiddeċiedi, fuq inizjattiva proprja u b’mod indipendenti, dwar it-tipi, it-temi u l-metodoloġija tal-awditi tagħha.
Hija għandha mandat kostituzzjonali biex twettaq awditi speċjali. Pereżempju:
- fuq riżoluzzjoni mill-Parlament Federali Awstrijak jew minn Parlament provinċjali;
- fuq talba tal-membri tal-Parlament Federali Awstrijak jew ta’ Parlament provinċjali; u
- fuq il-bażi ta’ talba raġonevoli mill-Gvern Federali, mill-Gvern provinċjali jew minn Ministru Federali.
Il-Kostituzzjoni tillimita l-għadd ta’ dan it-tip ta’ talbiet biex tkun żgurata l-indipendenza tal-ippjanar tal-awditjar tal-ACA.
Barra minn hekk, l-ACA twettaq kompiti speċjali li huma importanti, bħal:
- il-kompilazzjoni tar-rapporti finanzjarji Federali;
- ix-xogħol fuq id-dikjarazzjoni ta’ dejn finanzjarju;
- l-eżaminar ta’ abbozzi ta’ liġijiet u regolamenti;
- kompiti taħt l-Att dwar l-Inkompatibbiltà u l-Att dwar il-Limitazzjoni tal-Introjtu;
- kompiti relatati mal-partiti politiċi u l-elezzjonijiet;
- kompiti relatati mar-rapport dwar l-introjtu medju u mal-pensjonijiet tal-irtirar imħallsa minn intrapriżi u aġenziji tal-Gvern Federali; u fl-aħħar nett
- l-istabbiliment ta’ opinjonijiet esperti għall-bordijiet tal-arbitraġġ, skont il-Patt ta’ Stabbiltà tal-2012.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
L-attivitajiet, il-funzjonijiet, l-organizzazzjoni u l-pożizzjoni tal-ACA huma rregolati minn:
- Il-Kapitolu VI tal-Liġi Kostituzzjonali Federali (1920);
- L-Att Federali dwar il-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka (Att tal-1948 dwar il-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka – RHG);
- L-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (jekk l-ACA u entità ġuridika jkollhom opinjoni differenti fir-rigward tas-setgħat u d-drittijiet, l-ACA tista’ titlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex tieħu deċiżjoni);
- Il-Liġi Federali dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Nazzjonali (il-parlamenti provinċjali jirregolaw il-parteċipazzjoni strateġikament importanti tal-ACA fil-laqgħat tal-kumitati u fis-sessjonijiet plenarji);
- It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (japplika direttament għall-awditjar tar-riżorsi komunitarji tal-UE u għall-kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri).
ENTITAJIET AWDITJATI
L-ACA tawditja l-affarijiet finanzjarji (jiġifieri l-attivitajiet finanzjarji) ta’:
- l-Istat, provinċji, assoċjazzjonijiet muniċipali, muniċipalitajiet b’aktar minn 10 000 abitant u entitajiet ġuridiċi oħra definiti mil-liġi;
- fondazzjonijiet, fondi u istituti amministrati minn istituzzjonijiet federali, provinċjali jew muniċipali jew minn individwi li huma stess ikunu jagħmlu parti minn istituzzjoni federali, provinċjali jew muniċipali;
- organizzazzjonijiet li fihom l-Istat, provinċja jew muniċipalità b’mill-inqas 10 000 abitant ikollhom kontroll de facto jew ikollhom mill-inqas 50 % tas-sehem, tal-istokks jew tal-kapital ta’ ekwità, jew li jkunu operati mill-istat, provinċja jew muniċipalità, weħidhom jew flimkien ma’ partijiet kontraenti oħra;
- entitajiet ġuridiċi pubbliċi federali, provinċjali u muniċipali li jużaw fondi federali, provinċjali jew muniċipali;
- korpi tal-assigurazzjoni soċjali u assoċjazzjonijiet statutorji ta’ impjegaturi, impjegati u professjonisti (awli); u
- entitajiet ġuridiċi stabbiliti bil-liġi, pereżempju l-ORF (il-Korporazzjoni Awstrijaka tax-Xandir).
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Mudell distint, immexxi minn President, li jwettaq awditjar fil-livell federali, provinċjali u muniċipali skont il-mudell ta’ Westminster.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-ACA hija l-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar Awstrijaka u tirrapporta direttament lill-parlament nazzjonali. Hija taġixxi:
- bħala aġent għall-parlament nazzjonali fi kwistjonijiet relatati mal-amministrazzjoni Federali ta’ fondi pubbliċi u mal-amministrazzjoni finanzjarja tal-assoċjazzjonijiet professjonali statutorji taħt l-awtorità eżekuttiva tal-Federazzjoni Awstrijaka;
- bħala aġent għall-parlamenti provinċjali kkonċernati fi kwistjonijiet relatati mal-provinċji, l-assoċjazzjonijiet muniċipali u l-amministrazzjoni muniċipali ta’ fondi pubbliċi, kif ukoll l-amministrazzjoni finanzjarja tal-assoċjazzjonijiet professjonali statutorji taħt l-awtorità eżekuttiva tal-provinċji.
L-ACA hija indipendenti mill-Gvern Federali u mill-Gvernijiet Provinċjali u hija suġġetta biss għad-dispożizzjonijiet tal-liġi u, għalhekk, taqa’ taħt il-fergħa leġiżlattiva.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Il-President tal-ACA jikkomunika mal-Parlament nazzjonali u mal-kumitati tiegħu direttament u personalment jew permezz ta’ aġent iddelegat minnu.
Il-President tal-ACA huwa intitolat li jipparteċipa f’dibattiti fil-Parlament nazzjonali u fis-(sub)kumitati tiegħu dwar ir-rapporti tal-ACA, il-kontijiet finali tal-baġit federali, il-mozzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fl-eżaminar imwettaq mill-ACA tal-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi, u s-subdiviżjonijiet relatati mal-ACA fl-Att Federali dwar il-Finanzi.
Il-President tal-ACA huwa dejjem intitolat li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dettaljati tal-Liġi Federali dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament nazzjonali, jinstema’ fid-dibattiti dwar is-suġġetti elenkati hawn fuq, fuq talba tiegħu.
L-ACA tipprovdi rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha lill-Parlament nazzjonali, lill-parlamenti provinċjali u lill-kunsill muniċipali. Hija tista’ tirrapporta l-osservazzjonijiet tagħha dwar kwistjonijiet individwali lill-Parlament nazzjonali, lill-parlamenti provinċjali u lill-kunsilli muniċipali fi kwalunkwe ħin u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposti. L-ACA tinforma lill-Gvern Federali bir-rapporti kollha tagħha fl-istess ħin li tibgħathom lill-Parlament nazzjonali.
Barra minn hekk, kumitat permanenti jinħatar mill-Parlament nazzjonali biex jiddiskuti r-rapporti tal-ACA. Il-ħatra tiegħu tħaddan il-prinċipju ta’ rappreżentanza proporzjonali.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-ACA ma għandhiex korp governattiv. Il-President tagħha għandu l-awtorità esklussiva f’dak li jirrigwarda t-teħid ta’ deċiżjonijiet.
L-ACA ma għandhiex Viċi President permanenti. Jekk il-President ma jkunx jista’ jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu, huwa jiġi rrappreżentat mill-uffiċjal li jkollu l-ogħla pożizzjoni fl-ACA. Dan japplika wkoll jekk l-uffiċċju tal-President ikun battal.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-ACA hija organizzata f’ħames diviżjonijiet u żewġ unitajiet (diviżjoni waħda tat-tmexxija u l-amministrazzjoni u erba’ diviżjonijiet tal-awditjar, kif ukoll l-unità tal-awditjar għall-partiti u l-konformità u l-unità tal-awditjar għall-kontroll, l-ippjanar u l-impatt). Id-diviżjonijiet tal-awditjar jikkonsistu f’żewġ unitajiet tal-awditjar subordinati kull waħda, fejn tlieta sa erba’ dipartimenti tal-awditjar huma miġburin flimkien tematikament. L-unità tal-awditjar għall-partiti u l-konformità jikkonsistu minn żewġ dipartimenti tal-awditjar.
Din l-istruttura organizzazzjonali tippermetti strateġija bejn id-diviżjonijiet, ippjanar tal-awditjar, użu ottimizzat tar-riżorsi minn timijiet tal-awditjar flessibbli u kooperattivi, kif ukoll trawwem u ttejjeb l-iskambju ta’ għarfien bejn id-diviżjonijiet.
F'kull unità u diviżjoni twaqqfu "ċentri ta' eċċellenza". Kull ċentru ta' eċċellenza huwa responsabbli minn qasam tematiku trażversali, u għandu għanijiet ta' bini tal-għarfien, konsolidazzjoni tal-organizzazzjoni tal-għarfien u l-iżgurar tal-fluss ta' informazzjoni fi ħdan l-ACA. Eżempji ta' oqsma trażversali jinkludu l-ġestjoni tal-kwalità, l-analiżi tad-data, il-ġestjoni u l-prevenzjoni ta' kriżijiet, il-ġestjoni ta' proġetti fil-kostruzzjoni u l-liġi tal-akkwist pubbliku, l-obbligi internazzjonali ambjentali u għall-klima, is-sistema finanzjarja u l-finanzi pubbliċi sostenibbli, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, u l-ġestjoni tar-riskju u tal-konformità.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 295 (1 ta’ Jannar 2023) (madwar 84 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 49.8 %; ♀ 50.2 %. Età medja: 49.4
BAĠIT
- EUR 37.4 miljun (2021)
- 0.04 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-ACA tippjana x-xogħol tagħha fuq bażi annwali.
Fl-Awstrija, l-ACA tista’ wkoll tintalab twettaq awditi speċjali. Dan huwa bbażat fuq riżoluzzjoni mill-Kunsill Nazzjonali jew minn Parlament provinċjali, jew minn membri tal-Kunsill Nazzjonali jew Parlament provinċjali, jew inkella fuq talba raġonevoli tal-Gvern Federali jew ta’ Gvern provinċjali jew Ministru Federali. Madankollu, il-Kostituzzjoni tillimita l-għadd ta’ talbiet biex tkun żgurata l-indipendenza tal-ippjanar tal-awditjar tal-ACA.
Mill-2017, l-ACA bdiet inizjattiva biex għall-ewwel darba tinvolvi lill-pubbliku permezz ta’ Facebook. Iċ-ċittadini ġew imħeġġa biex jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ suġġetti tal-awditjar billi jipproponu suġġetti ta’ interess. Il-proposti tagħhom ġew ikkunsidrati, fejn possibbli, fil-proċess tal-ippjanar tal-awditjar u ġew diskussi fil-konferenza annwali dwar l-ippjanar tal-awditjar.
L-ACA twettaq madwar 90 awditu fis-sena, fil-livelli federali, provinċjali u muniċipali.
— METODI TAL-AWDITJAR
Il-kriterji tal-awditjar tal-ACA huma l-prinċipji legali tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, ibbażati fuq ir-regolarità u l-legalità.
L-ACA twettaq awditi li jikkombinaw:
- l-awditi tal-prestazzjoni; u
- l-awditi finanzjarji.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-ACA tippreżenta r-rapporti tagħha fil-livelli federali, provinċjali u muniċipali.
Minbarra dan, l-ACA tippubblika rapporti:
- li jirrigwardaw l-investigazzjoni u l-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet;
- li jenfasizzaw u jikkwantifikaw it-titjib potenzjali;
- li jistabbilixxu u jikkwantifikaw kwistjonijiet finanzjarji; u
- li joħorġu rakkomandazzjonijiet konkreti u li jistgħu jiġu implimentati.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Id-dokumenti tal-ACA jiġu ppubblikati:
- fuq is-sit web tagħha;
- fuq il-midja soċjali;
- fi stqarrijiet għall-istampa.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Fil-livell nazzjonali, l-ACA tikkoopera mal-istituzzjonijiet provinċjali tal-awditjar biex tikkoordina l-pjanijiet annwali tal-awditjarrispettivi tagħhom.
L-ACA ilha mill-1963 tmexxi s-Segretarjat Ġenerali tal-INTOSAI.
IL-BELĠJU
REKENHOF /
COUR DES COMPTES /
RECHNUNGSHOF
Mill- 1831 Sit web: www.ccrek.be |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Fid-dikjarazzjoni tal-għanijiet tagħha, il-Qorti tal-Awditjar Belġjana tippreżenta l-viżjoni tagħha, il-valuri li fuqhom huma msejsa l-attivitajiet tagħha u l-istrateġiji li tiżviluppa biex jgħinuha ttejjeb il-ġestjoni pubblika permezz tal-awditi li twettaq.
Il-Qorti tal-Awditjar Belġjana timmira li ttejjeb il-funzjonament tal-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan il-għan hija tipprovdi informazzjoni utli u affidabbli stabbilita permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni mal-parti awditjata, u li tikkonsisti f’sejbiet, ġudizzji u rakkomandazzjonijiet, lill-assemblej parlamentari, lill-membri tal-Gvern u lill-partijiet awditjati.
Il-Qorti tal-Awditjar Belġjana topera b’mod indipendenti, filwaqt li tieħu kont tal-istandards internazzjonali tal-awditjar u tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ għarfien, integrità u motivazzjoni. Il-Qorti tal-Awditjar Belġjana tieħu kont ta’ żviluppi soċjali u l-għan tagħha huwa li jkollha rwol ta’ pijuniera fl-awditjar tal-Gvern.
It-test sħiħ tad-dikjarazzjoni tal-għanijiet huwa disponibbli bil-lingwi NL u FR fuq:
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awditjar Belġjana (BCA) tawditja d-dħul u l-infiq, u l-implimentazzjoni tal-politika min-naħa tas-setgħa eżekuttiva. Il-BCA għandha wkoll funzjoni legali fir-rigward tal-uffiċjali tal-kontabbiltà fis-settur pubbliku u għandha kompiti speċifiċi oħra.
Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, il-BCA għandha d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha li tqis li huma meħtieġa. Hija tista’ twettaq kontrolli fuq il-post.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni Belġjana tal-1831: L-Artikolu 180;
- L-Att Speċjali tas-16 ta’ Jannar 1989 li jorganizza l-finanzjament tal-komunitajiet u tar-reġjuni: L-Artikoli 50 u 71;
- L-Att tad-29 ta’ Ottubru 1846 li jorganizza l-Qorti tal-Awditjar;
- L-Att tas-16 ta’ Mejju 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-baġits, għall-kontrolli tas-sussidji u l-kontijiet tal-komunitajiet u r-reġjuni u l-organizzazzjoni tal-awditjar tal-Qorti tal-Awditjar: L-Artikoli 2 u 10;
- Ir-Regoli ta’ proċedura tal-Qorti tal-Awditjar;
- It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE: L-Artikolu 287(3).
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-BCA jawditja:
- l-istat federali;
- il-komunitajiet;
- ir-reġjuni;
- il-provinċji; u
- l-istituzzjonijiet tas-servizz pubbliku għal-livelli ta’ amministrazzjoni msemmija hawn fuq.
L-awditjar tal-muniċipalitajiet ma jaqax fi ħdan l-ambitu tas-setgħat tagħha.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Istituzzjoni suprema tal-awditjar kolleġġjali b’funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Il-BCA hija indipendenti mill-korpi li tawditja. Hija tgawdi wkoll mill-awtonomija fil-konfront tal-assemblej parlamentari: tistabbilixxi l-prijoritajiet proprji tagħha għat-twettiq tal-missjoni tagħha u tagħżel is-suġġetti tal-awditi tagħha bl-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla oġġettivi.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Il-BCA tawditja l-awtoritajiet pubbliċi u tevalwa l-implimentazzjoni u l-impatt tal-politiki pubbliċi bil-ħsieb li tinforma lill-assemblej parlamentari.
Fir-rigward tal-baġit, il-kompitu speċifiku tal-BCA huwa li tipprovdi informazzjoni lill-assemblej parlamentari.
Hija tevalwa wkoll il-kontijiet tal-awtoritajiet pubbliċi.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-assemblea ġenerali, li tikkonsisti fi 12-il membru, hija magħmula minn awla li fiha tintuża l-lingwa Franċiża u minn oħra li fiha tintuża l-lingwa Netherlandiża. Kull awla tikkonsisti fi president, erba’ kunsilliera u segretarju ġenerali. Dak bl-ogħla kariga minn fost iż-żewġ presidenti jinħatar bħala “Premier Président” jew “Eerste Voorzitter”, filwaqt li dak bl-ogħla kariga minn fost iż-żewġ segretarji ġenerali jinħatar bħala “Greffier en chef” jew “Hoofdgriffier”.
MANDAT
Il-membri tal-BCA jinħatru għal terminu ta’ sitt snin, li jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri tal-BCA jiġu eletti mill-Kamra tar-Rappreżentanti.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-servizzi tal-BCA huma magħmula minn għaxar direttorati, kull wieħed immexxi minn awditur-direttur ta’ livell għoli, u miġbura flimkien fi tliet setturi.
Ir-ripartizzjoni f’setturi tikkonforma mas-setgħat tal-assemblea ġenerali u tal-awli li fihom jintużaw il-lingwa Franċiża u dik Netherlandiża.
L-assemblea ġenerali tal-BCA hija responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Istat Federali, mar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, mal-Kummissjoni tal-Komunità Komuni ta’ Brussell u mal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż, kif ukoll għall-interpretazzjoni tar-regoli federali u dawk tal-UE.
L-awla li fiha tintuża l-lingwa Franċiża hija esklussivament responsabbli għal kwistjonijiet li jinvolvu l-Komunità Franċiża, il-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża ta’ Brussell, ir-Reġjun ta’ Walloon, il-provinċji f’dan ir-Reġjun u l-istituzzjonijiet tas-servizz pubbliku relatati magħhom.
L-awla li fiha tintuża l-lingwa Netherlandiża hija esklussivament responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Komunità Fjamminga u r-Reġjun Fjamming, l-istituzzjonijiet pubbliċi li jiddependu minnhom, u l-provinċji Fjammingi.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 452.45 FTE (202) (madwar 71 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 59 %; ♀ 41 %. Età medja: 48.7 sena
BAĠIT
- Il-BCA tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-istat federali
- EUR 60.4 miljun (2023), użat fl-intier tiegħu għan-nefqa amministrattiva
- < 0.05 % tal-baġit tal-istat federali totali (2023)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Il-BCA tippjana xogħolha fit-tlieta tipi ta’ dokumenti li ġejjin:
- pjan strateġiku pluriennali;
- pjanijiet operazzjonali annwali (skont id-direttorat);
- pjanijiet ta’ ġestjoni annwali (skont is-servizz).
Hija tħejji dawn il-pjanijiet abbażi ta’:
- il-konformità mal-obbligi legali tagħha;
- l-analiżi tar-riskju;
- it-tħassib parlamentari;
- l-interess soċjali u finanzjarju;
- il-valur miżjud tal-awditu;
- id-disponibbiltà ta’ riżorsi; u
- il-kopertura tal-qasam tal-awditjar.
— METODI TAL-AWDITJAR
Il-BCA twettaq awditi tal-prestazzjoni, awditi finanzjarji, awditi tal-legalità kif ukoll awditi tar-regolarità.
Hija standardizzat il-prattiki tagħha tal-awditjar permezz ta’ manwali u fajls ta’ ħidma elettroniċi.
Il-BCA twettaq l-awditi tagħha f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISSAIs).
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-BCA tippubblika:
- rapporti annwali tal-awditjar;
- rapporti speċjali dwar suġġetti speċifiċi;
- opinjonijiet dwar abbozzi ta’ baġits; u
- rapporti annwali tal-attività.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Il-BCA tinforma lill-assemblej parlamentari, lill-ministri u lill-awtoritajiet pubbliċi dwar ir-riżultati tal-awditi tagħha. Ir-rapporti kollha tal-BCA huma disponibbli fuq is-sit web tagħha.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Il-BCA tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija, il-metodi ta’ ħidma u r-riżultati tal-awditi tagħha permezz tas-sit web u tal-pubblikazzjonijiet tagħha u matul ġranet ta’ studju.
Iżżomm kuntatti regolari ma' atturi oħra involuti fl-awditjar tas-settur pubbliku fil-Belġju, b’mod partikolari biex tiskambja esperjenzi utli u biex tippjana l-attivitajiet tal-awditjar tagħha.
Tmexxi programmi ta’ skambju u avvenimenti ta’ taħriġ fl-awditjar konġunti mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar f’pajjiżi oħra. Tikkontribwixxi għall-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Il-BCA hija involuta b’mod attiv fi żviluppi fil-qasam tal-awditjar u l-qasam ta’ attività tagħha.
IL-BULGARIJA
СМЕТНА ПАЛАТА НА РЕПУБЛИКА БЪЛГАРИЯ
Mill- 1995 Twaqqaf fl- 1880 Sit web: www.bulnao.government.bg |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jikkontrolla l-implimentazzjoni tal-baġit u l-ġestjoni ta’ fondi u attivitajiet pubbliċi oħra billi jwettaq xogħol tal-awditjar effettiv, effiċjenti u ekonomiku immirat biex itejjeb il-ġestjoni u l-obbligu ta’ rendikont tar-riżorsi pubbliċi.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) tal-Bulgarija jeżerċita kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq riżorsi u attivitajiet pubbliċi oħra f’konformità mal-Att dwar in-NAO u standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Il-kompitu prinċipali tan-NAO huwa li jivverifika l-affidabbiltà u l-awtentiċità tar-rapporti finanzjarji tal-organizzazzjonijiet baġitarji, u l-ġestjoni leġittima, effettiva, effiċjenti u ekonomika tar-riżorsi u tal-attivitajiet pubbliċi, kif ukoll li jipprovdi lill-Assemblea Nazzjonali b’informazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar ix-xogħol tiegħu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Artikolu 91 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija (1991)
- L-Att dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tat-13 ta’ Frar 2015
ENTITAJIET AWDITJATI
In-NAO jawditja:
- il-baġit tal-Istat, il-baġits tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat u l-Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, il-baġits ta’ 265 muniċipalità; baġits oħra adottati mill-Assemblea Nazzjonali, il-baġits tal-unitajiet ta’ nfiq tagħhom u l-ġestjoni tal-proprjetà tagħhom;
- il-baġits tal-Akkademja Bulgara tax-Xjenza, tal-istituzzjonijiet statali tal-edukazzjoni għolja, tal-Aġenzija Bulgara tat-Telegrafija, kif ukoll tat-Televiżjoni u tar-Radju Nazzjonali tal-Bulgarija;
- il-fondi pubbliċi mħallsa lil persuni li jwettqu attività ekonomika; il-kontijiet ta’ fondi tal-UE u programmi u ftehimiet internazzjonali oħra, inkluża l-ġestjoni tagħhom mill-korpi rilevanti u l-utenti finali tal-fondi;
- in-nefqa tal-baġit tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-ġestjoni tiegħu; il-formazzjoni tal-eċċess annwali tad-dħul fuql-ispejjeż tal-bank iddebitatilill-baġit tal-Istat, u konnessjonijiet oħra li għandu mal-baġit tal-Istat;
- is-sorsi u l-ġestjoni tad-dejn statali, tad-dejn garantit mill-Istat, tad-dejn muniċipali u l-użu ta’ strumenti ta’ dejn;
- il-privatizzazzjoni u l-konċessjoni ta’ proprjetà statali u muniċipali, kif ukoll fondi pubbliċi u l-assi pubbliċi pprovduti lil persuni li mhumiex mis-settur pubbliku;
- l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, kuntratti u konvenzjonijiet internazzjonali jew atti internazzjonali oħra, fejn din kienet prevista mill-att internazzjonali rilevanti jew kienet assenjata minn korp awtorizzat;
- intrapriżi statali li mhumiex kumpaniji kummerċjali;
- kumpaniji kummerċjali b’mill-inqas 50 % mill-kapital tagħhom ikun proprjetà tal-Istat u/jew ta'muniċipalità;
- persuni ġuridiċi b’obbligi garantiti mill-Istat jew minn proprjetà statali u/jew muniċipali;
- fondi, assi u attivitajiet pubbliċi oħra, meta hekk assenjati permezz ta’ att legali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn President.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-attivitajiet tan-NAO huma indipendenti minn kull korp governattiv.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
In-NAO jibgħat rapporti lill-Parlament dwar l-attività tiegħu għas-sena preċedenti.
Ir-rapport finanzjarju annwali tan-NAO jiġi awditjat minn kummissjoni indipendenti ta’ awdituri rreġistrati maħtura mill-Parlament.
L-Assemblea Nazzjonali tista’ tassenja lill-NAO massimu ta’ 5 awditi fis-sena.
In-NAO jippreżenta rapporti lill-Parlament dwar l-eżekuzzjoni tal-awditi assenjati minn dan tal-aħħar, kif ukoll ir-rapporti tal-awditjar u l-opinjonijiet li huwa legalment meħtieġ li jibgħat.
In-NAO jippreżenta għall-eżaminar minnkumitati parlamentari, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Assemblea Nazzjonali, rapporti tal-awditjar li jkollhom importanza sinifikanti għat-titjib tad-dixxiplina baġitarja u għall-ġestjoni tal-baġit u ta’ fondi u attivitajiet pubbliċi oħra.
Fi ħdan il-Kumitat għall-Baġit u l-Finanzi tal-Assemblea Nazzjonali nħoloq sottokumitat permanenti għall-obbligu ta’ rendikont fis-settur pubbliku, bl-għan li jiżgura l-kooperazzjoni u relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn in-NAO u l-Parlament.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
It-tim maniġerjali tan-NAO huwa magħmul minn President, żewġ Viċi Presidenti u żewġ Membri li huma rappreżentanti tal-Istitut tal-Kontabilisti Pubbliċi Ċċertifikati u tal-Istitut tal-Awdituri Interni.
It-tim maniġerjali huwa msawwar fuq il-prinċipju ta’ “gvern miftuħ”.
MANDAT
Viċi Presidenti: 7 snin, jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Viċi Presidenti u l-Membri jiġu eletti mill-Parlament fuq proposta mill-President tan-NAO.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
In-NAO huwa organizzat f’sitt direttorati (tnejn għall-awditi finanzjarji tnejn għall-awditi tal-konformità tal-ġestjoni finanzjarja,wieħed għall-awditi tal-prestazzjoni u wieħed għal awditi speċjali ).
Iż-żewġ Viċi Presidenti tiegħu huma kull wieħed responsabbli għal tliet direttorati. Minbarra dan, hemm seba’ direttorati għal diversi responsabbiltajiet amministrattivi, li kollha jaqgħu direttament taħt il-President tan-NAO.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 398 FTEs (2023) (76 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂23 %; ♀ 77 %. Età medja: 49
BAĠIT
- In-NAO jiġi ffinanzjat mill-baġit nazzjonali
- EUR 12.044-il miljun (baġit tal-2022 riportat għall-2023)
- 0.112 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
In-NAO jiddeċiedi dwar il-programm ta’ ħidma tiegħu b’mod indipendenti. Huwa jadotta programm annwali għall-attività tal-awditjar tiegħu abbażi tal-oqsma u l-kriterji ta’ prijorità.
Huwa għandu proċedura ta’ programmazzjoni annwali bbażata fuq pjan ta’ awditjar strateġiku għal perjodu ta’ tliet snin, li tiddefinixxi l-oqsma tal-awditjar li minnhom kull sena jintgħażlu kompiti tal-awditjar speċjali biex jiġu inklużi fil-programm annwali tal-awditjar. L-għażla tal-kompiti tal-awditjar hija bbażata fuq il-kriterji adottati min-NAO.
Il-Parlament jista’ jassenja wkoll lin-NAO massimu ta’ ħames awditi addizzjonali fis-sena.
In-NAO jippubblika l-programm ta’ ħidma tiegħu fuq is-sit web tiegħu.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAO jwettaq:
- awditi finanzjarji;
- awditi tal-konformità;
- l-awditi tal-prestazzjoni; u
- awditi speċjali.
In-NAO jwettaq l-awditi tiegħu f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISSAIs) u ma’ prattiki tajba.
Huwa żviluppa l-manwal tal-awditjar tiegħu biex jimplimenta l-istandards tal-awditjar li huma aċċettati internazzjonalment u l-attività tal-awditjar tiegħu.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika:
- ir-rapporti tal-awditjar kollha skont l-Att tan-NAO, għajr dawk li jkun fihom informazzjoni klassifikata u partijiet ta'rapporti li jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju tal-Prosekutur;
- rapport annwali dwar l-attività tiegħu;
- rapport tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja annwali tiegħu;
- informazzjoni dwar il-preżentazzjoni ta'abbozzi ta’ rapporti tal-awditjar – proċedura li tippermetti li l-ex maniġers tal-organizzazzjonijiet awditjati jiġu nnotifikati meta jkun twettaq awditu li jirrigwarda l-perjodu ta’ tmexxija tagħhom;
- rapporti dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, inkluża informazzjoni fuq rakkomandazzjonijiet li ma jkunux ġew implimentati;
- rapporti finanzjarji annwali minnpartiti politiċi u l-listi tad-donaturi tagħhom;
- rapporti dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat fuq partiti politiċi skont l-Att tal-Partiti Politiċi;
- informazzjoni miżmuma fir-reġistru pubbliku unifikat tal-partiti, tal-koalizzjoni tal-partiti u tal-kumitati tal-inizjattiva, irreġistrati biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet. Din l-informazzjoni tkopri wkoll il-finanzjament ta'kampanji elettorali, inklużi donaturi, aġenziji pubbliċitarji, eċċ.;
- rapporti tal-awditjar dwar il-finanzjament ta'kampanji elettorali skont il-Kodiċi tal-Elezzjonijiet;
- sinteżi tar-rapporti tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji annwali;
- rapporti b’opinjonijiet dwar id-dikjarazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit statali, il-baġit tal-iskema pubblika tas-sigurtà soċjali, il-baġit tal-Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa u n-nefqa baġitarja tal-Bank Nazzjonali Bulgaru għas-sena preċedenti;
- ISSAIs tradotti għall-Bulgaru.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Il-pubblikazzjonijiet kollha tan-NAO, inklużi r-rapporti tal-awditjar kollha, huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu, li huwa l-pjattaforma prinċipali għall-pubbliċità u t-trasparenza, kif ukoll għall-informazzjoni pubblika dwar l-attivitajiet ġenerali tiegħu.
In-NAO jippubblika stqarrijiet għall-istampa relatati mar-rapporti tal-awditjar, kif ukoll vidjos qosra dwarhom, u jorganizza konferenzi stampa u laqgħat informali mal-media. Huwa jipparteċipa fi programmi televiżivi u intervisti, u jibda u jipparteċipa f’round tables u konferenzi.
In-NAO huwa attiv fuq il-midja soċjali.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAO jikkoopera ma'awtoritajiet governattivi l-oħra, biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll u tittieħed azzjoni kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni, u jikkoopera ma’ organizzazzjonijiet professjonali u mhux governattivi biex jiġu skambjati prattiki tajba u jitrawwem l-iżvilupp professjonali.
IĊ-ĊEKJA
NEJVYŠŠÍ KONTROLNÍ ÚŘAD
Mill- 1993 Twaqqaf fl- 1919 (fl-eks Ċekoslovakkja) Sit web: www.nku.gov.sk |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Il-missjoni tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar hija li jipprovdi informazzjoni oġġettiva lill-parlament u lill-Gvern dwar il-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat u għaldaqstant huwa jimmira li jipprovdi valur miżjud lill-pubbliku ġenerali.
L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar jeżamina jekk l-attivitajiet awditjati humiex konformi mal-leġiżlazzjoni, jirrieżamina l-preċiżjoni fattwali u formali ta’ dawn l-attivitajiet u jivvaluta jekk dawn humiex effettivi, ekonomiċi u effiċjenti.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (SAO) jawditja l-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat, il-fondi miġbura skont il-liġi għall-benefiċċju tal-persuni ġuridiċi (eż. l-assigurazzjoni tas-saħħa) u r-riżorsi finanzjarji li jiġu riċevuti minn barra l-pajjiż (inklużi fondi tal-UE). Huwa jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet finali tal-Istat u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat. Is-SAO mhuwiex awtorizzat li jawditja l-finanzi tal-muniċipalitajiet, tal-bliet u tar-reġjuni jew li jawditja kumpaniji kummerċjali li jkunu proprjetà tal-Istat jew ta’ amministrazzjoni awtonoma.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka (1993);
- L-Att Nru 166/1993 Coll., dwar l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (rigward l-attività u s-setgħat tas-SAO).
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-SAO jawditja:
- unitajiet organizzazzjonali tal-Istat; organizzazzjonijiet iffinanzjati mill-Istat; fondi tal-Istat
- persuni fiżiċi u ġuridiċi (il-ġestjoni tagħhom tal-fondi statali biss); u
- il-ġestjoni finanzjarja tal-Bank Nazzjonali Ċek f’dak li jirrigwarda l-qasam tal-infiq fuq l-akkwist ta’ proprjetà u l-operazzjonijiet tal-bank.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Istituzzjoni kolleġġjali mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-SAO huwa korp tal-awditjar indipendenti tar-Repubblika Ċeka. L-eżistenza tiegħu ġejja mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka, li tiggarantixxi l-indipendenza tiegħu minn setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji.
L-Att dwar il-baġit tal-Istat tar-Repubblika Ċeka jipprevedi kapitolu separat fil-baġit tal-Istat, li jiżgura li s-SAO jkollu awtonomija finanzjarja xierqa.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Il-President tar-Repubblika jinnomina lill-President u lill-Viċi President tas-SAO fuq il-proposta tal-Kamra tad-Deputati Ċeka (il-Kamra Inferjuri tal-Parlament).
Is-SAO jippreżenta l-abbozz tal-baġit tiegħu lill-Kamra tad-Deputati tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka, u l-parlament japprova l-baġit u l-istruttura bażika tiegħu. Il-Gvern ma jistax jieħu deċiżjonijiet dwar il-baġit tas-SAO, iżda jinkludi biss il-baġit fit-taqsima tal-baġit tas-SAO fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Istat.
Il-President tas-SAO jibgħat il-konklużjonijiet tal-awditjar kollha approvati lill-Gvern, lill-Kamra tad-Deputati tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka u lis-Senat tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka (il-Kamra Superjuri tal-Parlament).
Il-President tas-SAO huwa intitolat li jattendi u li jitkellem matul is-sessjonijiet tal-parlament jew tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol tas-SAO.
Il-Gvern jiddiskuti r-rapporti tal-awditjar kollha tas-SAO fil-preżenza tal-President tas-SAO u, għal kull awditu, huwa jadotta riżoluzzjoni tal-Gvern (li prinċipalment tkun tinkludi miżuri ta’ rimedju).
Is-sieħeb prinċipali fil-livell parlamentari huwa l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Kamra Inferjuri.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Il-Bord tas-SAO (li huwa magħmul mill-President, il-Viċi President u 15-il Membru).
MANDAT
Il-mandat ta’ Membru jintemm meta dan jilħaq l-età ta’ 65 sena. Kull Membru tas-SAO jassumi l-kariga tiegħu malli jieħu ġurament uffiċjali quddiem il-President tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka teleġġi l-15-il Membru fuq il-proposta tal-President tas-SAO.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-SAO huwa istituzzjoni kolleġġjali li tikkonsisti f’diversi korpi, sezzjonijiet, dipartimenti u unitajiet. Il-President tas-SAO jmexxi l-Uffiċċju u l-Viċi President jaġixxi bħala d-deputat tiegħu.
Il-korpi tas-SAO huma l-Bord, is-Senati u l-Awla Dixxiplinari. Dawn huma rregolati mill-Att dwar l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar u r-regoli ta’ proċedura proprji tagħhom, li jiġu diskussi u approvati mill-Bord.
Is-SAO jikkonsisti fis-Sezzjoni tal-Awditjar, fis-Sezzjoni Amministrattiva u l-Uffiċċju tal-President tas-SAO. Dawn huma maqsumin f’dipartimenti speċjalizzati li min-naħa tagħhom huma maqsumin f’unitajiet.
Il-maniġment tas-SAO jirrapporta direttament lill-President. Dawn huma d-Direttur ta’ Livell Għoli tas-Sezzjoni tal-Awditjar, id-Direttur ta’ Livell Għoli tas-Sezzjoni Amministrattiva, id-Direttur tal-Uffiċċju tal-President, is-Segretarju tal-Bord, id-Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Awditjar Intern.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 459 FTE (2022) (madwar 66 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 37 %; ♀ 63 % (♂ 49 %; ♀ 51 % għal funzjonijiet maniġerjali). Età medja: 49
BAĠIT
- In-nefqa tas-SAO hija koperta mill-baġit tal-Istat tar-Repubblika Ċeka.
- EUR 42.90 miljun (2022)
- 0.052 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Is-SAO jippjana x-xogħol tiegħu fi pjan annwali tal-awditjar, li jkun bbażat fuq suġġerimenti mill-President, mill-Viċi President, mill-Membri tal-Bord, minn analiżi interna jew minn partijiet ikkonċernati esterni.
Il-Gvern, il-Kamra tad-Deputati jew is-Senat tal-Parlament tar-Repubblika Ċeka u l-korpi tagħhom jistgħu jissuġġerixxu awditi lill-Bord tas-SAO, li huwa jista’ jaċċetta jew jirrifjuta li jwettaq fid-diskrezzjoni proprja tiegħu.
Dawn is-suġġerimenti tal-awditjar jippreżentaw fil-qosor is-suġġett u l-objettivi tal-awditu, u jindikaw l-entitajiet awditjati, l-għażla taż-żmien tal-awditu u r-raġuni għalih, l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni legali u ekonomika tal-entitajiet awditjati proposti, l-informazzjoni dwar awditi preċedenti li jkunu identiċi jew simili, il-karatteristiċi bażiċi tal-qasam awditjat, l-ipoteżijiet tal-awditjar, u affarijiet oħra.
— METODI TAL-AWDITJAR
Taħt is-setgħat definiti tiegħu, is-SAO jwettaq awditi skont l-istandards tal-awditjar tiegħu, li huma bbażati fuq l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar. Is-SAO jwettaq awditi skont ir-regolamenti legali, li jinkludu awditi tal-legalità, awditi finanzjarji u awditi tal-prestazzjoni. Awditu huwa magħmul minn fażi ta’ tħejjija, fażi ta’ eżekuzzjoni u fażi ta’ abbozzar ta' konklużjoni tal-awditjar. Awditu jieħu bejn wieħed u ieħor 10 xhur biex jiġi kkompletat, u fih jieħdu sehem diversi sa diversi tużżani awdituri, skont l-għadd ta’ partijiet awditjati.
Is-SAO jeżamina jekk l-attivitajiet awditjati humiex konformi mal-leġiżlazzjoni, jirrieżamina l-preċiżjoni sostantiva u formali ta’ dawn l-attivitajiet u jivvaluta jekk dawn humiex effettivi, ekonomiċi u effiċjenti.
L-awditi finanzjarji tas-SAO jivverifikaw jekk ir-rapporti finanzjarji tal-entitajiet awditjati jkunux jagħtu stampa vera u ġusta tas-suġġett tal-kontabbiltà, f’konformità mar-regolamenti legali.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-output prinċipali tas-SAO jieħu l-forma ta’ konklużjonijiet tal-awditjar li jiġu ppubblikati fuq is-sit web u fil-Bullettin tiegħu, hekk kif il-Bord tas-SAO japprova l-konklużjoni tal-awditjar. Il-President tas-SAO jibgħat il-konklużjonijiet kollha tal-awditjar approvati lill-Kamra tad-Deputati, lis-Senat u lill-Gvern.
Is-SAO huwa legalment obbligat li jippubblika:
- il-Bullettin tas-SAO, pubblikazzjoni uffiċjali li jkun fiha sommarju tar-rapporti tal-awditjar għal perjodu partikolari. Edizzjoni partikolari tinkludi wkoll il-Pjan Annwali tal-Awditjar u edizzjonijiet oħra jistgħu jirriflettu bidliet fil-Pjan Annwali tal-Awditjar;
- ir-Rapport Annwali li fih b’mod partikolari valutazzjoni tal-awditi u tar-riżultati tal-awditjar mis-sena preċedenti. Barra minn hekk, ir-Rapport Annwali jinkludi deskrizzjoni ta’ attivitajiet oħra, bħal informazzjoni dwar il-kooperazzjoni tas-SAIs mal-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali, mal-awtoritajiet tat-taxxa u mal-pubbliku, informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali u dwar il-persunal u l-ġestjoni finanzjarja tas-SAO;
- id-Dikjarazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Baġit tal-Istat, li fiha s-SAO jagħti l-opinjoni tiegħu fir-rigward tar-rapport tal-Gvern dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-amministrazzjoni tal-baġit tal-Istat fl-ewwel sitt xhur tas-sena rilevanti;
- id-Dikjarazzjoni dwar il-Kont Finali tal-Istat. F’dan id-dokument, is-SAO jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-kont finali tal-Istat tar-Repubblika Ċeka għas-sena rilevanti, abbażi tal-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż u tar-riżultati tal-ġestjoni finanzjarja tal-Istat; u
- il-Kont Finali, li jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-SAO għas-sena li għaddiet. Awditur estern jivverifika l-Kont Finali kull sena, imbagħad il-President tas-SAO jippreżentah lill-Parlament Ċek.
Minbarra dan, is-SAO joħroġ ukoll pubblikazzjonijiet oħra, bħar-Rapport tal-UE (li fih is-SAO jippreżenta t-tqabbil u l-valutazzjoni tiegħu tal-adozzjoni u l-użu tal-fondi tal-UE mir-Repubblika Ċeka), rapporti tal-awditjar sommarji li jkopru ċerti oqsma, manwali, dokumenti topiċi, u rapporti dwar l-awditi li s-SAO jkun wettaq b’mod parallel ma’ SAIs oħrajn.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-SAO jistinka biex l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-awditjar tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku. Għalhekk, huwa jippubblika l-konklużjonijiet tal-awditjar, l-istqarrijiet għall-istampa, u dokumenti rilevanti oħra fuq is-sit web tiegħu u fuq il-midja soċjali. Hemmhekk, huwa jikkomunika wkoll ir-riżultati tal-awditjar tiegħu, analiżijiet u aħbarijiet, vidjos rigward l-awditi tiegħu, u informazzjoni oħra dwar l-attivitajiet tiegħu.
L-SAO jivvalorizza t-trasparenza u, għalhekk, jippubblika l-kuntratti fuq is-sit web tiegħu, flimkien ma’ dettalji dwar il-baġit tiegħu, data vverifikata u data oħra.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Il-kondiviżjoni tal-għarfien hija waħda mill-għanijiet prinċipali tas-SAO fl-ambjent internazzjonali. Għalhekk, huwa jappoġġa l-kondiviżjoni tal-għarfien f’attivitajiet internazzjonali u wkoll permezz ta’ awditi kooperattivi.
Kull sena, is-SAO jorganizza bosta konferenzi, seminars u attivitajiet oħra orjentati professjonalment. Dawn l-attivitajiet, li huma mfassla kemm għall-persunal tas-SAO kif ukoll għall-pubbliku professjonali u r-rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Istat, jikkontribwixxu għat-titjib tal-amministrazzjoni pubblika.
Mill-2017 'il hawn, is-SAO organizza b'mod regolari hackathon tal-uffiċċju tal-amministrazzjoni pubblika; li matulu jipprovdu d-data tagħhom madwar 20 awtorità pubblika F’Marzu 2020, is-SAO ospita l-ewwel hackathon annwali internazzjonali għall-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar, li fih ħadu sehem 23 pajjiż, prinċipalment Ewropej. Diversi tużżani żviluppaturi, programmaturi, u analisti tad-data jipparteċipaw fil-hackathons li fihom jinħolqu prototipi interessanti ta' applikazzjonijiet u viżwalizzazzjonijiet.
Dawn huma intenzjonati biex joħolqu pjattaforma għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-prattiki tajba mhux biss fost il-pubbliku, iżda wkoll fost l-akkademiċi, l-esperti f’oqsma partikolari, l-istudenti u gruppi kkonċernati oħra.
Fil-livell internazzjonali, is-SAO jibgħat regolarment lill-awdituri tiegħu biex jipparteċipaw fil-korpi tal-awditjar ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-SAO kellu rappreżentanti f’korpi bħall-EUROCONTROL, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Aġenzija Spazjali Ewropea.
Fl-2021-2024, is-SAO qiegħed jippresjedi l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI).
ĊIPRU
EΛΕΓΚΤΙΚΗ ΥΠΗΡΕΣΙΑ ΤΗΣ ΚΥΠΡΙΑΚΗΣ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑΣ
Mill- 1960 Twaqqaf fl- 1879 Sit web: www.audit.gov.cy |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jwettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni indipendenti fis-settur pubbliku inġenerali, għall-finijiet ta’ promozzjoni tar-rappurtar pubbliku u l-ġestjoni ottimali tar-riżorsi pubbliċi.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Skont il-Kostituzzjoni, l-Uffiċċju tal-Awditjar tar-Repubblika ta’ Ċipru (AORC) jawditja d-dħul u l-infiq kollu tas-settur pubbliku u l-assi monetarji kollha u assi amministrati oħra li jkunu proprjetà tas-settur pubbliku. Huwa jista’ jawditja wkoll l-obbligazzjonijiet kollha mġarrba minn jew f’isem ir-Repubblika.
L-AORC ma jiffaċċja ebda limitazzjoni fl-ambitu tal-awditi tiegħu u għandu d-dritt ta’ aċċess għall-kotba, ir-rekords u l-postijiet kollha fejn jinżammu l-assi li huwa jqis meħtieġa biex iwettaq ix-xogħol tiegħu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru (1960): il-Parti 6, il-Kapitolu 2, l-Artikoli 115-117;
- il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali u l-Qafas Finanzjarju (il-Liġi Nru 20(I)/2014);
- il-Liġi dwar l-Għoti ta’ Evidenza u ta’ Informazzjoni lill-Awditur Ġenerali (il-Liġi Nru 113(l)/2002);
- leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.
ENTITAJIET AWDITJATI
L-AORC jawditja l-attivitajiet ta’:
-
korpi pubbliċi:
- ministeri;
- dipartimenti, servizzi jew aġenziji tal-Gvern;
- korpi statutorji;
-
awtoritajiet tal-Gvern lokali:
- komunitajiet;
- muniċipalitajiet; u
- organizzazzjonijiet, intrapriżi jew fondi oħra fis-settur pubbliku inġenerali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-AORC huwa korp Statali indipendenti.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-AORC huwa strutturalment indipendenti mill-parlament, iżda ż-żewġ korpi jikkooperaw mill-qrib. Il-Kumitat Parlamentari dwar il-Pjanijiet ta’ Żvilupp u l-Kontroll tan-Nefqa Pubblika jeżamina regolarment ir-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tal-AORC biex jimmonitorja r-rispons tal-aġenziji awditjati għall-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-AORC.
Barra minn hekk, kważi l-kumitati Parlamentari kollha jitolbu regolarment l-assistenza tal-AORC fi kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltajiet tiegħu. Xi kultant, l-AORC għandu rwol kontributorju fil-proċess leġiżlattiv. Il-parlament jista’ jitlob lill-AORC biex iwettaq investigazzjonijiet jew awditi speċjali.
L-AORC iwettaq awditi, joħroġ rapporti speċjali u jippreżenta rapport annwali lill-President tar-Repubblika ta’ Ċipru.
Il-baġit tal-AORC huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-kunsill tal-ministri u tal-parlament. Dan jikkostitwixxi restrizzjoni fuq l-indipendenza tiegħu.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Skont il-Kostituzzjoni, l-AORC huwa rregolat b’mod esklussiv mill-Awditur Ġenerali. Ma hemm l-ebda korp governattiv ieħor. Madankollu, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tar-rapporti speċjali u r-rapport annwali tal-AOC , id-direttivi tal-awditi jipprovdu għat-twaqqif ta’ tim ta’ ġestjoni li huwa magħmul mill-Awditur Ġenerali, Deputat Awditur Ġenerali, Diretturi tal-Awditjar, u Direttur tal-Awditjar Tekniku.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-AORC huwa maqsum f’17-il Taqsima li jittrattaw l-awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni.
Hemm tliet Diviżjonijiet, fejn kull waħda minnhom għandha tliet Taqsimiet, u żewġ Fergħat, fejn kull waħda minnhom għandha żewġ jew tliet Taqsimiet Żewġ diviżjonijiet oħra jirrapportaw direttament lid-Deputat Awditur Ġenerali. Kull Diviżjoni hija mmexxija minn Direttur tal-Awditjar filwaqt li l-kapijiet tal-Fergħat huma Awdituri Prinċipali ta’ Livell Għoli.
Id-Direttur tal-Awditjar Tekniku jmexxi d-Diviżjoni tal-Awditjar Tekniku, li hija responsabbli għall-awditi kollha bħal dawn.
Barra minn hekk, l-AORC għandu metodoloġija u unità ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u funzjonijiet ta’ appoġġ, bħal amministrazzjoni u kontijiet.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 137 FTEs (ekwivalenti għall-full time) (Marzu 2023) [84 % fl-awditjar, 16 % f’postijiet ta’ appoġġ (arkivji, eċċ)]
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 40 %; ♀ 60 %. Età medja: 49.
BAĠIT
- L-AORC jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Gvern ċentrali;
- EUR 8.0 miljun (2023);
- madwar 92 % huma relatati mal-ispejjeż għall-persunal; u l-bqija ml-ispejjeż operattivi;
- madwar 0.07 % tal-baġit totali tal-Istat għall-infiq.
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-gvern ċentrali, li jinkludi l-awditi tal-konformità, huwa kkoordinat ċentralment fi ħdan l-AORC, iżda jiġi ppjanat u mwettaq mid-Diviżjonijiet tal-awditjar rilevanti ta’ kull Ministeru
L-awditi tal-prestazzjoni u kwalunkwe awditi tal-konformità addizzjonali oħra jiġu ppjanati, ipprogrammati u mwettqa b’mod individwali mid-Diviżjonijiet tal-AORC u mid-Diviżjoni tal-Awditjar Tekniku.
L-ippjanar jinkludi deskrizzjoni tal-jiem ibbaġitjati għal kull awditu ppjanat, stmati abbażi tal-għadd ta’ membri tal-persunal disponibbli, il-volum u s-sinifikat tax-xogħol involut, ir-riskju tal-awditjar u s-sejbiet tal-passat.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-AORC iwettaq diversi tipi ta’ awditi:
- awditi finanzjarji;
- awditi tal-konformità (kontrolli regolatorji);
- awditi tal-prestazzjoni;
- awditi tekniċi li jinkludu primarjament awditi tal-prattiki tal-akkwist pubbliku (it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti, il-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-proġetti u r-rapporti ta’ evalwazzjoni), awditi fuq il-post ta’ proġetti tal-kostruzzjoni li jkunu għaddejjin, awditi ta’ kuntratti għall-kiri ta’ proprjetà għal uffiċċji governattivi u awditi tal-IT (jiġifieri awditi tat-teknoloġija tal-informatika/tas-sistemi elettroniċi tal-ipproċessar tad-data);
- awditi ambjentali, li normalment jinvolvu taħlita ta’ awditjar finanzjarju, tal-konformità u tal-prestazzjoni rigward suġġett speċifiku relatat mal-governanza ambjentali. Dawn jitwettqu f’konformità ma’ linji gwida u standards metodoloġiċi speċjalizzati maħruġa mill-INTOSAI; u
- investigazzjonijiet speċjali, li normalment jitniedu jew fuq it-talba speċifika tal-parlament, jew wara lmenti jew fuq talba tal-pulizija għal assistenza fl-investigazzjoni ta’ każijiet li jkunu potenzjalment kriminali.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-AORC jippubblika prinċipalment:
- rapport annwali, li jinkludi primarjament referenzi għal rapporti speċjali tal-awditjar maħruġa matul is-sena u s-sejbiet tal-awditu dwar ir-rapporti finanzjarji tar-Repubblika ta’ Ċipru; u
- opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tar-Repubblika ta’ Ċipru;
- opinjoni dwar ir-Rapport Finanzjarju;
- rapporti speċjali maħruġa mat-tlestija ta’ awditi kbar, inklużi awditi ta’ korpi pubbliċi, korpi statutorji u/jew awtoritajiet lokali, kif ukoll awditi ambjentali jew tal-prestazzjoni.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
L-AORC jirrapporta dwar is-sejbiet tal-awditi tiegħu direttament lill-entitajiet rilevanti, u joffri rakkomandazzjonijiet rilevanti.
Ir-rapport annwali jiġi ppreżentat lill-President u lill-parlament tar-Repubblika ta’ Ċipru.
Minbarra dan, l-AORC jippubblika r-rapporti tal-awditjar kollha li ma jkunux ikklassifikati fuq is-sit web tiegħu u joħroġ stqarrijiet għall-istampa rilevanti fejn ikun meħtieġ. Tintuża wkoll il-media soċjali biex tipprovdi liċ-ċittadini b’informazzjoni, u nħatar uffiċjal tal-istampa biex jikkomunika mal-media.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Minbarra li jikkoopera mill-qrib mal-parlament, l-AORC jikkollabora wkoll maċ-ċittadini, mal-esperti fil-qasam u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikseb fehim approfondit dwar suġġetti tal-awditjar.
ID-DANIMARKA
RIGSREVISIONEN
Mill- 1976 Sit web: www.rigsrevisionen.dk |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Ir-Rigsrevisionen jeżamina jekk il-fondi tal-Gvern humiex qed jintużaw b’mod effettiv, u kif intenzjonat mill-Parlament Daniż (Folketinget).
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) Daniż jawditja l-kontijiet tal-Gvern u jeżamina jekk il-fondi tal-Gvern humiex qed jiġu amministrati skont l-intenzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Parlament Daniż.
Huwa għandu d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex iwettaq ix-xogħol tiegħu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
L-Att dwar l-Awditur Ġenerali tad-Danimarka, verżjoni oriġinali mill-1976, reviżjoni attwali mill-2012.
ENTITAJIET AWDITJATI
In-NAO jawditja:
-
il-kontijiet kollha tal-Gvern
- ministeri: 21 (f’Diċembru 2022);
- aġenziji governattivi: 135;
- il-kontijiet ta’ istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet li l-ispejjeż jew id-defiċits tal-kontabbiltà tagħhom ikunu koperti bis-sħiħ jew parzjalment minn għotjiet iffinanzjati mill-Istat;
- il-kontijiet ta’ entitajiet amministrattivi indipendenti stabbiliti mill-istatut;
- il-kontijiet ta’ sħubiji u intrapriżi li fihom l-Istat jipparteċipa direttament jew indirettament bħala sieħeb, jew fejn huwa jkun soċju kummerċjali responsabbli.
Il-mandat tan-NAO ma jkoprix l-awditjar tal-bank ċentrali Daniż.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
In-NAO huwa organizzazzjoni indipendenti taħt il-Parlament Daniż. L-Awditur Ġenerali tan-NAO ma jistax ikun Membru tal-Parlament.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
In-NAO huwa kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li jinħatar mill-Parlament Daniż, huwa l-uniku korp li jista’ jitlob lin-NAO biex iwettaq awditu ta’ qasam partikolari.
In-NAO jippreżenta r-rapporti kollha tiegħu lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, u l-Awditur Ġenerali jippreżenta r-rapporti fil-laqgħat ta’ kull xahar tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.
In-NAO jikkollabora mill-qrib mal-ministeri rilevanti u jipprovdi appoġġ fil-forma ta’ gwida għall-kontabbiltà u l-proċeduri ta’ kontroll tal-kontabbiltà tagħhom.
Il-Parlament jistabbilixxi l-baġit tan-NAO.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-Awditur Ġenerali jmexxi n-NAO, u jingħata assistenza minn korp konsultattiv magħmul minn erba’ Assistenti Awdituri Ġenerali tan-NAO.
MANDAT
L-Assistenti Awdituri Ġenerali ma jinħatrux għal perjodu fiss.
METODU TAL-GĦAŻLA
L-Awditur Ġenerali jaħtar l-Assistenti Awdituri Ġenerali.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
In-NAO huwa organizzat f’erba’ dipartimenti, kull wieħed immexxi minn Assistent Awditur Ġenerali.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 269 (sa tmien is-sena 2022)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 43 %; ♀ 57 %
BAĠIT
- Madwar EUR 30 miljun (2022)
- 37 % tar-riżorsi għall-awditjar tan-NAO huma allokati għal studji ewlenin ta’ oqsma speċifiċi (awditi tal-prestazzjoni) u 63 % għall-awditjar annwali tal-kontijiet tal-Gvern Daniż
- < 0.01 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-Awditur Ġenerali u l-erba’ Assistenti Awdituri Ġenerali jiltaqgħu kull ġimgħa biex jiddiskutu l-istrateġija u l-ippjanar tal-attivitajiet tan-NAO.
In-NAO huwa obbligat li jeżamina u jirrapporta dwar kwistjonijiet meta jintalab jagħmel dan mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Dawn il-kompiti jirrappreżentaw medja ta’ madwar terz tas-suġġetti tal-awditjar fl-istudji ewlenin tan-NAO.
L-awditi kollha jiġu ppjanati abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-materjalità u tar-riskju.
L-attivitajiet ta’ awditjar annwali tan-NAO u l-istudji ewlenin jiġu ppjanati sena bil-quddiem. Madankollu, il-pjan jiġi aġġustat kontinwament biex iwieġeb għall-iżviluppi l-ġodda.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAO jagħżel l-approċċ u l-metodoloġija tal-awditjar tiegħu b’mod indipendenti.
Huwa jwettaq ix-xogħol tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni Daniża u mal-Istandards tal-Awditjar tas-Settur Pubbliku Daniż, li huma bbażati fuq l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (ISSAIs).
In-NAO jwettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni.
Biex jivverifika l-impatt tal-awditi tiegħu, in-NAO, flimkien mal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, jivverifika s-segwitu li jingħata minnentitajiet awditjati għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Barra minn hekk, il-ministeri huma obbligati li jirrispondu għar-rapporti tal-awditjar tan-NAO.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika:
- Rapport Annwali dwar l-awditjar tal-kontijiet tal-Gvern Daniż;
- Rapport Annwali dwar l-awditjar tal-amministrazzjoni tal-Gvern Daniż;
- studji ewlenin dwar oqsma speċifiċi (madwar 20-22 fis-sena);
- rapport annwali dwar l-attivitajiet, il-prestazzjoni u l-kontijiet proprji tan-NAO;
- memoranda ta’ segwitu dwar ir-rapporti tal-awditjar kollha;
- memoranda addizzjonali dwar ċerti suġġetti; u
- Standards Daniżi għall-Awditjar tas-Settur Pubbliku.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Skont l-Att Daniż dwar l-Informazzjoni Pubblika, qabel ma jippubblika memoranda u rapporti tal-awditjar fuq is-sit web tiegħu, in-NAO jrid l-ewwel jippreżentahom lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.
L-ewwel kapitolu tal-istudji ewlenin u r-rapporti tal-awditjar u l-memoranda magħżula jiġu tradotti għall-Ingliż.
In-NAO jiffoka fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien estern biex itejjeb il-kwalità tas-servizzi li huwa jipprovdi lis-settur pubbliku.
Kull sena, in-NAO jospita erba’ jew ħames seminars ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni għall-partijiet ikkonċernati esterni.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAO jikkoopera mal-unitajiet tal-awditjar intern f’ministeri u entitajiet oħra awditjati.
L-ESTONJA
RIIGIKONTROLL
Mill- 1990 Twaqqaf fl- 1918 Sit web: www.riigikontroll.ee |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jgħin lill-Parlament Estonjan (Riigikogu), il-Gvern u l-gvernijiet lokali sabiex jaġixxu b’mod "intelliġenti" u jieħdu deċiżjonijiet importanti fl-interess tal-pubbliku ġenerali billi jqisu kull tip ta’ informazzjoni kemm jista’ jkun bir-reqqa qabel ma jittieħdu dawk id-deċiżjonijiet.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) tal-Estonja jwettaq awditi fis-settur pubbliku u jivverifika jekk il-fondi pubbliċi ntużawx b’mod ekonomiku, effiċjenti, effettiv u leġittimu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Att dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (2002)
- Il-Kapitolu XI tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Estonja (1992) – L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar
ENTITAJIET AWDITJATI
In-NAO jawditja l-attivitajiet ta’:
- il-Kanċellerija tal-Parlament, l-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, il-qrati, il-bank ċentrali tal-Estonja, l-Awtorità ta’ Superviżjoni u Riżoluzzjoni Finanzjarja, l-Uffiċċju tal-Gvern u l-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja;
- l-awtoritajiet tal-Gvern u l-awtoritajiet tal-Istat li huma jamministraw;
- l-awtoritajiet lokali, f’dak li jirrigwarda l-pussess, l-użu u d-disponiment ta’ assi muniċipali (awditi finanzjarji u tal-konformità biss), proprjetà immobbli u mobbli tal-Istat ittrasferiti fil-pussess tagħhom, allokazzjonijiet allokati u sussidji mogħtija mill-baġit tal-Istat, u fondi allokati għat-twettiq ta’ funzjonijiet Statali (awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni);
- il-fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ imwaqqfa minn awtorità lokali jew fejn awtorità lokali tkun membru;
- il-persuni ġuridiċi taħt id-dritt pubbliku;
- il-fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ imwaqqfa mill-Istat jew minn persuna ġuridika taħt id-dritt pubbliku, jew fejn l-Istat jew persuna ġuridika fil-liġi pubblika jkunu membru;
- il-kumpaniji fejn l-Istat, persuni ġuridiċi taħt id-dritt pubbliku jew il-fondazzjonijiet imsemmija hawn fuq jeżerċitaw flimkien jew separatament influwenza dominanti permezz ta’ parteċipazzjoni maġġoritarja jew b’mod ieħor, u s-sussidjarji ta’ dawn il-kumpaniji;
- il-kumpaniji li kisbu self mill-Istat jew li s-self jew obbligi kuntrattwali oħra tagħhom ikunu garantiti mill-Istat;
- il-kumpaniji fejn awtorità lokali tkun teżerċita influwenza dominanti permezz ta’ parteċipazzjoni maġġoritarja jew b’mod ieħor, u s-sussidjarji ta’ dawn il-kumpaniji;
- persuni oħra li jwettqu funzjonijiet pubbliċi relatati mal-użu u mal-preservazzjoni tal-assi Statali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
In-NAO huwa korp Statali indipendenti taħt il-Kostituzzjoni tal-Estonja.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Il-baġit tan-NAO jiġi approvat mill-Parlament.
In-NAO jagħti rendikont lill-Parlament u jippreżenta r-rapporti tiegħu lill-Kumitat Magħżul għall-Kontroll tal-Baġit Statali tal-Parlament.
L-Awditur Ġenerali jista’ jieħu sehem f’sessjonijiet governattivi u għandu d-dritt li jitkellem fi kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dmirijiet tiegħu.
L-attivitajiet tan-NAO jiġu awditjati kull sena minn impriża tal-awditjar maħtura mill-Parlament fuq il-proposta tal-Kumitat għall-Finanzi.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
In-NAO huwa maqsum fi tliet unitajiet strutturali. Id-Dipartiment tal-Awditjar iwettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni u huwa magħmul minn seba’ gruppi tal-awditjar. Id-Dipartiment tal-Analiżi jħejji rieżamijiet u xogħlijiet speċjali. Is-Servizz Amministrattiv u tal-Iżvilupp jappoġġa lid-Dipartiment tal-Awditjar u lill-Awditur Ġenerali fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, u jikkoordinax-xogħol tan-NAO.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 79.6 FTE (2023) (74 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂32 %; ♀ 68 %. Età medja: 44
BAĠIT
- EUR 5.86 miljun (2023)
- 70.5 % spejjeż tal-persunal,29.5 % spejjeż operazzjonali
- 0.035% tal-baġit totali tal-Istat
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
In-NAO jiddeċiedi b’mod indipendenti u esklussiv dwar liemasuġġetti se jawditja, liematipi ta’ awditi se jwettaq, u kif se jiġu skedati dawk l-awditi.
Huwa jippubblika informazzjoni dettaljata fuq is-sit web tiegħu dwar il-programm tal-awditjar tiegħu u l-progress tal-awditi li jkunu għaddejjin.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAO jwettaq diversi tipi ta’ awditi:
- f'awditu finanzjarju n-NAO jevalwa jekk ir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet humiex jirriflettu b’mod korrett u affidabbli l-kundizzjoni finanzjarja tagħhom. In-NAO jeżamina jekk il-kontijiet humiex korretti u jekk ġiex eliminat kwalunkwe użu ħażin tal-fondi. L-awditi finanzjarji jqisu wkoll il-legalità tat-tranżazzjonijiet.
- f'awditu tal-prestazzjoni n-NAO jeżamina jekk is-settur pubbliku huwiex qed juża l-fondi b'mod ekonomiku, effiċjenti u effettiv. Awditu tal-prestazzjoni jista’ jiġi ddefinit ukoll bħala proċess ta' investigazzjoni jekk l-istituzzjonijiet awditjati jilħqux l-għanijiet intenzjonati tagħhom u jekk jagħmlux dan b’mod xieraq jew bl-inqas spiża. Awditu tal-prestazzjoni jevalwa l-attivitajiet tas-settur pubbliku fir-riżoluzzjoni ta’ problemi fil-livell strateġiku, janalizza fil-fond ir-raġunijiet għall-problemi u jissuġġerixxi ideat biex dawn jingħelbu. L-għan ta’ awditu tal-prestazzjoni huwa wkoll li jidentifika l-aħjar prattika amministrattiva u li jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tagħha;
- F'awditu tal-konformità n-NAO jeżamina l-legalità tal-attivitajiet. Dan huwa l-approċċ prinċipali użat fl-awditi tal-Gvern lokali.
In-NAO għandu d-dritt ta’ aċċess għal kull informazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, inkluża informazzjoni ristretta, u l-entitajiet awditjati kollha huma meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni meta jintalbu jagħmlu dan.
In-NAO jwettaq l-awditi tiegħu skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar (id-Dikjarazzjonijiet Professjonali tal-INTOSAI) u l-manwal tal-awditjar tiegħu.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika rapporti tal-awditjar, li jistgħu jinqasmu f’awditi finanzjarji u awditi tal-prestazzjoni.
Minbarra r-rapporti tal-awditjar, huwa jħejji rapporti speċjali li mhux neċessarjament jinvolvu proċeduri tal-awditjar klassiċi, iżda li jiffukaw fuq l-analiżi ta’ mistoqsija waħda.
Kull sena, in-NAO jippreżenta wkoll żewġ rapporti ewlenin lill-Parlament:
- rapport analitiku dwar l-użu u l-preservazzjoni tal-assi statali matul is-sena baġitarja preċedenti;
- evalwazzjoni tar-rapport annwali statali kkonsolidat, li fih in-NAO jivvaluta, fost affarijiet oħra, jekk il-kontijiet annwali tal-Istat humiex korretti u jekk it-tranżazzjonijiet ekonomiċi kinux leġittimi.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Il-pubblikazzjonijiet tan-NAO huma disponibbli fuq is-sit web tiegħu bl-Estonjan flimkien ma’ sommarji bl-Ingliż. In-NAO jxerred ukoll b’mod attiv ir-rapporti tiegħu fuq il-midja soċjali.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAO jikkoopera mal-awtoritajiet lokali u mal-Gvern tar-Repubblika bl-għan li jsir titjib fis-sistemi tal-kontroll intern u tal-awditjar intern tal-awtoritajiet u l-entitajiet governattivi amministrati minn awtoritajiet governattivi.
Barra minn hekk, il-persuni ġuridiċi taħt id-dritt pubbliku huma mitluba jibagħtu kopja tar-rapporti annwali approvati tagħhom lin-NAO.
IL-FINLANDJA
VALTIONTALOUDEN TARKASTUSVIRASTO
Mill-1825 Sit web: www.vtv.fi |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet
L-attivitajiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Finlandja huma ggwidati mill-valuri tar-responsabbiltà, it-trasparenza, l-oġġettività u r-rispett. Il-viżjoni tal-istituzzjoni hija “Flimkien – futur sostenibbli, għarfien kondiviż”.
Il-prijoritajiet strateġiċi tal-istituzzjoni huma:
- L-impatt fuq is-soċjetà
- Il-materjalità u l-puntwalità
- Prodotti u servizzi orjentati lejn il-konsumatur
- Persunal kompetenti u l-benessri fuq il-post tax-xogħol
- Proċessi u prattiki kondiviżi effiċjenti
- Bini attiv tal-futur
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Finlandja (in-NAOF) huwa awtorità indipendenti li tawditja l-finanzi tal-Gvern ċentrali, tevalwa l-politika fiskali, u tissorvelja l-finanzjament tal-kampanji elettorali u tal-partiti politiċi.
Huwa jawditja l-ġestjoni tal-finanzi tal-Gvern ċentrali u l-ġestjoni tal-assi tal-Istat, u jissorvelja l-politika fiskali u l-finanzjament tal-kampanji elettorali u tal-partiti politiċi. L-attivitajiet tiegħu jkopru l-finanzi tal-gvern ċentrali fl-intier tagħhom, u għandu drittijiet estensivi ta’ aċċess għall-informazzjoni taħt il-Kostituzzjoni tal-Finlandja.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tal-Finlandja (1919 u 1999);
- L-Att dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Finlandiż (676/2000);
- L-Att dwar id-dritt tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Finlandiż li jawditja ċerti trasferimenti ta’ krediti bejn il-Finlandja u l-Komunitajiet Ewropej (353/1995);
- L-Att dwar l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja u dwar il-limiti ta’ nfiq tal-Gvern Estiż (869/2012);
- L-Att dwar il-Finanzjament għall-Kandidati tal-Elezzjonijiet (273/2009);
- L-Att dwar il-Partiti Politiċi (10/1969).
- L-Att dwar Oqsma ta’ Benessri (611/2021).
- L-Att dwar l-organizzazzjoni tal-kura soċjali u tal-kura tas-saħħa u operazzjonijiet ta’ salvataġġ fir-reġjun ta’ Uusimaa (Laki sosiaali- ja terveydenhuollon sekä pelastustoimen järjestämisestä Uudellamaalla) (615/2021).
Il-Parlament Finlandiż approva l-Att dwar ir-Reġistru għat-Trasparenza fl-24/2/2023. Fil-Finlandja, l-ewwel reġistru għat-trasparenza fil-pajjiżi Nordiċi se jiġi introdott mill-bidu tal-2024. In-NAOF jaġixxi bħala kustodju tar-reġistru, u jissorvelja l-obbligu ta’ notifika.
ENTITAJIET AWDITJATI
In-NAOF jawditja:
- il-gvern u l-ministeri;
- l-aġenziji u l-uffiċċji governattivi;
- fondi mhux inklużi fil-baġit;
- intrapriżi tal-Istat u kumpaniji kkontrollati mill-Istat;
- trasferimenti u sussidji tal-gvern ċentrali mħallsin lil muniċipalitajiet, kumpaniji u entitajiet oħra; u
- trasferimenti ta’ fondi bejn il-Finlandja u l-Unjoni Ewropea.
In-NAOF ma jawditjax:
- il-finanzi tal-Parlament;
- Il-fondi li għalihom huwa responsabbli l-Parlament;
- il-Bank tal-Finlandja jew l-Awtorità Superviżorja Finanzjarja; jew
- l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Awtorità nazzjonali tal-awditjar indipendenti mmexxija minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
In-NAOF huwa korp indipendenti affiljat mal-Parlament li jawditja l-ġestjoni tal-finanzi tal-Gvern u l-konformità baġitarja, u jissorvelja r-regoli tal-politika fiskali. Barra minn hekk, huwa jissorvelja l-finanzjament tal-kampanji elettorali u tal-partiti politiċi.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Ir-rwol u l-funzjonijiet tan-NAOF u dritt tiegħu ta’ aċċess għal informazzjoni huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni Finlandiża. In-NAOF ilu affiljat mal-Parlament mill-2001'il hawn. Jieħu deċiżjonijiet indipendenti dwar xiex, kif u meta jawditja. L-Awditur Ġenerali jiddeċiedi dwar l-awditu u l-pjan ta’ sorveljanza. Il-mandat tan-NAOF ma jkoprix l-attivitajiet tal-Parlament.
Il-Parlament jeleġġi lill-Awditur Ġenerali tan-NAOF fis-sessjoni plenarja tiegħu. Bl-istess mod, il-Parlament biss jista' jneħħi lill-Awditur Ġenerali (fuq proposta tal-Kummissjoni tal-Uffiċċju). L-awditur li jawditja l-kontijiet tal-Parlament jawditja wkoll il-kontijiet tan-NAOF.
Il-Parlament jista’ jassenja kompiti lin-NAOF biss skont il-liġi.
Il-Parlament, bħala l-leġiżlatur, jistabbilixxi r-rwol u l-kompiti tan-NAOF, japprova l-proposta baġitarja tiegħu, jiddeċiedi r-riżorsi tiegħu bħala parti mill-baġit tal-Istat, u jiddiskuti r-rapport annwali tiegħu.
In-NAOF jabbozza rapporti annwali dwar l-istat tal-ġestjoni tal-finanzi tal-Gvern ċentrali, il-politika fiskali, u t-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanja elettorali u l-partiti politiċi. Barra minn hekk, kull sena f’Settembru n-NAOF jissottometti r-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu lill-Parlament. In-NAOF joħroġ ukoll żewġ rapporti separati fis-sena: rapport separat dwar l-awditu tal-kontijiet finali tal-Gvern ċentrali mis-sena preċedenti u r-rapport annwali tal-Gvern f’Mejju, kif ukoll rapport separat dwar il-monitoraġġ tal-politika fiskali f’Diċembru.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-Awditur Ġenerali tan-NAOF japprova l-awditur u l-pjan ta’ sorveljanza, u jiddeċiedi dwar ir-rapporti li jintbagħtu lill-Parlament u l-linji gwida għall-awditjar.
L-Awditur Ġenerali jingħata appoġġ mill-bord ta’ ġestjoni tan-NAOF fi kwistjonijiet ta’ ġestjoni u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward il-politika ġenerali. Il-bord ta’ ġestjoni jiddiskuti kwistjonijiet li huma fundamentalment importanti u estensivi f’termini tal-ġestjoni u l-funzjonament tan-NAOF, kif ukoll dwar kwistjonijiet ewlenin f’termini ta’ koordinazzjoni tal-operazzjonijiet.
Minbarra l-Awditur Ġenerali, il-bord ta’ ġestjoni jinkludi d-diretturi tal-unità, żewġ maniġers tal-awditjar, il-maniġer tal-komunikazzjonijiet u l-maniġer tar-riżorsi umani. Il-persunal tan-NAOF jista’ jeleġġi wkoll ir-rappreżentant tiegħek minn fostu biex jingħaqad mal-bord ta’ ġestjoni għal terminu massimu ta’ tliet snin. L-Awditur Ġenerali jista’ jistieden lil esperti temporanju jew permanenti biex jingħaqdu mal-bord ta’ ġestjoni fejn meħtieġ.
MANDAT
Il-bord ta’ ġestjoni huwa korp permanenti previst mir-Regoli ta’ Proċedura. Il-mandat tar-rappreżentant tal-persunal fuq il-bord ta’ ġestjoni huwa ta’ tliet snin, filwaqt li l-bqija tal-bord ta’ ġestjoni jinħatar b’mod permanenti.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-kompożizzjoni tal-bord ta’ ġestjoni hija determinata skont ir-Regoli ta’ Proċedura li jiġu approvati mill-Awditur Ġenerali.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-impjegati tan-NAOF huma assenjati lil tliet unitajiet: Unità tal-Awditjar, Unità tal-Monitoraġġ u tas-Sorveljanza, u Unità Kondiviża tas-Servizzi.
Il-Monitoraġġ tal-Politika Fiskali (li jopera fl-Unità tal-Monitoraġġ u tas-Sorveljanza) huwa funzjoni indipendenti fi ħdan in-NAOF. Hija tissorvelja l-konformità mar-regoli li jirregolaw il-politika fiskali, u l-istabbiliment u l-ilħuq tal-objettivi ta' politika fiskali.
Barra minn hekk, skont l-Att dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Finlandja, in-NAOF għandu Bord ta’ Konsulenza, li jinħatar b’deċiżjoni tal-Awditur Ġenerali, u Bord ta’ Sanzjonijiet u Penali.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 135 impjegat full-time u 10 impjegati part-time (2022) (76 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 43 %; ♀ 57 %. Età medja: 47.8
BAĠIT
- EUR 17-il miljun (2022)
- 0.03 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Ix-xogħol tal-awditjar u tas-sorveljanza huwa bbażat fuq il-pjan tal-awditjar u tas-sorveljanza min-NAOF. Il-pjan ikopri perjodu ta’ erba’ snin. Il-pjan tal-awditjar u tas-sorveljanza jiġi ppreparat darba fis-sena, iżda jista’ jiġi aġġornat matul is-sena jekk ikun meħtieġ.
L-attivitajiet ta' awditjar u sorveljanza tan-NAOF huma bbażati fuq l-objettivi ta’ impatt fuq is-soċjetà tal-operazzjonijiet tagħhom kif iddefiniti fl-istrateġiija tan-NAOF (2019-2023):
- titjib fl-effettività tal-ġestjoni tal-finanzi tal-gvern ċentrali;
- żieda ta’ fiduċja fil-bażi tal-informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
- kunfidenza akbar li l-gvern ċentrali Finlandiż jaħdem b’mod miftuħ, effiċjenti u sostenibbli.
Il-pjan ta' azzjoni u finanzjarju tan-NAOF jiddefinixxi miri ta-riżultat għall-attivitajiet tiegħu, u joħloq il-kundizzjonijiet u l-bażi għall-effettività tal-attivitajiet tiegħu.
L-ippjanar ta’ suġġetti tal-awditjar u ta’ sorveljanza huwa bbażat fuq il-valutazzjoni ta’ riskji identifikati fil-finanzi tal-Gvern ċentrali u l-ġestjoni tagħhom, u fuq il-monitoraġġ ta’ bidliet fl-ambjent operattiv. Il-kriterju ewlieni għall-orjentament ta’ awditu huwa l-importanza tas-suġġett f’termini ta’ finanzi tal-Gvern ċentrali. Fatturi oħra li jinfluwenzaw l-għażla ta’ suġġetti tal-awditjar huma l-importanza tal-kwistjoni għall-Parlament u min jieħdu d-deċiżjonijiet, it-topikalità u l-puntwalità tal-kwistjoni, u jekk jistax isir awditu tas-suġġett.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAOF jaqdi d-dmirijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni permezz ta’ awditi finanzjarji, awditi tal-konformità, awditi tal-prestazzjoni u awditi tal-politika fiskali. Huwa jwettaq ukoll ħafna tipi ta’ awditi li jikkombinaw tipi differenti ta’ awditi.
L-awditi jsegwu l-linji gwida tal-awditjar ippreparati min-NAOF u bbażati fuq l-istandards tal-awditjar tal-ISSAI. Il-manwali tal-awditjar tan-NAOF huma pubbliċi u huma disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAOF jippubblika:
- ir-rapporti annwali, il-kontijiet annwali, il-pjanijiet tal-awditjar u tas-sorveljanza, il-pjanijiet finanzjarji u ta’ azzjoni tiegħu;
- rapporti dwar l-awditjar tiegħu tal-kontijiet finali tal-gvern ċentrali;
- rapporti dwar l-awditi finanzjarji, tal-konformità, tal-prestazzjoni, ta’ ħafna tipi tal-politika fiskali tiegħu;
- rapporti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika fiskali u rapporti;
- rapporti separati għall-Parlament, inkluż ir-rapport annwali tan-NAOF, rapport dwar l-awditu tal-kontijiet finali tal-Gvern ċentrali mis-sena preċedenti u r-rapport annwali tal-Gvern, rapport dwar il-monitoraġġ tal-politika fiskali, rapport dwar il-monitoraġġ tal-finanzjament tal-kampanji elettorali, u rapport dwar il-monitoraġġ tal-finanzjament tal-partiti politiċi;
- rapporti dwar il-monitoraġġ tal-finanzjament tal-kampanji elettorali u l-partiti politiċi;
- rapporti dwar il-monitoraġġ tal-finanzjament tal-partiti politiċi;
- rapporti ta’ segwitu; u
- dokumenti informattivi u analitiċi, perspettivi u analiżi fil-fond.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
L-awditi mwettqa min-NAOF, u pubblikazzjonijiet u suġġetti oħra relatati man-NAOF, jitħabbru fuq is-sit web tiegħu u fuq il-kanali tal-media soċjali. Informazzjoni dwar awditi u pubblikazzjonijiet li jmiss jiġu elenkati wkoll fuq is-sit web. Barra minn hekk, l-istqarrijiet għall-media, il-blogs u materjali oħra ta’ komunikazzjoni jiġu prodotti separatament kif maqbul.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAOF ifittex il-kooperazzjoni u d-djalogu attiv mal-partijiet ikkonċernati tiegħu u mal-entitajiet awditjati. In-NAOF jaħdem b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, kemm nazzjonalment u internazzjonalment.
Minbarra x-xogħol tal-awditjar tagħhom, ir-rappreżentanti tan-NAOF jistgħu jaġixxu bħala esperti, pereżempju f’kumitati parlamentari u f’gruppi ta’ ħidma tal-gvern. In-NAOF jipparteċipa wkoll f’diskussjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u l-iżvilupp tal-amministrazzjoni.
FRANZA
COUR DES COMPTES
Mill‑1807 Twaqqfet fil‑1319 Sit web: www.ccomptes.fr |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Indipendenza, responsabbiltà kollettiva, proċedura kontradittorja.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awdituri Franċiża (CDC), flimkien mas-17-il awla reġjonali u territorjali tal-kontijiet (CRTCs), hija responsabbli sabiex:
- tivvaluta l-kontijiet pubbliċi; u timponi penali fuq uffiċjali tal-kontabbiltà fis-settur pubbliku jew tagħtihom kwittanza;
- twettaq awditi tal-konformità u tal-prestazzjoni fuq l-organizzazzjonijiet pubbliċi u l-fondi pubbliċi kollha jew l-ekwivalenti tagħhom;
- tiċċertifika l-kontijiet tal-Istat u tas-sigurtà soċjali;
- tivvaluta l-politiki pubbliċi.
Fl-1 ta’ Jannar 2023 seħħet riforma sinifikanti. Ir-riforma tistabbilixxi sistema kondiviża bejn uffiċjali tal-kontabbiltà fis-settur pubbliku u uffiċjali awtorizzanti, li ttemm ir-responsabbiltà personali u finanzjarja tal-uffiċjali tal-kontabbiltà fis-settur pubbliku, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti territorji ekstra-Ewropej, u tiddefinixxi mill-ġdid il-ksur li s'issa inġieb quddiem il-Qorti Dixxiplinari tal-Baġit u l-FinanziBaġitarja u Finanzjarja (CDBF), korp li m'għadux jeżisti. L-imħallfin fil-qasam finanzjarju mhux se jibqgħu jiddeċiedu fuq il-kontijiet, iżda se jiddeċiedu dwar l-awturi tal-aktar reati finanzjarji serji, kemm uffiċjali tal-kontabbiltà tas-settur pubbliku u uffiċjali awtorizzanti. Il-prinċipju fundamentali tas-separazzjoni bejn uffiċjal awtorizzanti u uffiċjali tal-kontabbiltà se jibqa’ japplika. Ir-riforma introduċiet ukoll il-politika li jiġu ppubblikati r-rapport kollha tac-CDC u ddefiniet mill-ġdid l-ambitu tar-rapport annwali , li jkun jista’, pereżempju, ikopri kompiti magħżula wara konsultazzjoni pubblika.
L-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità huma maqsuma prinċipalment f’“awditi organizzazzjonali (dwar entità speċifika) u “investigazzjonijiet tematiċi” (dwar suġġett relatat mal-ġestjoni pubblika jew il-politika pubblika).
Is-CDC, u s-CRTCs jikkostitwixxu l-qrati finanzjarji Franċiżi. Huma għandhom aċċess għad-dokumenti kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni Franċiża (l-Artikolu 47-2);
- Il-Kodiċi tal-Qrati Finanzjarji;
- Liġijiet u regolamenti speċifiċi dwar l‑awditjar.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-CDC u s-CRTCs jawditjaw:
-
il-ġestjoni u l‑kontijiet kollha tal‑Istat;
- il-kontijiet tal-Presidenza tar-Repubblika, tal-Assemblea Nazzjonali, u tas-Senat;
- il‑ministeri (amministrazzjonijiet ċentrali, dipartimenti b’responsabbiltajiet fil‑livell nazzjonali u dipartimenti deċentralizzati);
- l-aġenziji governattivi u n-netwerk territorjali tagħhom;
- l‑intrapriżi pubbliċi;
- il-ġestjoni u l‑kontijiet tas‑sigurtà soċjali;
- il-ġestjoni u l‑kontijiet mill‑awtoritajiet lokali (minn livelli reġjonali għal muniċipali) u l-aġenziji tagħhom, sptarijiet pubbliċi, skejjel sekondarji, eċċ.;
- il‑fondi pubbliċi li jingħataw lil entitajiet privati;
- il-fondi użati minn organizzazzjonijiet tal-karità jekk ikunu ngħataw b’donazzjoni permezz ta’ kampanji pubbliċi;
- il-fondi użati minn entitajiet privati, jekk dawn il-fondi jkunu ġejjin minn għotjiet privati, eżentati mit-taxxa.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
SAI kolleġġjali b’funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS‑SAI FIS‑SISTEMA GOVERNATTIVA
Is‑CDC hija indipendenti mill‑Gvern u mill‑Parlament, u żżomm distanza ugwali fil‑konfront tat‑tnejn li huma.
L‑Ewwel President tas‑CDC huwa wkoll dak li jippresiedi:
- il-Kunsill Għoli Finanzi Pubbliċi (HCFP);
- il-Kunsill tal-Kontribuzzjonijiet Obbligatorji(CPO)
RELAZZJONI MAL‑PARLAMENT / GVERN
Is‑CDC hija indipendenti mill‑Gvern u mill‑Parlament. Hija tgħaddi r‑rapporti tal‑awditjar tagħha flimkien mar‑rakkomandazzjonijiet lilhom.
Is‑CDC tiċċertifika l‑kontijiet taż-żewġ kmamar parlamentari.
Bħala parti mill-kompiti tiegħu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ,il-Parlament jaħdem mill-qrib mas-CDCbiex jagħti segwitugħar-rakkomandazzjonijiettas-CDC. Il-Parlament u l-Prim Ministru jistgħu jitolbu lis-CDC biex twettaq għadd limitat ta’ awditi. Il-parlament jista’ wkoll jinkariga lis-CDC biex tevalwa l-politiki pubbliċi.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Is‑CDC hija rregolata minn Kulleġġ li jikkonsisti fl‑Ewwel President u l‑presidenti tal‑awli. Il‑Prosekutur Ġenerali, li huwa indipendenti, jattendi għal‑laqgħat tal‑Kulleġġ.
Is-CRTCs huma mmexxija minn Presidenti, li huma Membri tas-CDC. Il-Kunsill Għoli tas-CRTCs huwa ppresedut mill-Ewwel President.
MANDAT
L‑Ewwel President u l‑Presidenti tal‑awli huma maġistrati, u l‑mandat tagħhom huwa limitat biss mill‑età statutorja tal‑irtirar.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il‑President tal‑awli u l‑Prosekutur Ġenerali jinħatru permezz ta’ digriet tal‑President tar‑Repubblika maħruġ mill‑Kunsill tal‑Ministri, fuq proposta tal‑Prim Ministru.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is‑CDC hija organizzata f’sitt awli skont is‑settur, awla ġudizzjarja’, dipartiment għall‑ippjanar strateġiku u l‑pubblikazzjoni, u s‑segretarjat ġenerali.
Il-Prosekutur Ġenerali, l-Avukati Ġenerali u l-prosekuturi finanzjarji reġjonali huma indipendenti mis-CDC u mis-CRTCs, u jaġixxu bħala prosekutur pubbliku (b'rekwiżizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedimenti ġudizzjarji, sejbiet dwar ir-rapporti kollha ta’ qrati finanzjarji, opinjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-metodi tagħhom, relazzjonijiet ma’ awtoritajiet ġudizzjarji, eċċ.).
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 1 803 (2022), 68 % fl-awditjar (819 fis-CDC u 984 fis-CRTCs)
- Bilanċ bejn is-sessi: 49 %; ♀ 51 %, età medja: 49.10
BAĠIT
- EUR 232.13 miljun (2022) (51 % għas-CDC, 49 % għas-CRTCs)
- 0.007 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL‑AWDITJAR
— IPPJANAR TAX‑XOGĦOL TAL‑AWDITJAR
L-Ewwel President, wara li jitlob l-opinjoni tal-Prosekutur Ġenerali, jiddetermina l-organizzazzjoni ġenerali tas-CDC, jippjana l-awditi u l-evalwazzjonijiet, kif ukoll jalloka r-riżorsi lill-awli differenti. Ir-ripartizzjoni tal-programm f’awditi differenti tiġi kkompletata fil-livell tat-tim fi ħdan kull awla.
Huwa l-istess proċess f’kull CRTC.
Is-suġġetti tal-awditjar jintgħażlu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, tal-iskedi ta’ żmien għal awditi organizzazzjonali obbligatorji ta’ diversi korpi u tal-esperjenza tal-awditjar, filwaqt li jittieħed kont tal-livell ta’ interess pubbliku. F’konformità mal-pjan strateġiku għall-2020-2025, pjattaforma miftuħa għall-pubbliku se tippermetti li jkunu involuti f’uħud mill-awditi ppjanati mill-2023 'il quddiem.
Attwalment, u sal-1 ta’ Jannar 2023 (ara l-informazzjoni dwar ir-riforma msemmija hawn fuq), attivitajiet ġuridiċirelatati ma' kontijiet li jintgħażlu biex jiġu awditjati u ġġudikati matul perjodu ta’ bosta snin.
— METODI TAL‑AWDITJAR
It‑tipi kollha ta’ awditi huma bbażati fuq metodi li ġew definiti mis‑CDC/CRTC skont l‑istandards internazzjonali.
L-attivitajiet ġuridiċi jsegwu regoli ta’ proċedura li huma stretti.
Il‑metodoloġija tal‑evalwazzjoni tal‑politika pubblika tas‑CDC hija stabbilita f’linji gwida prattiċi u sessjonijiet ta’ taħriġ.
L-attivitajiet kollha jikkonformaw mal-prinċipji ta' responsabbiltà kollettiva u l-proċedura kontradittorja.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is‑CDC tippubblika:
- rapport annwali ġenerali dwar 15 sa 20 suġġett, li jintbagħat ukoll lill-President tar-Repubblika;
- rapport annwali dwar l-eżekuzzjoni tal‑baġit tal‑Istat u r‑riżultati għas‑sena preċedenti;
- ċertifikazzjoni annwali tal‑kontijiet tal‑Istat għas‑sena preċedenti;
- valutazzjoni annwali tas‑sitwazzjoni tal‑finanzi pubbliċi u l‑prospetti għas‑sena attwali;
- rapport annwali dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tas-sistema tas-sigurtà soċjali u ċertifikazzjoni annwali tal-kontijiet korrispondenti għas-sena preċedenti;
- rapport annwali dwar il‑finanzi pubbliċi lokali għas‑sena preċedenti;
- minn 5 sa 10 rapporti tematiċi kull sena;
- rapporti ta' "awditi flash", kull wieħed minnhom ta' madwar 20 paġna, "awditi flash" jużaw proċedura aċċellerata biex janalizzaw miżuri ġodda ta’ għajnuna pubblika u joffru kummenti u osservazzjonijiet utli għall-futur;
- ir-rapporti kollha dwar l-użu ta’ għotjiet privati minn organizzazzjonijiet tal-karità;
- ir-rapporti prinċipali kollha mibgħuta lill-Gvern (b’referenza għal Ministru).
Fl-2021, il-CCD ippubblikat ukoll sensiela ta’ noti dwar il-problemi strutturali sinifikanti li jaffettwaw lil Franza. Dawn is-sommarji fid-dettall ta’ xogħolijiet reċenti u produzzjonijiet ġodda janalizzaw l-isfidi l-kbar tas-snin li ġejjin u jistabbilixxu l-istrumenti potenzjali li jistgħu jintużaw biex jingħelbu dawn l-isfidi. Huma jgħinu sabiex id-dibattitu pubbliku jkun iffukat fi żmien ċentrali għar-riflessjoni taċ-ċittadini, filwaqt li jieħdu ħsieb jirrikonċiljaw il-politika pubblika effettiva mal-appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.
Is‑CRTCs jippubblikaw:
- ir-rapporti ta’ ġestjoni tal-awditjar tagħhom li jintbagħtu lill-awtoritajiet lokali;
- xi rapporti fi ħdan ir-rapport annwali ġenerali tas-CDC.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-CDC għandha obbligu kostituzzjonali li żżomm lill-pubbliku infurmat. Għalhekk, hija tirrapporta dwar ammont dejjem jiżdied tax-xogħol tagħha fil-media (33 000 tħabbira iċċitata fl-istampa fl-2022), li minnhom 23 300 kienu għall-CDC waħedha), fuq is-sit web tagħha (aktar minn 2.1 miljun viżta fl-2022, b’1.4 miljun viżitatur uniċi) u fuq il-media soċjali (183 500 segwaċi). Il-qrati finanzjarji ppubblikaw 1 362 rapport, li minnhom 1 256 kienu għas-CRTCs.
Is‑CDC tibgħat ir‑rapporti prinċipali kollha tagħha lill‑Gvern u lill‑Parlament, u tippubblikahom.
Il-Parlament jirċievi u juża s-sitt rapporti annwali tas-CDC, kif ukoll ir-rapporti tematiċi tagħha. Is-CDC tippubblika wkoll informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Hija tippubblika r‑rapporti kollha dwar il‑fondi użati għall‑karità.
Is-CRTCs jibagħtu r-rapporti dwar l-awditi ta’ ġestjoni tagħhom lill-awtoritajiet lokali, li jridu jaqrawhom fil-laqgħat tal-kunsilli tagħhom, li huma miftuħin għall-pubbliku u l-media.
Is-CDC, u s-CRTCs jagħtu l-ordnijiet u s-sentenzi tagħhom f'seduti miftuħa għall-pubbliku. Huma jippubblikaw ġabriet ta’ ġurisprudenza annotata.
— KOOPERAZZJONI
Is-CDC tikkoopera mill-qrib mas-CRTCs, li jwettqu x-xogħol proprju tagħhom b’mod awtonomu. Is-CDC hija responsabbli għall-investigazzjonijiet imwettqa b’mod konġunt mas-CRTCs fl-oqsma ta’ kompetenza kondiviża.
Is-CDC tikkoopera mal-kumitati parlamentari, mal-Kunsill tal-Istat, mal-awtoritajiet ġudizzjarji permezz tal-Prosekutur Ġenerali, ma’ awtoritajiet amministrattivi indipendenti oħra u ma’ spettorati ġenerali governattivi.
Fuq livell internazzjonali, is-CDC taħdem ma’ SAIs oħra fuq inizjattivi bilaterali bħall-ġemellaġġ u l-kooperazzjoni tematika, kif ukoll fi ħdan korpi multilaterali bħall-Kumitat ta' Kuntatt tas-SAIs tal-UE, l-EUROSAI, l-INTOSAI u l-AISCCUF – (l-assoċjazzjoni tas-SAIs li jużaw il-Franċiż). Flimkien ma' SAI's oħra jew bħala parti mir-riċerka tagħha stess, il-CDC twettaq ħafna studji komparattivi internazzjonali, li qed isiru sistematiċi bħala komplement għall-awditi, u mbagħad hija twieġeb għal rikjesti simili (126 studju fl-2022).
Is-CDC hija wkolll-awditur statutorju għal bosta organizzazzjonijiet internazzjonali. Fl-2022, dan kien jikkonċerna l-Programm Dinji tal-Ikel, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ). Il-CDC ilha membru tal-Bord tal-Awdituri tal-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta’ Lulju 2022. Il-CDC teżamina l-ġestjoni u l-kontijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet permezz ta’ awditi tal-prestazzjoni u tar-regolarità.
IL-ĠERMANJA
BUNDESRECHNUNGSHOF
Mill- 1950 Twaqqfet fl- 1714 Sit web: www.bundesrechnungshof.de |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Il-prinċipji fundamentali li fuqhom jibbaża x-xogħol tas-SAI Ġermaniża huma l-indipendenza, in-newtralità, l-oġġettività u l-kredibbiltà.
L-iskop tax-xogħol tagħha huwa li ttejjeb it-trasparenza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-azzjoni tal-Gvern.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Is-SAI Ġermaniża tawditja d-dħul u l-infiq federali kollu, kif ukoll il-fondi rappreżentattivi u l-infiq sigriet, u tiddetermina jekk il-baġit federali huwiex immaniġġjat b’mod xieraq u effiċjenti.
Hija għandha drittijiet kollha ta’ aċċess għal kull korp u kull informazzjoni li hija teħtieġ għax-xogħol tal-awditjar tagħha, inklużi entitajiet mhux federali li jimmaniġġjaw fondi federali.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni (l-Artikolu 114, il-paragrafu 2, il-Liġi Bażika) (1949);
- Il-Kodiċi tal-Baġit Federali (l-Artikolu 88 et seq.) (1969);
- L-Att dwar il-Prinċipji Baġitarji (l-Artikolu 53 et seq.) (1969);
- L-Att dwar is-SAI Ġermaniża.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-SAI Ġermaniża għandha aċċess għal kull istituzzjoni jew korp li jimmaniġġjaw fondi federali, pereżempju:
- ministeri tal-Gvern u l-korpi subordinati tagħhom;
- aġenziji tal-Istat;
- istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;
- intrapriżi pubbliċi;
- benefiċjarji federali; u
- unitajiet amministrattivi ta’ korpi kostituzzjonali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura kolleġġjali mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-SAI Ġermaniża hija awtorità suprema federali u tikklassifika fl-istess livell bħal dak tal-ministeri federali.
Hija kompletament indipendenti u ma tiħux struzzjonijiet biex twettaq xogħol tal-awditjar speċifiku. Madankollu, il-Parlament jista’ jipproponi ċerti awditi lis-SAI Ġermaniża.
Il-President tas-SAI Ġermaniża għandu pożizzjoni ex officio bħala Kummissarju Federali għall-Prestazzjoni. Huwa jressaq rakkomandazzjonijiet, rapporti u opinjonijiet bl-għan li jsir titjib fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni federali. Huwa jista’ wkoll jagħti pariri lill-Parlament rigward il-leġiżlazzjoni.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Permezz tax-xogħol tal-awditjar u ta’ konsulenza tagħha, is-SAI Ġermaniża tappoġġa lill-Gvern federali u lill-parlament Ġermaniż, fejn dan tal-aħħar juża r-rapport annwali tagħha bħala l-bażi għall-għoti tal-kwittanza lill-Gvern federali.
Is-SAI Ġermaniża tirrapporta kemm lill-fergħat eżekuttivi kif ukoll leġiżlattivi tal-Gvern federali, u tista’ tipprovdi konsulenza qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet finali.
Hija tipparteċipa wkoll fin-negozjati tal-baġit bejn il-Ministeru Federali għall-Finanzi u d-dipartimenti tal-linji baġitarji, u tista’ tipprovdi input dwar l-istima baġitarja ta’ kull dipartiment. Minbarra dan, hija tipprovdi konsulenza matul l-implimentazzjoni tal-baġit.
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Id-deċiżjonijiet relatati max-xogħol tal-awditjar jittieħdu fil-livell tad-diviżjonijiet tal-awditjar minn korpi kolleġġjali, li jinkludu l-Membri tas-SAI, jiġifieri direttur tal-awditjar b’kariga għolja u direttur tal-awditjar u, f’xi każijiet, anki l-President jew il-Viċi President. Il-membri tas-SAI Ġermaniża jibbenefikaw minn indipendenza ġudizzjarja.
Ċerti tipi ta’ deċiżjonijiet ġenerali, pereżempju, dwar punti relatati mar-rapport annwali, huma riżervati għas-Senat. Is-Senat huwa l-korp suprem tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
MANDAT
Id-diretturi tal-awditjar b’kariga għolja huma impjegati taċ-ċivil. Il-mandat tagħhom huwa limitat għall-età statutorja tal-irtirar għall-impjegati taċ-ċivil, li attwalment hija ta’ 67 sena.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-SAI Ġermaniża hija magħmula minn 9 diviżjonijiet tal-awditjar b’49 unità tal-awditjar. Diviżjoni oħra tiffoka fuq ix-xogħol tal-awditjar internazzjonali u tappoġġa lill-President fil-funzjoni tiegħu bħala membru tal-Bord tal-Awdituri tan-Nazzjonijiet Uniti. Id-diviżjoni ta’ appoġġ hija responsabbli għall-ġestjoni ċentrali.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Total: 1 080 (f’Diċembru 2023) (80 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 58 %; ♀ 42 %. Età medja: > 51
BAĠIT
- EUR 187 miljun (2023)
- 0.04 % tal-baġit federali totali
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Il-President, il-Viċi President, is-Senat u l-korpi kolleġġjali kollha huma involuti fl-ippjanar kemm tax-xogħol kif ukoll dak strateġiku tas-SAI Ġermaniża.
L-unitajiet tal-awditjar tas-SAI Ġermaniża jwettqu regolarment analiżi tal-kompiti u tar-riskji, li tifforma l-bażi ta’ pjan tal-awditjar fuq terminu medju, kif ukoll strateġija tal-awditjar għall-perjodu ta’ tlieta sa ħames snin li ġejjin.
L-unitajiet jippjanaw il-kompiti tal-awditjar tagħhom fi pjanijiet annwali tal-awditjar b’mod ikkoordinat, u dawn il-pjanijiet jiffurmaw il-bażi għall-pjan kumplessiv tal-awditjar tas-SAI Ġermaniża.
Is-SAI Ġermaniża għandha l-libertà li tiddeċiedi dwar it-talbiet tal-awditjar mill-Parlament jew mill-kumitati parlamentari.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-SAI Ġermaniża twettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni, kemm ex post kif ukoll f’ħin reali, u tipprovdi konsulenza proattiva. Hija tiddetermina l-għażla taż-żmien u n-natura tax-xogħol tal-awditjar tagħha b’mod indipendenti u tista’ twettaq xogħol fuq il-post.
L-awditi tal-prestazzjoni huma kompitu ewlieni, u dawn ġeneralment jiġu kkombinati ma’ elementi tal-awditi finanzjarji jew tal-konformità f’awditu komprensiv. Is-SAI Ġermaniża tuża s-sostenibbiltà bħala kriterju addizzjonali tal-awditjar strateġiku.
Ix-xogħol tas-SAI Ġermaniża jinkludi wkoll:
- awditi selettivi, li jinvolvu eżaminar approfondit imfassal biex jiġbor evidenza dwar aspett partikolari tal-kwistjoni tal-awditu;
- awditi orizzontali, li jistudjaw suġġett speċifiku f’għażla rappreżentattiva ta’ korpi governattivi biex jiġu żviluppati s-sejbiet tal-awditjar fuq qasam definit ta’ operazzjonijiet u tranżazzjonijiet governattivi;
- studji esploratorji, li huma għodda biex jinkiseb fehim approfondit dwar oqsma problematiċi, proċeduri jew żviluppi speċifiċi. Dawn ma jimmirawx li jipprovdu evalwazzjoni finali tal-operazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet governattivi, iżda huma alternattiva adatta għat-tħejjija għal missjonijiet tal-awditjar ġodda;
- awditi ta’ segwitu, li jservu biex jidentifikaw jekk l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza jkunux ħadu azzjoni fir-rigward tas-sejbiet tal-awditjar jew tar-riżoluzzjonijiet parlamentari;
- awditi tal-ġestjoni (jew awditi ġenerali), li jservu biex tinkiseb deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġestjoni finanzjarja tal-korp awditjat; u
- awditi f’ħin reali, li jippermettu li s-SAI Ġermaniża teżamina l-għadd kbir ta’ deċiżjonijiet individwali li jinvolvu programmi kbar, b’mod separat u f’kull stadju tal-proġett. Dan l-approċċ jippermettilha tidentifika n-nuqqasijiet fi stadju bikri u tinforma lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet f’ħin tajjeb.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-SAI Ġermaniża toħroġ:
- ittri dwar il-ġestjoni bis-sejbiet tal-awditjar, li hija tibgħat lill-korpi awditjati għall-kummenti;
- rapport annwali magħmul minn volum prinċipali (I) u volum supplimentari (II). Il-Volum I jiġi ppubblikat fil-ħarifa ta’ kull sena u l-Volum II fir-rebbiegħa tas-sena ta’ wara. Flimkien, dawn jiffurmaw bażi aġġornata għall-proċedura ta’ kwittanza parlamentari;
- rapporti ta’ konsulenza; u
- rapporti bi skop speċjali.
Hija tippreżenta r-rapporti ta’ konsulenza u r-rapporti bi skop speċjali tagħha lill-Parlament u lill-Gvern federali.
Barra minn hekk, fil-funzjoni tiegħu ta’ Kummissarju Federali għall-Prestazzjoni, il-President jippubblika serje ta’ opinjonijiet u gwidi ta’ prattika tajba.
Is-SAI Ġermaniża tinkludi rakkomandazzjonijiet biex isir titjib fl-ittri u fir-rapporti ta’ ġestjoni tagħha, kif ukoll osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet topiċi, bħall-proġetti relatati mal-abbozz ta’ leġiżlazzjoni u proġetti kbar tal-akkwist, jew tipprovdi input espert.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-SAI Ġermaniża tippreżenta r-rapport annwali tagħha lill-pubbliku waqt konferenza stampa federali u tippubblika x-xogħol tagħha (inkluż ir-rapport annwali, rapporti bi skop speċjali u ittri tal-awditjar finali) fuq is-sit web tagħha.
Ir-rapporti speċjali u l-outputs tal-Kummissarju Federali għall-Prestazzjoni jidhru wkoll hemmhekk.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Peress li l-Ġermanja għandha struttura amministrattiva federali, l-istituzzjonijiet reġjonali tal-awditjar u l-uffiċċji muniċipali tal-awditjar jawditjaw il-livelli l-oħra tal-Gvern. Madankollu, billi s-sistemi fiskali tal-Federazzjoni u tas-16-il Stat kostitwenti tar-Repubblika Federali huma fil-biċċa l-kbira interkonnessi, is-SAI Ġermaniża u l-istituzzjonijiet reġjonali indipendenti tal-awditjar tal-Istati jaħdmu flimkien mill-qrib.
Din il-kooperazzjoni tiffoka prinċipalment fuq programmi li l-Gvern Federali u l-Istati jiffinanzjaw b’mod konġunt, jew fuq ir-responsabbiltajiet li l-Gvern ċentrali jkun iddelega lill-Istati.
IL-GREĊJA
ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙΟ
Mill- 1833 Sit web: www.elsyn.gr |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Il-Qorti Ellenika tal-Awditjar hija responsabbli għall-awditjar estern tal-Gvern ċentrali u tikkontribwixxi b’mod deċiżiv għall-kwalità u l-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja fis-settur pubbliku Grieg.
L-objettivi strateġiċi ewlenin tal-awditi tagħha huma li:
- jsir titjib fil-ġestjoni finanzjarja u fl-obbligu ta’ rendikont tal-korpi pubbliċi;
- jissaħħu s-sistemi ta’ kontroll u tal-obbligu ta’ rendikont;
- titjieb il-governanza tal-entitajiet permezz tas-superviżjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern;
- tiżdied il-kapaċità tal-awditjar;
- tiġi pprovduta informazzjoni essenzjali lill-Parlament Grieg li tgħinu jwettaq b’aktar effettività r-rwol superviżorju tiegħu.
Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-Qorti Ellenika tal-Awditjar tiffoka fuq oqsma tal-awditjar ta’ interess kbir, tiżgura l-impatt dejjem akbar tal-awditi mwettqa u tuża b’mod ottimali r-riżorsi disponibbli.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti Ellenika tal-Awditjar (HCA) twettaq awditi tal-infiq u tal-kontijiet Statali, tal-awtoritajiet lokali u ta’ entitajiet ġuridiċi oħra, kif previst mil-liġi jew jekk dawn ikunu qed jirċievu fondi pubbliċi.
Il-ġuriżdizzjoni tagħha testendi għad-dipartimenti u l-ministeri governattivi, il-korpi governattivi lokali u organizzazzjonijiet oħra tas-settur pubbliku. Hija tista’ tipparteċipa wkoll fl-awditjar tal-kontijiet ta’ entitajiet legali li huma regolati mid-dritt privat.
Hija għandha d-dritt ta’ aċċess sħiħ għas-sistemi kollha tal-IT, għall-kotba kontabilistiċi kollha tal-gvern lokali u ċentrali, għad-dokumentazzjoni ta’ sostenn u għall-persunal. Hija tista’ wkoll titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti kollha, li għandhom l-obbligu li jikkooperaw.
KOMPETENZA ĠURIŻDIZZJONALI
L-HCA tiddeċiedi dwar rimedji u mezzi ta’ rimedju f’tilwim li jikkonċerna:
- pensjonijiet;
- l-awditjar tal-kontijiet inġenerali;
- ir-responsabbiltà tal-impjegati taċ-ċivil, l-impjegati ta' awtoritajiet lokali u persuni ġuridiċi oħra regolati mil-liġi pubblika f'każ ta' kwalunkwe ħsara kkawżata lill-Istat minħabba frodi jew negliġenza, kif ukoll dawn l-istess organizzazzjonijiet u persuni ġuridiċi fil-qadi ta' dmirijiethom
- ir-responsabbiltà tal-impjegati taċ-ċivil għall-akkwist ta' ġid li għandu oriġini ġuridika li ma tistax tiġi ġġustifikata(b'segwitu għal awditu tad-dikjarazzjonijiet annwali tal-assi u l-obbligi tagħhom).
L-HCA tagħti wkoll opinjonijiet dwar:
- abbozz ta’ leġiżlazzjoni li jikkonċerna (a) kwistjonijiet ta’ pensjoni (rikjest mill-Kostituzzjoni), (b) kwistjonijiet ta’ importanza kbira relatata mal-ġestjoni finanzjarja mill-korpi Governattivi Ġenerali, (c) kwistjonijiet ta’ akkwist pubbliku u (d) kwistjonijiet fi ħdan l-isfera ta’ kompetenza tagħha;
- mistoqsijiet ta’ natura finanzjarja, sakemm l-opinjoni ma tippreġudikax ir-riżoluzzjoni ta’ tilwima li diġa’ qiegħda quddiemha;
- abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar (a) it-tpaċija tad-dħul u l-infiq tal-baġit tal-Istat u (b) it-tibdil tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni jew id-deklassifikazzjoni tad-dħul bħala irrekuperabbli.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
L-Artikolu 98 tal-Kostituzzjoni inaqqax bis-saħħa leġiżlattiva s-setgħat tal-HCA, li huma eżerċitati kif previst mil-Liġi. Il-Liġi Nru 4700/2020 (A 127) dwar Proċedura Uniformi għall-Qorti Ellenika tal-Awditjar, li tinkludi qafas leġiżlattiv komprensiv għall-awditjar prekuntrattwali, u l-Liġi Nru 4820/2021 (A 130) dwar il-Liġi Organika tal-Qorti Ellenika tal-Awditjar huma partikolarment importanti.
ENTITAJIET AWDITJATI
Il-mandat ta’ awditjar tal-HCA jestendi għal:
- il-Presidenza tar-Repubblika;
- il-Presidenza tal-Gvern;
- il-Parlament;
- 19-il ministeru;
- 7 amministrazzjonijiet deċentralizzati;
- 5 awtoritajiet kostituzzjonali indipendenti u 18-il awtorità amministrattiva indipendenti mhux stabbiliti direttament taħt il-Kostituzzjoni;
- 332 muniċipalità (awtoritajiet lokali tal-ewwel livell);
- 13-il reġjun (awtoritajiet tat-tieni livell);
- 26 organizzazzjoni tal-assigurazzjoni soċjali;
- 106 sptar tal-istat.
L-HCA tawditja wkoll il-kontijiet ta’ madwar 450 entità ġuridika oħra tal-gvern estiż, u entitajiet ġuridiċi pubbliċi u privati li jkunu proprjetà tal-awtoritajiet lokali (755), kif ukoll entitajiet privati ssussidjati.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Qorti b’setgħat ġuriżdizzjonali, tal-awditjar u ta’ konsulenza.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Fi ħdan is-sistema ġudizzjarja Griega, l-HCA hija l-Qorti pubblika suprema fil-qasam finanzjarju.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-HCA hija meħtieġa li tippreżenta Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-awditjar tagħha lill-Parlament, u Rapport dwar il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tar-Rapport dwar id-Dikjarazzjoni Finanzjarja, il-Karta tal-Bilanċ u rapporti finanzjarji oħra tal-Istat.
Kull sena, il-President tal-HCA jippreżenta l-Programm Annwali tal-Awditjar lill-Parlament, li jista’ jipproponi li tingħata prijorità lil uħud mill-awditi ppjanati, u jesprimi interess fi tliet awditi ulterjuri oħra fis-sena, b’fokus fuq id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni pubblika b’mod partikolari, li jkunu qiegħdin isiru minbarra dawk diġa’ ppjanati.
Rapporti dwar awditi tematiċi jintbagħtu lill-Kumitat Parlamentari rilevanti qabel ma jiġu rrilaxxati lill-istampa, filwaqt li l-President tal-HCA jippreżentahom lill-Parlament, skont ir-Regoli ta’ Proċedura tagħha.
Il-Parlament japprova wkoll il-baġit tal-HCA abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ministeri tal-Finanzi u l-Ġustizzja.
— ORGANIZZAZZJONI
KORP GOVERNATTIV
Il-Plenum tal-HCA huwa l-korp ġuriżdizzjonali suprem u huwa magħmul mill-President, 10 Viċi Presidenti u 40 Imħallef Konsulent. Il-Plenum jista’ jiltaqa’ kollu kemm hu, f’bord kbir, jew f’wieħed minn tliet bordijiet minuri. L-għadd ta’ membri mlaqqa’ f’kull wieħed minn dawn il-bordijiet minuri jista’ jkun varjat b’deċiżjoni tal-Plenum sħiħ.
Il-Plenum sħiħ huwa magħmul mill-Presidenti tal-Qorti u mill-Viċi Presidenti u l-Imħallfin Konsulenti kollha. Il-bord ewlieni tal-Plenum huma magħmul mill-President, il-Viċi Presidenti u 20 Imħallef Konsulent li jintgħażlu billi jittellgħu il-lottijiet. Kull wieħed mit-tliet bordijiet minuri tal-Plenum huwa magħmul mill-Presidenti tal-Qorti u 14-il Viċi President u Mħallef Konsulent. Il-Viċi-Presidenti huma allokati lil kull bord skont l-ordni ta’ anzjanità, filwaqt li l-Imħallfin Konsulenti jittellgħu bil-lottijiet kull tliet snin, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni rilevanti tal-Plenum.
MANDAT
Il-membri huma mħallfin li jgawdu minn indipendenza personali u professjonali u jinħatru fuq bażi permanenti.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Viċi-Presidenti: jinħatru permezz ta’ Digriet Presidenzjali fuq proposta tal-Kunsill tal-Ministri;
L-Imħallfin Konsulenti: jiġu promossi permezz ta’ Digriet Presidenzjali permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Il-Kap tal-HCA huwa l-President. Taħt il-President hemm għaxar Viċi Presidenti li jservu b’mod attiv, fejn sebgħa minnhom kull wieħed jippresiedi waħda mill-Awli Ġuriżdizzjonali tal-HCA u formazzjonijiet ġudizzjarji
Il-Viċi-Presidenti jissostitwixxu lill-President skont l-ordni ta’ anzjanità. L-HCA għandha karigi għal 166 imħallef. Attwalment, hemm 40 Imħallef Konsulent; 66 Assistenti Mħallfin, 14 Imħallef Subaltern u 8 trainee Imħallfin Relaturi.
Il-livell tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa intrinsikament inkorporat fl-istruttura organizzazzjonali tal-HCA, awtorità ġudizzarja indipendenti li taġixxi fl-interess pubbliku u li hijamagħmula mill-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali, tliet Sotto-Deputati Avukati Ġenerali u tmien trainee Imħallfin Relaturi Attwalment l-Assistenti Mħallfin u l-Imħallfin Relaturi qiegħdin jiġu ssekondati wkoll biex jappoġġaw xogħolha.
L-HCA tinkludi l-Plenum (strutturat kif inhu spjegat aktar ’il fuq), seba’ Awli ( ppreseduti minn Viċi President) b’setgħat ġudizzjarji, u tliet Dipartimenti tal-Awditjar (Dipartiment tal-Awditjar 1, ippresedut mill-President, u d-Dipartiment tal-Awditjar II u d-Dipartiment għall-Istudji u l-Opinjonijiet, ippreseduti mill-Viċi President) li huma responsabbli għal kull kwistjoni relatata mal-ippjanar, it-tmexxija ta’ awditi, u l-ipproċessar tar-Rapport dwar id-Dikjarazzjoni Finanzjarja u l-Karta tal-Bilanċ tal-Istat u tar-Rapport Annwali.
L-istruttura organizzattiva għandha wkoll sitt Taqsimiet Ġuriżdizzjonali ( kulleġġi ġudikanti,ppreseduti minn Imħallef Konsulent), tlieta minnhom li huma responsabbli għall-awditi prekuntrattwali, tnejn oħra li għandhom responsabbiltajiet relatati mal-awditjar u ta’ natura ġuriżdizzjonali, filwaqt li r-Raba' Taqsima Ġuriżdizzjonali tittratta prinċipalment is-superviżjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-awditi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-Greċja, u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-HCA.
L-uffiċċji tal-awditjar immexxija minn Kummissarji tal-HCA (jiġifieri uffiċjali tal-Qorti b’lawrja universitarja, b’aktar minn 15-il sena esperjenza u li għandhom il-grad ta’ kap tad-diviżjoni) jinsabu fil-ministeri, fil-prefetturi/reġjuni u f’muniċipalitajiet akbar, u għandhom setgħat tal-awditjar u jistgħu jimponu sanzjonijiet. Attwalment, hemm 55 uffiċċju tal-Kummissarji f’Ateni u 56 fil-Greċja kollha. L-għadd ta’ uffiċjali tal-Qorti jammonta għal 626.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Għadd: 626 FTE (ġestjoni: 15 %; awditjar: 63 %; amministrazzjoni: 22%) + 152 Imħallef
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 34 %; ♀ 66 %. Età medja: 52
(perjodu ta’ referenza: Marzu 2023)
BAĠIT
- EUR 36.7 miljun
- Allokazzjoni: madwar 95 % għar-rimunerazzjoni u s-salarji
- < 0.01 % tal-baġit totali tal-Gvern
(perjodu ta’ referenza: Marzu 2023)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-HCA tippjana x-xogħol tagħha fil-Programmi ta’ Ħidma Pluriennali u Annwali tagħha li jiġu approvati mill-Plenum tagħha.
Il-Programm ta’ Awditjar Pluriennali fih il-lista tas-suġġetti tal-awditjar skont il-prijorità strateġika, u jispeċifika l-objettivi u l-prijoritajiet tal-awditi ppjanati. Meta tkun qed tagħżel l-awditi li għandhom jiġu inklużi fil-Programm Annwali tagħha u l-kombinament possibbli tagħhom, l-HCA tieħu kont tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Programm ta’ Awditjar Pluriennali, ix-xogħol tal-awditjar rikorrenti obbligatorju tal-Qorti, kwalunkwe talba mill-Parlament, mir-rappreżentanti tal-korpi, jew miċ-ċittadini, għal awditi relatati mal-investigazzjonijiet ta’ lmenti, kif ukoll il-kooperazzjoni proposta mal-istituzzjonijiet tal-awditjar internazzjonali u Ewropej.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-HCA twettaq awditi prekuntrattwali u ex post, inklużi awditi tematiċi f’oqsma tal-awditjar ta’ interess kbir (li jistgħu jkunu awditi finanzjarji, tal-konformità, jew tal-prestazzjoni), kif ukoll awditi ta’ segwitu skont il-manwal tal-awditjar tal-HCA u l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (INTOSAI).
L-HCA twettaq:
- awditi li jippreċedu l-konklużjoni ta’ kuntratti b’valur finanzjarju għoli, li jkunu ngħataw mill-Istat jew minn kwalunkwe entità ġuridika ekwivalenti oħra, kif speċifikat mil-liġi (awditu prekuntrattwali);
- awditi ex post tal-kontijiet ta’ uffiċjali Statali tal-kontabbiltà u ta’ awtoritajiet lokali jew ta’ entitajiet ġuridiċi oħra, li jirriżultaw f’deċiżjoni meħuda mill-Kummissarju jew Taqsima Ġuriżdizzjonali responsabbli tal-HCA li permezz tagħha l-kontijiet jew jiġu aċċettati bħala tajbin jew inkella jiġu miċħuda bħala illegali. Fil-każ tal-aħħar, id-defiċit jiġi rkuprat;
- awditi tematiċi (finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni) f’oqsma tal-awditjar ta’ interess kbir skont il-Programm Annwali tal-Awditjar tal-HCA u l-istandards internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (Qafas għad-Dikjarazzjonijiet Professjonali tal-INTOSAI (IFPP)).
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-HCA toħroġ:
-
Rapporti tal-awditjar obbligatorji:
- Rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-awditjar tagħha, li jinkludi r-riżultati tal-attivitajiet tagħha, l-osservazzjonijiet li jirriżultaw mix-xogħol tagħha u s-suġġerimenti dwar riformi u titjib (inklużi l-liġijiet rilevanti);
- Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat;
- Rapporti tal-awditjar fuq inizjattiva proprja: L-HCA tippubblika wkoll rapporti tal-awditjar skont il-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha;
- Rapporti dwar awditi li l-Parlament ikun esprima interess li jitwettqu u li ma kienux oriġinarjament ippjanati (massimu ta’ tlieta fis-sena), li jiffukaw b’mod partikolari fuq id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni pubblika;
- Opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni
- Oħrajn: Rapporti dwar is-segwitu tar-riżultati tal-awditjar.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Ir-Rapport Annwali tal-HCA jiġi ppubblikat ( fil-Gazzetta Uffiċjali Griega) u huwa disponibbligħall-pubbliku fuqis-sit web tal-HCA. Ir-rapporti dwar awditi tematiċi jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tagħha. Il-President jippreżenta dawn ir-rapporti lill-Parlament, skont ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u l-Liġi Organika tal-HCA.
Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-formazzjonijiet ġudizzjarji li minnhom tkun tneħħiet data personali jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-HCA u f’ġurnali tal-liġi F'każijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu u wara li jkun ivvaluta ċ-ċirkustanzi, il-Plenum jista' wkoll joħroġ dikjarazzjoni qasira dwar il-kontenut ta' deċiżjoni li jkun ħa u d-data tal-pubblikazzjoni stmata tagħha permezz tal-President tal-HCA.
L-HCA tista’ torganizza konferenzi biex tippreżenta x-xogħol tal-awditjar tagħha lill-entitajiet awditjati u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
L-Uffiċju tal-Istampa huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ stqarrija għall-istampa, jippubblikahom fuq is-sit web tal-HCA, u fuq il-media soċjali, u biex jagħti informazzjoni lill-media.
L-IRLANDA
OFFICE OF THE COMPTROLLER AND
AUDITOR GENERAL
Mill- 1923 Twaqqaf fl- 1866 Sit web: www.audit.gov.ie |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jeżamina b’mod indipendenti u jibgħat rapporti lid-Dáil Éireann (il-Parlament Irlandiż) dwar jekk il-fondi u r-riżorsi pubbliċi jkunux qed jintużaw f’konformità mal-liġi u jekk ikunux qed jiġu ġestiti tajjeb u kontabilizzati b’mod xieraq.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Kontrollur u l-Awditur Ġenerali (C&AG) għandu rwol ċentrali fil-proċess tal-obbligu ta’ rendikont tas-settur pubbliku, billi jipprovdi aċċertament lill-parlament permezz tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-mod kif ġew amministrati l-fondi pubbliċi, u jipprovdi rapporti dwar kwistjonijiet li jirriżultaw minn awditi u eżaminazzjonijiet oħra.
Il-kompiti prinċipali huma:
- l-awditjar u r-rappurtar dwar il-kontijiet tal-korpi pubbliċi;
- l-istabbiliment li t-tranżazzjonijiet tal-korpi pubbliċi jkunu konformi mal-awtoritajiet legali li jirregolawhom, u li l-fondi jiġu applikati għall-finijiet intenzjonati;
- l-eżaminar ta’ jekk il-korpi pubbliċi jamministrawx ir-riżorsi b’mod ekonomiku u effiċjenti, u jekk hemmx mekkaniżmi stabbiliti għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-operazzjonijiet;
- l-awtorizzazzjoni tar-rilaxx tal-fondi mill-Erarju għall-finijiet awtorizzati mil-liġi.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tal-Irlanda: L-Artikolu 33 (1922, sostitwit fl-1937);
- L-Att dwar id-Dipartimenti tal-Erarju u tal-Awditjar mill-1866;
- L-Att dwar il-Kontrollur u l-Awditur Ġenerali mill-1923, emendat fl-1993;
- L-Att dwar il-Kontrollur u l-Awditur Ġenerali u l-Kumitati tal-Parlament Irlandiż (Dispożizzjonijiet Speċjali) mill-1998.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-C&AG jawditja:
- kontijiet elettorali: 44;
- fondi dipartimentali: 27;
- entitajiet finanzjarji: 29;
- entitajiet tas-saħħa: 29;
- Korpi tat-Tramuntana/tan-Nofsinhar: 7;
- is-settur tal-edukazzjoni: 43; u
- korpi semi Statali: 108.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Kontrollur u Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Kompletament indipendenti.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Ir-relazzjoni mal-Parlament hija essenzjalment waħda ta’ rappurtar. Ir-riżultati tal-attivitajiet tal-awditjar jiġu rrappurtati lill-Parlament permezz ta’ ċertifikati tal-awditjar u rapporti dwar il-ġestjoni finanzjarja. Il-PAC jeżamina wkoll ir-rapporti speċjali tas-C&AG. Hemm kooperazzjoni mill-qrib mal-PAC. Is-C&AG jattendi l-laqgħat tal-PAC bħala xhud permanenti. Ir-riżultati tal-eżaminar indipendenti tas-C&AG jipprovdu bażi għall-inkjesta tal-PAC.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Bord tal-Awditjar magħmul mill-Kontrollur u l-Awditur Ġenerali, is-Segretarju u d-Diretturi tal-Awditjar, u Bord ta’ Tmexxija magħmul mid-Diretturi u l-Viċi Diretturi tal-Awditjar.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Il-Bord tal-Awditjar jissorvelja b’mod indipendenti l-Uffiċċju tal-Kontrollur u tal-Awditur Ġenerali, u huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-Bord ta’ Tmexxija jikkoordina l-operazzjonijiet tal-Uffiċċju.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 191 FTE (Diċembru 2022)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 50 %; ♀ 50 %. Età medja: 42 sena
BAĠIT
- EUR 15.9 miljun (2022)
- < 0.02 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Is-C&AG jiddeċiedi b’mod indipendenti dwar il-programm ta’ ħidma għall-awditi tal-prestazzjoni tal-Uffiċċju. Dan huwa bbażat fuq l-istrateġija ta’ rappurtar ġenerali u l-istrateġiji sezzjonali speċifiċi. Il-programm għall-awditi finanzjarji huwa mfassal biex jissodisfa l-iskadenzi statutorji, fejn applikabbli.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-C&AG iwettaq awditi finanzjarji u awditi tal-prestazzjoni. Dawn jitwettqu skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (“ISSAIs”) u l-kodiċi tal-etika tas-C&AG.
Is-C&AG juża manwali tal-awditjar finanzjarju u tal-prestazzjoni, kif ukoll linji gwida prattiċi.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-C&AG jabbozza r-rapporti li ġejjin:
- opinjonijiet dwar il-kontijiet pubbliċi;
- rapporti dwar kwistjonijiet importanti relatati mal-valur għall-flus u l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi;
- ittri lill-maniġment b’segwitu ta’ awditi fuq kwistjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju intern, il-ġestjoni u l-governanza korporattiva;
- għotjiet ta’ kreditu li jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi statali mill-Bank Ċentrali tal-Irlanda għal skopijiet awtorizzati mil-liġi.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Il-korpi tas-settur pubbliku huma meħtieġa jippreżentaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom lill-Parlament. Dawn ir-rapporti finanzjarji jinkludu r-rapport tal-awditjar tas-C&AG.
Kull sena, is-C&AG jippreżenta lill-Parlament ir-rapporti finanzjarji tad-dipartimenti u l-uffiċċji tal-Gvern, kif ukoll rapport dwar il-kontijiet tas-servizzi pubbliċi. Barra minn hekk, ir-rapporti speċjali jiġu ppreżentati lill-ministru rilevanti, li għandu r-responsabbiltà għall-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament.
Ir-rapporti huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tas-C&AG u fil-librerija tal-Parlament Irlandiż. L-istqarrijiet għall-istampa jiġu ppubblikati biex jakkumpanjaw il-pubblikazzjoni tar-rapporti speċjali kollha .
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-C&AG iżomm relazzjoni mas-Servizz tal-Awditjar tal-Gvern Lokali fl-Irlanda. Is-Servizz tal-Awditjar tal-Gvern Lokali għandu r-responsabbiltà għall-awditjar tal-korpi governattivi lokali. Ir-rapporti kollha mis-Servizz tal-Awditjar tal-Gvern Lokali jsiru disponibbli għas-C&AG.
L-ITALJA
CORTE DEI CONTI
Mill- 1948 Twaqqfet fl- 1862 Sit web: www.corteconti.it |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Skont l-Artikolu 100 tal-Kostituzzjoni Taljana, il-Corte dei conti teżerċita kontroll preventiv fuq il-leġittimità tal-miżuri tal-Gvern u twettaq awditi ex post fuq l-implimentazzjoni tal-Baġit Statali. Hija tipparteċipa, fil-każijiet u l-modi stabbiliti bil-liġi, fl-awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-entitajiet li jirċievu appoġġ baġitarju regolari mill-Istat. Hija tirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu tal-awditi li twettaq. Il-Corte dei conti għandha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-kontijiet pubbliċi u fi kwistjonijiet oħra stabbiliti bil-liġi. Il-liġi tiżgura li l-Corte dei conti u l-membri tagħha jkunu indipendenti mill-Gvern. Il-Qorti hija magħmula minn imħallfin assenjati għall-awli tal-awditjar, l-awli legali jew l-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Fl-arkitettura kostituzzjonali tal-Italja, il-Corte dei conti (Cdc) hija l-korp tal-awditjar estern tal-Istat, indipendenti mill-Parlament u mill-Gvern, bl-għan li tiżgura l-immaniġġjar xieraq u tajjeb tal-finanzi pubbliċi u l-valutazzjoni tal-istabbiltà tagħhom.
KOMPETENZA ĠURIŻDIZZJONALI
Is-Cdc hija parti mill-ġudikatura u, skont l-Artikolu 103(2) tal-Kostituzzjoni Taljana, għandha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-kontijiet pubbliċi u fi kwistjonijiet oħra stabbiliti bil-liġi.
Għaldaqstant, f’każ ta’ ħsara aċċertata lill-fondi pubbliċi, id-diretturi, l-impjegati u l-uffiċjali tal-kontabbiltà u kwalunkwe persuna oħra li għandha relazzjoni ta’ impjieg mal-amministrazzjoni pubblika mhumiex responsabbli skont ir-regoli standard tal-liġi ċivili, iżda skont ir-regoli speċifiċi relatati mar-responsabbiltà amministrattiva u kontabilistika.
F’każ li jkun hemm telf jew ħela f’dak li jirrigwarda l-fondi pubbliċi, jistgħu jinsabu responsabbli l-uffiċjali amministrattivi – tal-Istat jew ta’ kwalunkwe amministrazzjoni pubblika – u entitajiet pubbliċi jew privati u/jew individwi li jimmaniġġjaw fondi pubbliċi fl-interess pubbliku.
Il-ħsara tista’ tkun materjali (telf ta’ assi reali/finanzjarji) jew intanġibbli (ħsara mhux materjali).
Huma biss il-prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku reġjonali tas-Cdc li jistgħu jressqu proċedimenti ta’ responsabbiltà quddiem l-awli legali reġjonali tas-Cdc.
Is-Cdc għandha wkoll ġuriżdizzjoni fuq l-attivitajiet tal-uffiċjali tal-kontabbiltà, jiġifieri individwi li l-kompitu tagħhom huwa li jimmaniġġjaw fondi u beni pubbliċi (pereżempju t-teżoriera, eċċ.)
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
Kompetenzi tal-awditjar:
- L-Artikoli 81, 97, 100, 117 u 119 tal-Kostituzzjoni Taljana (1948);
- Il-Liġi Nru 20/1994;
- Il-Liġi Nru 131/2002;
- Il-Liġi Nru 266/2005;
- Il-Liġi Nru 213/2012;
- Il-Liġi Nru 120/2020;
- Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 77/2021.
Kompetenzi ġuriżdizzjonali:
- L-Artikoli 103 u 108 tal-Kostituzzjoni Taljana;
- il-kodiċi tal-liġi kontabilistika skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 174/2016;
- Il-Liġi Nru 19/1994;
- Il-Liġi Nru 20/1994;
- Il-Liġi Nru 639/1996;
- Il-Liġi Nru 120/2020;
- Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 77/2021.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-CdC tawditja:
- ministeri;
- awtoritajiet pubbliċi u aġenziji tal-Istat, inklużi awtoritajiet indipendenti;
- korpi ffinanzjati mill-pubbliku;
- reġjuni, provinċji, muniċipalitajiet, żoni metropolitani u s-sussidjarji tagħhom, u
- kumpaniji privati fejn l-Istat Taljan, ir-regjuni jew il-korpi lokali għandhom interess kontrollanti.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Is-Cdc twettaq dmirijiet kemm tal-awditjar kif ukoll legali.
Barra minn hekk, is-Cdc twettaq funzjonijiet konsultattivi għall-Parlament, għall-Gvern, għar-reġjuni, għall-muniċipalitajiet, għall-provinċji u għaż-żoni metropolitani.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Skont il-kostituzzjoni Taljana, is-Cdc hija awtonoma u indipendenti mis-setgħat l-oħra tal-Istat.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Bħala korp tal-awditjar, is-Cdc tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-awditjar tagħha.
Hija twettaq kontrolli u awditi fuq l-azzjonijiet tal-Gvern u fuq il-ġestjoni li dan jeżerċita, bl-għan li tissalvagwardja l-leġittimità u l-istabbiltà tal-finanzi pubbliċi.
F’każ li l-azzjonijiet mill-eżekuttiv ma jikkonformawx mal-liġi, is-Cdc tista’ toħroġ opinjoni negattiva li biha dawn l-atti jsiru ineffettivi.
Is-Cdc twettaq funzjonijiet konsultattivi fi kwistjonijiet ta’ kontabbiltà, fuq talba tal-Gvern, tar-reġjuni, tal-provinċji, tal-muniċipalitajiet u taż-żoni metropolitani. Hija tipprovdi wkoll opinjonijiet lill-Parlament u lill-Gvern rigward liġijiet, abbozzi ta’ liġijiet, dispożizzjonijiet amministrattivi u regolatorji, u l-abbozzi korrispondenti tagħhom. L-opinjoni tas-Cdc hija obbligatorja biex ikunu jistgħu jiġu introdotti, emendati jew imħassra dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-sistemi kontabilistiċi u biex jiġu introdotti jew emendati l-mudelli, id-dokumenti u r-rekords kontabilistiċi.
Is-Cdc hija involuta fil-proċedimenti għall-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Baġit u d-dokumenti ta’ programmazzjoni ekonomika l-oħra.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Il-Kunsill tal-Presidenza tas-Cdc huwa magħmul minn 11-il membru: il-President u l-Viċi President tas-Cdc, il-Prosekutur Ġenerali tas-Cdc, 4 membri maħtura mill-Parlament u 4 mħallfin tas-Cdc.
MANDAT
4 snin.
METODU TAL-GĦAŻLA
L-erba’ mħallfin jinħatru minn fost l-imħallfin tas-Cdc, minnhom stess. Il-membri esterni jinħatru mill-Kamra tad-Deputati (2) u mis-Senat (2), minn fost professuri tal-liġi u/jew avukati b’esperjenza ta’ mill-inqas 20 sena.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-Cdc hija maqsuma f’awli nazzjonali u reġjonali tal-awditjar u dawk legali , u hija kkomplementata mill-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi u reġjonali.
Is-Cdc għandha s-sede tagħha f’Ruma u għandha diviżjonijiet mal-Italja kollha. Għaldaqstant, f’kull wieħed mid-19-il reġjun u fiż-2 provinċji awtonomi hemm awli reġjonali tal-awditjar, awli legali reġjonali u uffiċċji reġjonali tal-prosekuturi.
Is-Cdc għandha wkoll bosta awli ċentrali tal-awditjar u tliet awli legali ċentrali tal-appell f’Ruma u waħda għal Sqallija. L-awli tal-appell jaħdmu bħala qrati tat-tieni stanzi u ta’ arbitraġġ finali.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jaħdem flimkien mal-awli legali. Il-Prosekutur Pubbliku tas-Cdc huwa bbażat f’Ruma, filwaqt li l-prosekuturi reġjonali huma bbażati fl-awli legali reġjonali u għandhom kompetenza għar-reġjun speċifiku tagħhom.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Għadd: imħallfin Għadd ta' mħallfin: 503; età medja = 54;
- Għadd ta' impjegati taċ-ċivil (inkluż il-ġestjoni): 2 340; età medja = 52;
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 306; ♀ 197 (imħallfin); ♂ 893; ♀ 1 447 (impjegati taċ-ċivil).
BAĠIT
- EUR 502.177miljun (2023)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Fil-bidu ta’ kull sena, is-Cdc tapprova b’mod indipendenti l-pjan ġenerali tal-awditjar tagħha, li jinkludi l-politiki għall-awditjar, l-istrateġiji u l-kriterji għall-awli ċentrali tal-awditjar kif ukoll l-indikazzjonijiet għall-awli reġjonali tal-awditjar. Kull awla ċentrali u reġjonali tal-awditjar tapprova wkoll il-pjan tal-awditjar proprju tagħha.
Kull pjan jieħu inkunsiderazzjoni parametri bħal pereżempju r-rilevanza finanzjarja, ir-riskju potenzjali ta’ żbalji jew ksur tal-liġi, ir-riżultati ta’ awditi preċedenti, it-talbiet speċifiċi jew suġġerimenti mill-awtoritajiet pubbliċi, u r-riżorsi umani u tekniċi.
Is-Cdc tibgħat il-pjan annwali tal-awditjar tagħha lill-Presidenti tal-Kamra tad-Deputati u lis-Senat u, fil-livell reġjonali, lill-presidenti tar-reġjuni u lill-kunsilli reġjonali, kif ukoll lill-korpi awditjati.
Il-pjan annwali tal-awditjar jiddeskrivi fil-qosor:
- l-ippjanar tal-attivitajiet;
- il-korpi li huma suġġetti għall-awditjar mis-Cdc;
- il-parametri u l-kriterji magħżula, u l-proċedura tal-kampjunar; u
- l-attivitajiet u l-kwistjonijiet li huma suġġetti għall-awditjar mis-Cdc.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-Cdc twettaq:
- awditjar tal-konformità ex ante li jikkonċerna l-miżuri u d-direttivi amministrattivi l-aktar sinifikanti finanzjarjament li l-Gvern ikun ħareġ skont il-liġi, bl-għan illi jiġi evitat kwalunkwe ksur tal-liġi minħabba l-azzjonijiet tal-Gvern;
- awditjar tal-prestazzjoni ex post fuq l-attività kollha tal-amministrazzjoni pubblika bl-għan li tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati mal-objettivi stabbiliti mil-liġi; u
- awditjar tal-ġestjoni finanzjarja ta' entitajiet, inklużi impriżi, li jirċievu appoġġ baġitarju regolari mill-Istat u mill-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali.
L-entitajiet awditjati għandhom id-dritt ta’ replika għas-sejbiet tas-Cdc qabel l-approvazzjoni tar-rapport finali.
Skont din il-proċedura kontradittorja, is-Cdci:
- tinnotifika lill-entitajiet awditjati rigward il-pjan annwali tal-awditjar tagħha u tipprovdilhom informazzjoni dwar is-suġġetti, it-termini, il-proċedimenti u l-ippjanar ġenerali tal-awditu;
- ikollha djalogu kontinwu u kostruttiv mal-entitajiet awditjati u mad-dipartimenti tal-ġestjoni tal-awditjar intern tagħhom;
- tippubblika r-rapport finali tagħha u tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fil-kuntest ta’ seduta ta’ smigħ pubblika matul sessjoni pubblika tal-awla tal-awditjar rilevanti.
Għall-awditi tal-prestazzjoni li twettaq, is-Cdc tipproduċi rapporti li jkun fihom l-analiżijiet, l-evalwazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li l-entitajiet awditjati jsegwu dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jeliminaw kwalunkwe kwistjoni problematika li jiffaċċjaw fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u biex b’hekk jiżguraw ġestjoni tajba. Jenħtieġ ukoll li jżommu lis-Cdc aġġornata rigward kwalunkwe miżura li jkunu introduċew wara fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-Cdc tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni fl-għamla ta':
- rapporti annwali dwar ir-rapport finanzjarju ġenerali tal-Istat;
- rapporti ta’ kull erba’ xhur dwar il-liġijiet tal-infiq (li jirrigwardaw kwalunkwe spiża marbuta ma’ dispożizzjonijiet legali);
- seduti ta’ smigħ speċjali li fihom is-Cdc tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar l-ippjanar ekonomiku u finanzjarju tal-Gvern, u dwar l-abbozz ta’ liġi finanzjarja tiegħu; u
- rapporti speċifiċi dwar il-finanzjament lokali u reġjonali;
- rapport annwali dwar il-koordinazzjoni tal-finanzi pubbliċi;
- rapporti dwar l-ispiża tal-impjieg fis-settur pubbliku;
- rapporti dwar il-ġestjoni tal-fondi tal-UE; u
- rapporti dwar il-ġestjoni tal-korpi u l-entitajiet pubbliċi.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Ir-rapporti tas-Cdc jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-sistema ta’ kontroll ċentrali tal-Istat tiġi ssorveljata mid-Dipartiment Ġenerali tal-Kontabbiltà (fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi) immexxi mill-Kontabilist Ġenerali tal-Istat.
F’kull ministeru, uffiċċju ċentrali indipendenti tal-kontabbiltà, li jifforma parti mid-Dipartiment Ġenerali tal-Kontabbiltà, jivverifika l-konformità tal-attivitajiet amministrattivi mal-liġijiet finanzjarji rilevanti u mad-direttivi ministerjali ( bħal pereżempju l-leġittimità ta’ kwalunkwe nefqa prospettiva). L-uffiċċju ċentrali tal-kontabbiltà japprova kwalunkwe impenn meqjus bħala leġittimu jew jirreferi kwalunkwe tranżazzjoni irregolari lill-Ministru, li jista’ jordna lid-Dipartiment Ġenerali tal-Kontabbiltà biex jivverifika t-tranżazzjonijiet speċifiċi. Dawn il-każijiet jintbagħtu awtomatikament lis-Cdc.
L-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi jwettaq spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet tal-ministeri u tal-korpi pubbliċi, u jista’ jipproponi azzjonijiet korrettivi, fejn ikun meħtieġ. L-Ispettorat jivverifika wkoll il-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi tal-awditjar intern ta’ kull korp. Ir-rapporti tal-Ispettorat Ġenerali jintbagħtu lill-Kontabilist Ġenerali u, f’każ li jinstab telf finanzjarju, lill-Prosekutur Pubbliku tas-Cdc, li jista’ jressaq għall-prosekuzzjoni l-ħaddiema taċ-ċivil.
L-IŻVEZJA
RIKSREVISIONEN
Mill 2003 Twaqqaf fl- 1921 Sit web: www.riksrevisionen.se |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jgħin biex jippromwovi l-użu trasparenti u effettiv tar-riżorsi tal-Gvern ċentrali, kif ukoll l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika, permezz ta’ awditjar indipendenti tal-attivitajiet kollha tal-Gvern ċentrali.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Żvediż iwettaq ukoll kompiti fil-livell nazzjonali u internazzjonali, bħall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-awditjar pubbliku. Barra minn hekk, huwa jistinka biex isaħħaħ l-awtoritajiet tal-awditjar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) Żvediż jagħmel parti mill-istruttura ta’ kontroll parlamentari u huwa l-uniku korp li jista’ jawditja l-finanzi kollha tal-Istat. Peress li jawditja l-katina kollha tas-setgħa eżekuttiva, huwa jiżgura li l-Parlament Żvediż (Riksdag) jirċievi awditu indipendenti u kkoordinat tal-finanzi tal-Istat u tal-attivitajiet tal-Gvern.
Barra minn hekk, in-NAO jirrappreżenta lill-Iżvezja f’kuntesti internazzjonali relatati mal-awditjar sabiex jippromwovi u jiżviluppa l-awditjar pubbliku, u ġie kkummissjonat mir-Riksdag sabiex jikkoopera mas-SAIs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bl-għan li jsaħħu l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tal-awditjar.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Istrument tal-Gvern (Kostituzzjoni tal-1809, li ġiet sostitwita fl-1974);
- L-Att dwar l-Awditjar ta’ Attivitajiet tal-Istat (2002);
- L-Att li fih Struzzjonijiet għall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Żvediż;
- Leġiżlazzjoni dettaljata addizzjonali.
ENTITAJIET AWDITJATI
In--NAO għandu l-mandat biex jawditja:
- il-kontijiet tal-Gvern, l-uffiċċji tal-Gvern, il-qrati, u l-ministeri u l-aġenziji kollha tal-Gvern;
- l-amministrazzjoni u l-aġenziji tal-Parlament;
- id-dar u l-istabbiliment Irjali;
- il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata li jkunu taħt is-sjieda jew l-influwenza tal-Istat;
- il-fondi fiduċjarji ta’ suċċessjoni Żvediżi u l-fondazzjonijiet maħluqa jew immaniġġjati parzjalment jew kompletament mill-awtoritajiet tal-Istat; u
- kumpaniji b’aktar minn 50 % ta’ sjieda Statali.
Permezz tal-awditi finanzjarji tiegħu, in-NAO għandu jawditja:
- il-kontijiet kollha tal-Gvern, inklużi l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Gvern, minbarra l-fondi tal-pensjonijiet pubbliċi (AP fonderna);
- l-amministrazzjoni tal-Parlament u l-ombudsmen, il-Bank tal-Iżvezja (Riksbanken) u l-Fondazzjoni għat-Tielet Ċentinarju tal-Bank tal-Iżvezja; u
- Id-Dar Irjali u l-amministrazzjoni tad-Djurgården Irjali (żona tal-Belt ta’ Stokkolma).
Barra minn hekk, in-NAO jista’ jaħtar awdituri għal kumpaniji jew fondazzjonijiet b’aktar minn 50 % ta’ sjieda Statali.
In-NAO jista’ wkoll jipparteċipa f’awditi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Iżvezja tkun membru fihom.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
In-NAO huwa organizzazzjoni indipendenti taħt il-Parlament Żvediż u huwa parti mill-istruttura ta’ kontroll parlamentari.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Il-Parlament jiddeċiedi dwar il-firxa u l-fokus tal-attivitajiet tal-awditjar tan-NAO, kif ukoll dwar l-għotjiet annwali tiegħu.
Il-Parlament jivvaluta wkoll l-effiċjenza tan-NAO nnifsu u kull sena jaħtar awditur estern biex jawditja lin-NAO, kif ukoll kunsill parlamentari għas-sorveljanza u l-kuntatt (il-Kunsill Parlamentari tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Żvediż).
In-NAO jippreżenta r-rapporti tiegħu dwar l-awditi finanzjarji lill-Gvern u r-rapporti dwar l-awditi tal-prestazzjoni lill-Parlament, li min-naħa tiegħu jibgħathom lill-Gvern biex dan jagħti opinjoni bil-miktub rigward l-awditi. Ir-rapport ta’ segwitu jintbagħat lill-Kumitat permanenti tal-Parlament dwar il-Finanzi.
Jekk in-NAO jsib xi defiċjenzi, huwa jirrappurtahom u ġeneralment joħroġ rakkomandazzjonijiet. L-entitajiet inkwistjoni diġà jiġu kkonsultati matul il-proċess tal-awditjar u jridu jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-mistoqsijiet. Biex iwettaq ix-xogħol tiegħu, in-NAO għandu d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
In-NAO huwa organizzat f’dipartiment għall-awditjar tal-prestazzjoni u ieħor għall-awditjar finanzjarju.
Barra minn hekk, hemm erba' dipartimenti oħra, li huma responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali, għall-komunikazzjoni, għas-servizzi legali u għall-appoġġ tal-ġestjoni.
Fl-aħħar nett, in-NAO għandu Kunsill Parlamentari u Kunsill Xjentifiku, kif ukoll unità għall-Awditjar Intern.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 322 FTEs (2022) (67 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 37 %; ♀ 63 %. Età medja: 44
BAĠIT
- SEK 431.2 miljun (EUR 38.7 miljun), li SEK 450 miljun (EUR 4.5 miljun) minnhom huma għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp internazzjonali (2022)
- Madwar 0,04 % tal-baġit totali tal-Istat għall-2022
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-Parlament rigward il-firxa u l-fokus tax-xogħol tal-awditjar tiegħu, in-NAO jiddeċiedi b’mod indipendenti liema temi għandu jawditja.
Il-fokus tal-awditjar jhuwa bbażat fuq analiżi tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali u d-daqs finanzjarju relattiv ta’ entità awditjata. Madankollu, jekk dikjarazzjoni skorretta żgħira tirriskja li timmina l-fiduċja fil-Gvern ċentrali, din tista’ titqies bħala materjali.
Fokus ieħor tal-awditjar huwa l-promozzjoni tal-iżvilupp inġenerali, fejn il-pubbliku jirċievi redditu effettiv fuq l-investimenti tiegħu. Għall-awditi tal-prestazzjoni, jiġu kkunsidrati kriterji addizzjonali bħall-ammont ta’ valur miżjud, l-għażla taż-żmien u l-fattibbiltà ta’ awditu.
Minbarra l-ippjanar proprju tiegħu, in-NAO huwa meħtieġ li jwettaq awditu finanzjarju annwali fuq l-aġenziji u l-kontijiet ikkonsolidati tal-Gvern.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAO jwettaq awditu finanzjarju annwali, jevalwa l-korrettezza tar-rapporti finanzjarji u tal-awditi tal-prestazzjoni, filwaqt li jivvaluta l-effiċjenza tal-operazzjonijiet. Huwa japplika standards internazzjonali u linji gwida interni għal attivitajiet tal-awditjar, komunikazzjoni u kwistjonijiet etiċi.
Ir-rapporti kollha jgħaddu minn valutazzjonijiet tal-kontroll tal-kwalità interni u esterni.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika:
- rapport annwali;
- rapport annwali tal-awditjar;
- rapporti tal-awditjar minn awditi tal-prestazzjoni;
- opinjonijiet u rapporti tal-awditjar minn awditi finanzjarji;
- opinjonijiet u rapporti ta’ awditi finanzjarji interim; u
- rapport ta’ segwitu annwali.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
In-NAO jippubblika r-rapporti kollha fuq is-sit web tiegħu u joħroġ stqarrijiet għall-istampa regolari li jirrigwardaw ix-xogħol tiegħu. Huwa juża diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, inkluża l-midja soċjali.
Huwa jippubblika wkoll bullettin tal-aħbarijiet għaċ-ċittadini interessati u għall-partijiet ikkonċernati.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAO jwettaq firxa wiesgħa ta' attivitajiet internazzjonali u jirrappreżenta lill-Iżvezja f’kuntest internazzjonali. In-NAO għandu wkoll mandat mill-Parlament biex jagħti appoġġ, fi ħdan il-qafas tal-assistenza Żvediża, lill-iżvilupp tal-awtoritajiet tal-awditjar f’pajjiż oħra.
In-NAO għandu allokazzjoni baġitarja li hija speċifika għall-iżvilupp internazzjonali , li tikkontribwixxi għat-trasparenza, l-iżvilupp demokratiku u t-tisħiħ tal-kontroll parlamentari fil-pajjiżi sħab. Din il-kooperazzjoni sseħħ kemm bilateralment kif ukoll f’proġetti reġjonali. L-attivitajiet irid ikollhom l-għan li jżidu l-kompetenza professjonali fl-awditjar tas-sieħeb ta’ kooperazzjoni, il-kapaċità individwali biex jintużaw dawn il-ħiliet u l-abbiltà li jiġu marbuta l-kapaċitajiet tal-persunal ma’ operazzjonijiet effiċjenti. In-NAO jista’ jipprovdi taħriġ bażiku fis-suġġetti tal-awditjar, taħriġ ulterjuri f'oqsma speċjalizzati, appoġġ fil-bini tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità, u input fil-kuntest tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjoni fit-tmexxija, l-ippjanar strateġiku, il-komunikazzjoni, eċċ.
Il-KROAZJA
DRŽAVNI URED ZA REVIZIJU
Mill-1993 Sit web: www.revizija.hr |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Ix-xogħol tal-Uffiċċju Statali tal-Awditjar tar-Repubblika tal-Kroazja huwa orjentat lejn l-awditjar tar-rapporti finanzjarji u tal-attivitajiet kummerċjali, kif ukoll lejn it-titjib tal-konformità, l-effiċjenza u l-effettività tal-entitajiet li jimmaniġġjaw proprjetà pubblika u entitajiet oħra Barra minn hekk, huwa jikkontribwixxi għat-titjib fil-ġestjoni tal-proprjetà pubblika u ta’ riżorsi disponibbli oħra, kif ukoll biex jitjieb il-livell tal-informazzjoni pprovduta lill-Parlament Kroat, lill-Gvern u liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Kroazja dwar il-metodi użati għall-ġestjoni ta' fondi baġitarji u ekstrabaġitarji u ta’ riżorsi oħra disponibbli għall-partijiet awditjati għall-ġestjoni u l-użu, u dwar ir-riżultati ta' din il-ġestjoni.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Statali tal-Awditjar (SAO) iwettaq awditi fir-rigward ta’ introjtu u spejjeż, assi u obbligazzjonijiet, rapporti finanzjarji, tranżazzjonijiet u programmi finanzjarji, kif ukoll ta’ proġetti u attivitajiet tas-suġġetti tal-awditjar li huma definiti fl-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar u fl-Att dwar il-Finanzjament ta’ Attivitajiet Politiċi, Kampanji Elettorali u Referenda.
Huwa jivvaluta jekk ir-rapporti finanzjarji jippreżentawx pożizzjoni finanzjarja vera u ġusta, u jekk ir-riżultati tal-attivitajiet finanzjarji humiex f’konformità mal-istandards kontabilistiċi aċċettati u mal-liġijiet u r-regolamenti, kif ukoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi u tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit tal-Istat jew il-baġit tal-unitajiet awtonomi lokali u reġjonali.
Is-SAO jwettaq l-awditi tiegħu fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tal-1990;
- L-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar (2019);
- L-Att dwar il-Finanzjament ta’ Attivitajiet Politiċi, Kampanji Elettorali u Referenda (2019).
ENTITAJIET AWDITJATI
- korpi fis-settur statali;
- unitajiet ta’ amministrazzjoni awtonoma lokali u reġjonali;
- entitajiet ġuridiċi ffinanzjati mill-baġit;
- entitajiet ġuridiċi mwaqqfa mir-Repubblika tal-Kroazja jew minn unità ta’ amministrazzjoni awtonoma lokali u reġjonali, u entitajiet ġuridiċi li jkunu proprjetà tar-Repubblika tal-Kroazja jew ta’ unitajiet ta' amministrazzjoni awtonoma lokali u reġjonali;
- kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra li fir-rigward tagħhom ir-Repubblika tal-Kroazja jew unità ta’ amministrazzjoni awtonoma lokali u reġjonali jkollhom sjieda maġġoritarja tal-ishma jew unitajiet u/jew influwenza deċiżiva fuq il-ġestjoni;
- entitajiet ġuridiċi (sussidjarji) fundaturi ta' entitajiet ġuridiċi li l-fundatur tagħhom hija r-Repubblika tal-Kroazia jew unità awtonoma lokali jew reġjonali;
- entitajiet ġuridiċi li jiksbu fondi għall-attivitajiet tagħhom minn kontribuzzjonijiet obbligatorji, miżati tas-sħubija jew dħul ieħor stipulat mil-liġi;
- partiti politiċi, rappreżentanti indipendenti u membri tal-korpi rappreżentattivi ta' unitajiet awtonomi lokali u reġjonali, kif stipulat mil-liġi li tirregola l-finanzjament tal-attivitajiet politiċi u l-kampanji elettorali;
- entitajiet ġuridiċi fir-Repubblika tal-Kroazja li jużaw fondi mill-Unjoni Ewropea, mekkaniżmi finanzjarji internazzjonali u organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet internazzjonali oħra għall-finanzjament ta' ħtiġijiet pubbliċi.
- Minbarra l-partijiet awditjati msemmija qabel, il-Bank Nazzjonali tal-Kroazja huwa wkoll parti awditjata skont it-Titolu IV tal-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar.
B’kollox, hemm madwar 16 195 entità li jaqgħu fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-awditjar tas-SAO.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, is-SAO huwa l-istituzzjoni suprema tal-awditjar tar-Repubblika, u huwa awtonomu u indipendenti fix-xogħol tiegħu.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT/GVERN
Il-qafas legali li jirregola r-relazzjonijiet bejn is-SAO u l-Parlament huwa stabbilit fl-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar, fl-Att dwar il-Finanzjament tal-Attivitajiet Politiċi, il-Kampanji Elettorali u r-Referenda, u fl-Ordnijiet Permanenti tal-parlament Kroat.
Is-SAO jipprovdi lill-Parlament b'Rapport ta’ Ħidma Annwali, Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Baġit tal-Istat u rapporti tal-awditjar (individwalment, jew fi grupp ta’ rapporti tematiċi). Ir-rapporti jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati rispettivi u f'sessjonijiet plenarji. Qabel id-dibattitu dwar ir-rapporti tal-awditjar f'kumitati jew f'sessjonijiet plenarji, il-Parlament jeħtieġ opinjoni mill-Gvern.
Il-Kumitat Parlamentari għall-Finanzi u l-Baġit tal-Istat, kif ukoll kumitati oħra, skont is-suġġett tal-awditu, jiddiskutu r-rapporti tal-awditjar, fil-preżenza tal-Awditur Ġenerali u ta’ rappreżentanti tas-SAO. Il-kumitat rispettiv imbagħad jadotta konklużjoni dwar ir-rapporti tal-awditjar.
B’segwitu ta’ diskussjoni fis-sessjoni plenarja, il-Parlament jasal għal konklużjoni, li tobbliga lill-Gvern jirrifletti fi ħdan ċertu perjodu ta’ żmien dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-SAO.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-SAO għandu s-sede tiegħu f’Zagreb, u 20 uffiċċju reġjonali. Huwa jopera fit-territorju kollu tal-Kroazja.
Fl-uffiċċju prinċipali, id-dipartimenti huma strutturati skont it-tip ta’ entitajiet u t-tip ta’ awditi, inklużi d-dipartimenti legali, tar-riżorsi umani u tal-kontabbiltà, kif ukoll dipartiment tal-awditjar intern. Ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-kooperazzjoni internazzjonali jaqgħu fi ħdan l-ambitu tax-xogħol tal-uffiċċju prinċipali.
L-attivitajiet, il-kompiti u r-responsabbiltajiet tas-SAO huma definiti mill-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar u mill-Karta tal-Uffiċċju Statali tal-Awditjar.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 293 FTE (2022) (83.7 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂15 %; ♀ 85 %. Età medja: 48.3
BAĠIT
- Is-SAO jiġi ffinanzjat mill-Baġit tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.
- Is-SAO jippjana b’mod awtonomu l-fondi meħtieġa għax-xogħol tiegħu, u l-Parlament Kroat jiddefinihom fil-Baġit tal-Istat.
- EUR 12.4-il miljun (2022)
- 0.05 % tal-baġit totali tal-Istat (2022)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Is-SAO jippjana u jwettaq l-awditi tiegħu b’mod indipendenti, skont il-Programm Annwali u l-Pjan ta’ Ħidma tiegħu. Il-Parlament jista’ jitlob li jiġu inklużi awditi fil-pjan ta’ ħidma tas-SAO, iżda fil-prattika dan rarament ikun il-każ.
Il-Programm Annwali tal-Awditjar u l-Pjan ta’ Ħidma jiġu approvati mill-Awditur Ġenerali, kif ukoll il-gwida dwar it-tħejjija tal-programm annwali u l-pjan ta’ ħidma. Il-programm annwali u l-pjan ta’ ħidma fihom awditi obbligatorji, kif ukoll awditi ta’ suġġetti oħra.
L-awditu fuq l-Eżekuzzjoni tal-Baġit tal-Istat huwa awditu obbligatorju bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar, filwaqt li awditi obbligatorji oħra jiġu determinati mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Finanzjament ta’ Attivitajiet Politiċi, Kampanji Elettorali u Referenda.
L-awditi ta’ suġġetti oħra li jaqgħu taħt il-mandat tas-SAO jiġu determinati fuq il-bażi ta’ kriterji li huma definiti mill-Att dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar. Dawn huma:
- il-valutazzjoni tar-riskju;
- l-importanza finanzjarja tas-suġġetti tal-awditi;
- ir-riżultati ta’ awditi preċedenti – opinjoni mogħtija;
- l-informazzjoni miġbura dwar l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tas-suġġett; u
- kriterji oħra li huma determinati fir-regolamenti interni tas-SAO (rakkomandazzjonijiet li ma ġewx implimentati, u pubblikazzjonijiet fil-media).
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-SAO jwettaq dawn l-awditi li ġejjin:
- awditi finanzjarji, li jinkludu l-eżaminar ta’ dokumenti, rapporti, sistemi ta’ kontroll intern u awditjar intern, proċeduri kontabilistiċi u finanzjarji, kif ukoll rekords oħra, biex jiġi vverifikat li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw pożizzjoni finanzjarja vera u ġusta u li r-riżultati tal-attivitajiet finanzjarji jikkonformaw ma'standards u mal-prinċipji kontabilistiċi aċċettati; u
- awditu tal-konformità, li jinkludi eżaminar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji f’termini tal-użu legali tal-fondi; u
- awditi tal-prestazzjoni, li jivvalutaw l-ekonomija u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet, kif ukoll kemm l-objettivi ġenerali – jew l-objettivi relatati ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji, programmi u proġetti individwali – ikunu ntlaħqu b’mod effettiv.
Is-SAO jwettaq l-awditi f’konformità ma'standards internazzjonali tal-awditjar (ISSAIs) u mal-kodiċi tal-etika proprju tiegħu. Huwa juża manwali tal-awditjar finanzjarju u tal-prestazzjoni, kif ukoll linji gwida.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Ir-rapporti tas-SAO huma:
- Rapport ta’ Ħidma Annwali li fih ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar tas-SAO għall-perjodu tar-rappurtar, u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;
- ir-rapporti tal-awditjar dwar awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni; u
- ir-rapporti tal-awditjar dwar awditi tematiċi li jiġu ppubblikati fl-istess ħin ma’ rapporti tal-awditjar uniċi, li jkun fihom ir-riżultati ta’ awditi uniċi dwar ċerti temi (eż. l-awditjar ta’ sptarijiet jew parks nazzjonali).
Fuq is-sit web tiegħu, is-SAO jippubblika avviżi dwar rapporti tal-awditjar ġodda jew attivitajiet oħra.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Ir-rapporti tal-awditjar kollha jiġu ppubblikati fuq is-sit web malli jkunu lesti. Fl-istess ħin, toħroġ stqarrija għall-istampa u tiġi organizzata konferenza stampa.
Is-SAO jippreżenta r-rapporti tal-awditjar lill-Parlament immedjatament wara li jkunu lesti u jiġu ppubblikati.
Is-SAO jippubblika r-Rapport ta’ Ħidma Annwali u l-Pjanijiet Annwali u Strateġiċi fuq is-sit web tiegħu (l-ewwel wieħed, jiġi ppubblikat biss ladarba l-Parlament ikun ġie infurmat dwaru).
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-SAO jikkoopera ma’ awtoritajiet oħra tal-Istat fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija u l-indipendenza tiegħu. F’konformità ma’ dan ir-rekwiżit, l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar jikkoopera mal-korpi ġudizzjarji u statali.
Wara li jiġu ppreżentati lill-Parlament, ir-rapporti tal-awditjar jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.
Is-SAO jippreżenta wkoll ir-rapporti tal-awditjar meħtieġa u d-dokumentazzjoni disponibbli lill-Ministeru għall-Intern, fuq talba ta’ dan tal-aħħar.
Wara l-awditjar tal-partiti politiċi, tar-rappreżentanti indipendenti u tal-membri tal-korpi rappreżentattivi tal-unitajiet lokali eletti mil-lista ta’ votanti, is-SAO jrid jinforma lill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat bi kwalunkwe ksur tal-Liġi. L-Uffiċċju jikkoopera mal-Kummissjoni Elettorali tal-Istat, mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, mal-Uffiċċju għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata, mal-Ministeru għall-Intern, kif ukoll mal-qrati u ma’ korpi statali oħra.
Is-SAO jżomm relazzjonijiet mill-qrib ma’ SAIs nazzjonali u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tal-awditjar oħra, u huwa involut b’mod attiv fl-attivitajiet tal-korpi u tal-gruppi ta’ ħidma tagħhom. Is-SAO jikkoopera wkoll ma’ diversi organizzazzjonijiet, korpi u istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, mal-komunità akkademika u mal-pubbliku ġenerali.
IL-LATVJA
VALSTS KONTROLE
Mill-1991 Twaqqaf fl-1923 Sit web: lrvk.gov.lv |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jiffaċilita:
- l-użu effiċjenti u legali tal-flus tal-kontribwenti;
- il-ġestjoni finanzjarja u l-obbligu ta’ rendikont fin-nefqa pubblika;
- it-teħid ta’ deċiżjonijiet ġusti u trasparenti fis-settur pubbliku.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Statali tal-Awditjar (SAO) tar-Repubblika tal-Latvja jwettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni biex jivverifika:
- id-dħul u l-infiq tal-baġits statali u muniċipali, inkluż l-assorbiment ta’ fondi tal-UE għall-assistenza finanzjarja u dawk ta’ organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet internazzjonali oħra;
- l-azzjonijiet relatati ma’ proprjetà tal-Istat u tal-Gvern lokali.
Kull sena, is-SAO jipprovdi opinjoni tal-awditjar lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġits tal-Istat u dawk muniċipali, kif ukoll opinjonijiet dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jkunux tħejjew b’mod korrett mill-ministeri u minn istituzzjonijiet oħra tal-Gvern ċentrali.
Is-SAO jippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kabinett tal-Ministri:
- rigward awditi finanzjarji f’entitajiet awditjati li għalihom is-SAO jkun ħareġ opinjoni kwalifikata jew opinjoni avversa, jew ċaħda tal-opinjoni;
- rigward l-awditi tal-prestazzjoni kollha; u
- rigward sejbiet partikolarment importanti u sinifikanti.
Jekk matul l-awditi jiġi identifikat xi ksur ta’ standards legali, is-SAO jrid jinforma lill-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi rilevanti, kif meħtieġ. Is-SAO għandu dritt jirkupra telf mill-baġit tal-Istat jew tal-gvern lokali ikkawżat min-negliġenza professjonali ta’ persuna, meta jiġi identifikat minn awditu, jekk il-persuna ma tikkumpensax dak it-telf b’mod volontarju u jekk il-parti awditjata jew l-istituzzjoni superjuri tagħha ma tieħux azzjoni biex tirkupra t-telf.
Sabiex jiġu eliminati d-defiċjenzi misjuba matul l-awditi, is-SAO għandu l-mandat li joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-entitajiet awditjati u li jissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
Is-SAO għandu dritt ta’ aċċess għal kull informazzjoni li jqis li hija meħtieġa għat-twettiq tax-xogħol tiegħu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja (1922);
- Il-Liġi dwar l-Uffiċċju Statali tal-Awditjar (2002).
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-SAO jawditja:
- l-istituzzjonijiet tal-Istat (14-il ministeru u l-131 istituzzjoni subordinata tagħhom, 13-il istituzzjoni tal-Istat ċentrali); kif ukoll universitajiet nazzjonali u reġjuni tal-ippjanar;
- l-unitajiet tal-gvern lokali (43 muniċipalità ubliet), u l-istituzzjonijiet subordinati tagħhom;
- intrapriżi tal-Istat jew tal-Gvern lokali, jew kumpaniji privati li jinvolvu sjieda tal-Istat;
- kumpaniji kummerċjali, soċjetajiet, fondazzjonijiet u persuni fiżiċi oħra; (1) jekk ir-riżorsi tal-Istat jew tal-Gvern lokali jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom jew miżmuma għandhom, (2) jekk huma jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat jew tal-Gvern lokali, jew (3) jekk huma jwettqu akkwist pubbliku mill-Istat jew mill-Gvern lokali.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Is-SAO tal-Latvja huwa istituzzjoni suprema tal-awditjar kolleġġjali indipendenti mmexxija minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-SAO huwa wieħed mis-sitt korpi kostituzzjonali fil-Latvja. Huwa kompletament indipendenti u twaqqaf bħala istituzzjoni suprema tal-awditjar kolleġġjali, element ewlieni fis-sistema ta’ kontroll finanzjarju tal-Istat, filwaqt li jservi l-interessi pubbliċi billi jipprovdi aċċertament indipendenti dwar l-użu legali, korrett, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tar-riżorsi tal-Gvern ċentrali u lokali, u jippromwovi l-ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll proċess trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fis-settur pubbliku.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Is-SAO jippreżenta r-rapporti u l-opinjonijiet tiegħu lill-Parlament Latvjan (Saeima) u lill-Kabinett tal-Ministri.
IL-PARLAMENT
Is-SAO jikkoopera mill-qrib ma’ kumitati parlamentari differenti, iżda fil-biċċa l-kbira mal-Kumitat għall-Awditjar u n-Nefqa Pubblika (PEAC), li huwa r-riċevitur prinċipali tar-rapporti tas-SAO. Is-SAO jinforma lill-PEAC dwar ir-riżultati tal-awditi kollha mwettqa, id-defiċjenzi fl-attivitajiet tas-setturi rispettivi u l-ksur tad-dispożizzjonijiet regolatorji identifikati mill-awditi, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-PEAC, fih innifsu, jagħti wkoll segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-SAO.
L-Awditur Ġenerali jirrapporta lis-Saeima dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju Statali tal-Awditjar darba fis-sena.
IL-KABINETT TAL-MINISTRI
Is-SAO jikkomunika wkoll ir-rapporti u l-opinjonijiet tal-awditjar lill-Kabinett tal-Ministri. Is-SAO jippreżenta rapporti lill-Kabinett tal-Ministri rigward l-awditi finanzjarji f’entitajiet awditjati li għalihom is-SAO jkun ħareġ opinjoni kkwalifikata, opinjoni avversa, jew ċaħda tal-opinjoni, u jippreżenta wkoll rapporti dwar l-awditi tal-prestazzjoni kollha u kull sejba partikolarment importanti u sinifikanti.
— ORGANIZZAZZJONI
KORP GOVERNATTIV
Is-SAO huwa rregolat mill-Awditur Ġenerali (il-President) u mill-Kunsill tas-SAO, li huwa magħmul mid-diretturi tal-ħames dipartimenti tal-awditjar u mid-Dipartiment tal-Awditjar u l-Metodoloġija.
MANDAT
4 snin, u mhux għal aktar minn żewġ termini konsekuttivi.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri tal-Kunsill jinħatru mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Awditur Ġenerali.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-Awditur Ġenerali jamministra u jimmaniġġja x-xogħol tas-SAO, inkluż l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, id-Diviżjonijiet ta’ Appoġġ u l-Kanċellerija, responsabbli għall-ippjanar finanzjarju u l-kontabbiltà tas-SAO, l-organizzazzjoni taż-żamma tar-rekords, l-attivitajiet ta’ manutenzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni.
Il-Kunsill tas-SAO jikkonsisti fl-Awditur Ġenerali (il-President) u sitt Membri tal-Kunsill li huma d-Diretturi tad-dipartimenti tal-Awditjar. Il-Kunsill japprova l-biċċa l-kbira mid-dokumenti li jirregolaw il-prestazzjoni tas-SAO.
Is-SAO għandu ħames Dipartimenti tal-Awditjar u Dipartiment tal-Awditjar u l-Metodoloġija, li jwettaq awditi u, minbarra dan, ifassal, jaġġorna u jimplimenta l-metodoloġija tal-awditjar tas-SAO. Kull dipartiment tal-awditjar jikkonsisti f’Direttur u żewġ jew tliet Setturi tal-Awditjar. Id-Dipartimenti tal-Awditjar iwettqu awditi skont il-Pjan Annwali tal-Awditjar approvat mill-Kunsill tas-SAO. Kull Dipartiment tal-Awditjar huwa responsabbli għal ċerti entitajiet awditjati u ċerti oqsma tal-awditjar speċifiċi.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 161 FTE (1 ta' Marzu 2023) (madwar 75 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 20 %; ♀ 80 %. Età medja: 43
BAĠIT
- EUR 7.45 miljun (2023)
- Madwar 0.08 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Ix-xogħol tal-awditjar jiġi ppjanat kull sena u jiġi approvat mill-Kunsill tas-SAO.
L-iżvilupp tal-programm ta’ ħidma tal-awditjar ġenerali tas-SAO jikkonsisti f’dawn l-istadji li ġejjin:
- żvilupp tal-Istrateġija tas-SAO;
- evalwazzjoni strateġika tal-oqsma tal-awditjar;
- tħejjija tas-suġġetti tal-awditjar;
- żvilupp tal-pjan ta’ ħidma tas-SAO.
Il-pjan ta’ ħidma tas-SAO huwa biss għall-użu intern, iżda l-Ispeaker tal-Parlament jiġi infurmat dwar id-direzzjonijiet tal-awditjar ippjanati għas-sena.
Id-dipartimenti tal-awditjar iwettqu x-xogħol skont il-pjan. Id-diretturi tad-dipartimenti u l-kapijiet tas-setturi jieħdu deċiżjonijiet dwar ambiti speċifiċi tal-awditjar, il-mistoqsijiet relatati mal-awditjar u l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-awditjar.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-SAO jwettaq:
- awditi finanzjarji, biex jiġi vvalutat jekk ir-rapporti finanzjarji jkunux tħejjew f’konformità mar-regolamenti rilevanti;
- awditi tal-konformità u tal-prestazzjoni, biex jiġi vvalutat jekk l-entità awditjata tkunx qed topera skont ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi u jekk l-entità awditjata tkunx qed twettaq l-operazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet tagħha b’mod ekonomiku u effettiv.
Is-SAO jwettaq l-awditi kollha f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISSAIs). Id-deċiżjonijiet dwar approċċi u metodi speċifiċi jibqgħu għad-diskrezzjoni tas-SAO. L-entitajiet awditjati jistgħu jirreaġixxu għas-sejbiet tal-awditjar tas-SAO. Huma meħtieġa wkoll li jipprovdu rapporti tal-progress dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
Għall-kontroll intern u estern kontinwu tal-kwalità hemm qafas estensiv.
Is-SAO juża wkoll manwali tal-awditjar finanzjarju, tal-prestazzjoni u tal-konformità, linji gwida prattiċi tal-awditjar u proċeduri interni speċifiċi maħluqa minnu stess. Dawn id-dokumenti huma biss għall-użu intern.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-SAO jippubblika:
- opinjoni dwar ir-rapport finanzjarju li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat u l-baġits tal-Gvern lokali;
- opinjonijiet dwar jekk ir-rapporti annwali jkunux tħejjew b’mod korrett mill-ministeri u minn istituzzjonijiet oħra tal-Istat ċentrali;
- rapporti dwar l-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità;
- dokumenti ta’ diskussjoni bbażati fuq is-sejbiet mill-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità li jkunu twettqu; u
- ir-rapport annwali tas-SAO.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
F’konformità mal-Liġi dwar is-SAO, dan tal-aħħar jinforma regolarment lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċittadini dwar l-awditi mwettqa, billi jippubblika r-rapporti u l-opinjonijiet kollha tal-awditjar fuq is-sit web tiegħu, wara li dawn ikunu saru effettivi. Il-mezzi ta’ distribuzzjoni l-aktar komuni għall-informazzjoni dwar l-awditjar huma s-sit web uffiċjali tas-SAO u l-midja pubblika – il-ġurnalisti u l-midja soċjali (Facebook, Twitter, YouTube, PodBean). Il-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-awditjar hija dejjem akkumpanjata minn stqarrijiet għall-istampa jew konferenzi stampa. F’xi każijiet, meta s-suġġett awditjat ikun ta’ interess pubbliku akbar, jitħejjew sommarji tar-rapporti tal-awditjar u prodotti awdjoviżivi li jkunu viżwalment aċċessibbli u li jinftiehmu faċilment biex jintużaw f’komunikazzjoni ulterjuri. Minbarra r-riżultati tal-awditjar, il-pubbliku jiġi infurmat ukoll dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar. Dan jiġi prinċipalment ikkomunikat permezz tal-midja soċjali. Is-sommarji tar-rapporti tal-awditjar huma disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit web tas-SAO.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-SAO jikkoopera mill-qrib mas-settur akkademiku, pereżempju mal-Iskola tal-Ekonomija ta’ Stokkolma f’Riga, biex iżomm is-sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-awdituri tas-settur pubbliku fir-Repubblika tal-Latvja.
Is-SAO qed jikkoopera ma’ awdituri tas-settur privat u, b’mod partikolari, mal-Assoċjazzjoni Latvjana ta’ Awdituri Ċċertifikati, biex b’hekk isaħħaħ kontinwament is-sistema biex ix-xogħol ta’ Awdituri Ċċertifikati fl-awditi finanzjarji tas-SAO fil-muniċipalitajiet jintuża b’mod effettiv.
IL-LITWANJA
VALSTYBĖS KONTROLĖ
Mill- 1990 Twaqqaf fl- 1919 Sit web: www.valstybeskontrole.lt |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Biex jippromwovi l-progress fis-settur pubbliku u l-bidliet meħtieġa għas-soċjetà.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Is-setgħat tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Litwanja (NAO) huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar, u atti legali oħra.
L-NAO jissorvelja l-legalità u l-effiċjenza tal-ġestjoni u l-użu tal-proprjetà tal-Istat u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istat, iwettaq awditi pubbliċi, jeżerċità kontrolli fuq il-politika baġitarja u jwettaq attivitajiet oħra biex jikseb l-objettivi stabbiliti fil-Liġi dwar in-NAO.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika: Il-Kapitolu dwar in-NAOL (1992);
- Il-Liġi dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (1995, riformulazzjoni 01/07/2021).
RESPONSABBILITAJIET TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-AWDITJAR
In-NAO jawditja:
- il-kontijiet annwali konsolidati msemmija fil-Liġi dwar il-Kontroll mill-Istat
- l-użu tal-fondi mill-baġit tal-Istat allokati għall-baġits muniċipali;
- l-appoġġ finanzjarju mill-UE riċevut mir-Repubblika tal-Litwanja;
- il-baġit tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
In-NAO huwa istituzzjoni indipendenti suprema tal-awditjar li tagħti rendikont lill-Parlament u li mhix formalment relatata ma’ korpi governattivi oħra.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
In-NAO jagħti rendikont lill-Parlament u jassistih fit-twettiq tal-kontroll parlamentari tiegħu. Għalhekk, il-Parlament u n-NAO jżommu relazzjonijiet mill-qrib.
L-aktar relazzjonijiet mill-qrib huma mal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Awditu, li jqis ir-rapporti tan-NAO u jikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tan-NAO permezz tad-deċiżjonijiet tiegħu. Meta jwettaq kontroll fuq il-politika baġitarja in-NAO jikkoordina mal-Kumitat tal-Parlament dwar il-Baġit u l-Finanzi, li jqis ir-rapporti u l-konklużjonijiet sottomessi lilu min-NAO.
Il-Parlament jista’ jassenja lin-NAO ċerti awditi li huma fi ħdan il-kompetenza tan-NAO.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
In-NAO huwa mmexxi minn Awditur Ġenerali u tliet Deputati Awdituri Ġenerali. Attwalment hemm tliet Deputati Awdituri Ġenerali fil-kariga.
Skont il-Liġi dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tar-Repubblika tal-Litwanja, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar irid iwaqqaf Kunsill bħala korp ta' konsulenza tal-Awditur Ġenerali.
MANDAT
Id-Deputati Awdituri Ġenerali jinħatru għal terminu ta’ 5 snin, li jista’ jiġġedded darba.
METODU TAL-GĦAŻLA
Id-Deputati Awdituri Ġenerali jinħatru mill-President tar-Repubblika fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali.
Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-Kunsill tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar huma approvati mill-Awditur Ġenerali.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
In-NAO jikkombina tliet funzjonijiet f’istituzzjoni waħda:
- istituzzjoni suprema tal-awditjar;
- istituzzjoni tal-awditjar għall-investimenti tal-Unjoni Ewropea;
- istituzzjoni fiskali.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 245 impjegati , 3 minnhom jaħdmu part-time (1 ta’ April 2023) (67 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 23 %; ♀ 77 %. Età medja: 44 sena
BAĠIT
- €10.016 miljun (2023)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
In-NAO jippjana l-awditi u l-evalwazzjonijiet tiegħu fi programmi annwali tal-awditjar, għad-diskrezzjoni proprja tiegħu. Fl-istadju tal-ippjanar isir monitoraġġ tal-attività tas-settur pubbliku, tinġabar id-data u jiġu analizzati r-riskji eżistenti u dawk potenzjali. Il-partijiet ikkonċernati tan-NAO jistgħu jipproponu ideat tal-awditjar.
Il-programm ta’ ħidma jista’ jiġi emendat kontinwament biex ikun jirrifletti l-iżviluppi attwali.
— METODI TAL-AWDITJAR
In-NAO jwettaq awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni. Il-metodoloġiji kollha użati jikkonformaw mal-ISSAIs u mal-aħjar prattika internazzjonali.
Il-partijiet awditjati huma intitolati li jikkummentaw dwar l-abbozzi tar-rapporti tal-awditjar.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika fuq bażi annwali:
- rapport tal-attività;
-
konklużjonijiet tal-awditi finanzjarji u r-rapporti dwar:
- il-kontijiet annwali konsolidati tal-Istat;
- il-kontijiet annwali konsolidati tal-Fondi Soċjali tal-Istat;
- il-kontijiet annwali konsolidati tal-Fond ta' Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorju;
- il-kontijiet annwali konsolidati tal-Fond tal-Annwalità tal-Pensjoni tal-Istat
- il-kontijiet annwali konsolidati nazzjonali tal-Istat.
- rapporti tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità;
- rapporti dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;
- konklużjonijiet/rapporti dwar evalwazzjonijiet, rapporti analitiċi.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
In-NAO jippreżenta r-rapport annwali tal-attività tiegħu, ir-rapporti tal-awditjar u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni kollha tiegħu, u rapporti dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-awditjar pubbliku lill-Parlament.
In-NAO jippubblika ir-rapporti tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet u l-opinjonijiet kollha tiegħu, u r-rapport annwali tal-attività tiegħu fuq is-sit web tiegħu. Data dwar ir-riżultati tal-awditi pubbliċi, il-monitoraġġ tal-politika baġitarja u l-awditi tal-investimenti tal-Unjoni Ewropea huma disponibbli wkoll għall-pubbliku fuq il-portal ta' data miftuħa tal-Litwanja.
Ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-awditjar pubbliku (status tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, entitajiet responsabbli, u l-bidliet li seħħew b'segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet) jiġu aġġornati kontinwament u ppubblikati bħala data miftuħa fuq is-sit web tan-NAO u fuq il-portal ta' data miftuħa tal-Litwanja.
In-NAO jwettaq l-attivitajiet tiegħu skont i il-prinċipji tal-indipendenza, it-trasparenza, il-legalità u l-professjonaliżmu.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
In-NAO jikkoopera mal-Parlament, mal-Ministeru tal-Finanzi, mal-Kamra Litwana tal-Awdituri, u mal-Assoċjazzjoni tal-Awdituri Interni kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Kontrolluri Muniċipali, bl-għan li jikkondividu l-esperjenzi u jiżviluppaw standards komuni.
In-NAO kkonkluda ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Bank tal-Litwanja, il-Kummissjoni Uffiċjali Prinċipali dwar l-Etika, l-Ispettorat Statali tat-Taxxa, il-Kunsill tal-Kompetizzjoni, il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku, is-Servizz ta’ Investigazzjoni Speċjali, is-Servizz ta’ Investigazzjoni ta’ Reati Finanzjarji, l-Aġenzija tal-Istat dwar id-Data, il-muniċipalitajiet tal-ibliet ta' Vilnius, Kaunas u Klaipėda,il-Fakultà tal-Ekonomija u l-Amministrazzjoni tan-Negozju,tal-Università ta’ Vilnius, l-Università ta’ Vytautas Magnus,l-Università ta’ Mykolas Romeris, l-Assoċjazzjoni tal-Kontrolluri Muniċipali, il-Kamra Litwana tal-Awdituri u l-Assoċjazzjoni tal-Awdituri Interni.
Biex tiġi żgurata l-kwalità tal-awditi tan-NAO, jitwettqu regolarment evalwazzjonijiet bejn il-pari.
IL-LUSSEMBURGU
COUR DES COMPTES
Mill- 2000 Twaqqfet fl- 1840 Sit web: www.cour-des-comptes.public.lu |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Bħala awditur estern, il-Cour des comptes teżamina l-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa pubbliċi, kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi pubbliċi. Għalhekk, hija tivverifika l-ekonomija, l-effettività u l-effiċjenza tan-nefqa pubblika mingħajr, madankollu, ma tagħmel ġudizzju dwarl-adegwatezza tal-ispejjeż.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Lussemburgu (LCA) tikkontrolla l-ġestjoni finanzjarja tal-istrumenti, l-amministrazzjonijiet u s-servizzi tal-Istat. Il-Qorti hija intitolata wkoll li teżamina korpi pubbliċi oħra, dment li dawn ma jkunux suġġetti għal sistema oħra ta’ awditjar finanzjarju preskritt mil-leġiżlazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti tista’ tawditja l-użu tal-fondi pubbliċi li jkunu ngħataw għal skop partikolari lill-entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku u lill-entitajiet individwali u ġuridiċi fis-settur privat f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ dawn il-fondi pubbliċi skont l-iskop intenzjonat tagħhom.
Fit-twettiq tax-xogħol tagħha, l-LCA għandha d-dritt ta’ aċċess għal dawk id-dokumenti kollha li tqis li huma meħtieġa. Minbarra x-xogħol tal-awditjar, l-LCA tista’ tiġi kkonsultata mill-Parlament biex tesprimi opinjoni dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Artikolu 105, li ġie rivedut, tal-Kostituzzjoni Lussemburgiża (1868);
- Il-Liġi dwar il-Cour des Comptes (it-8 ta’ Ġunju 1999), kif emendata.
ENTITAJIET AWDITJATI
L-LCA tawditja:
- strumenti, amministrazzjoni u servizzi tal-Istat;
- ministeri;
- aġenziji governattivi;
- korpi pubbliċi oħra; u
- partijiet minn entitajiet pubbliċi u privati ffinanzjati permezz ta’ għotjiet pubbliċi; u
- partiti politiċi.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura kolleġġjali mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-LCA hija istituzzjoni indipendenti.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Ir-relazzjoni mal-Parlament hija konsultattiva. L-LCA tippreżenta r-rapporti kollha tagħha lill-Parlament. Barra minn hekk, l-LCA tista’ tiġi kkonsultata matul l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni. Il-Parlament jista’ jitlob ukoll lil-LCA biex twettaq awditu relatat ma’ suġġett speċifiku.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-LCA hija rregolata minn kulleġġ magħmul mill-President, il-Viċi President u tliet konsulenti.
MANDAT
6 snin, jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri tal-kulleġġ tal-LCA jinħatru mill-Gran Duka fuq proposta tal-Parlament, li jħejji lista ta’ kandidati.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-LCA tieħu d-deċiżjonijiet fuq bażi kolleġġjali b’maġġoranza ta’ voti. Il-President jippresiedi l-laqgħat u għandu l-vot deċiżiv f’każ li l-voti jkunu ndaqs.
Hija organizzata f’sezzjoni tal-awditjar u sezzjoni tal-amministrazzjoni. Is-sezzjoni tal-awditjar hija magħmula minn erba’ dipartimenti tal-awditjar, kull wieħed immexxi minn Membru.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 32 (2023)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 65.6 %; ♀ 34.4 %
BAĠIT
- EUR 5.2 miljun (2023)
- Il-baġit tal-Istat jagħmel proviżjoni għall-manutenzjoni tal-LCA abbażi tal-estimi ta’ din tal-aħħar.
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-LCA tiddeċiedi fuq il-programm ta’ ħidma annwali tagħha b’mod indipendenti. Il-proċedura tal-ippjanar tiġi ffissata mill-collegium tal-LCA, li jadotta l-programm ta’ ħidma tagħha fi tmiem is-sena preċedenti.
Il-Parlament jista’ jitlob lil-LCA biex twettaq awditi f’ċerti oqsma.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-LCA twettaq awditi finanzjarji u tal-prestazzjoni.
Matul il-proċess tal-awditjar, l-LCA tippreżenta s-sejbiet lill-entitajiet awditjati, li jistgħu jwieġbu b’kummenti fi ħdan perjodu ta’ żmien determinat, qabel ma r-rapporti jiġu ppreżentati lill-Parlament.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-LCA tippubblika:
- rapport ġenerali dwar il-kontijiet tal-Istat;
- rapporti speċjali dwar oqsma speċifiċi ta’ ġestjoni finanzjarja, imħejjija fuq inizjattiva proprja tal-LCA jew fuq talba tal-Parlament; u
- opinjonijiet dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
L-LCA tippreżenta r-rapporti annwali u r-rapporti speċjali tagħha lill-Parlament u tippubblikahom ukoll fuq is-sit web tagħha.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
L-LCA tikkoopera mill-qrib mal-entitajiet awditjati tagħha u mal-ministri rilevanti.
MALTA
L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Mill- 1997 Twaqqaf fl- 1814 Sit web: www.nao.gov.mt |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jgħin fil-promozzjoni tal-kontabilità, l-aġir korrett u l-aħjar prattiki fl-operat governattiv.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta (NAO) huwa l-istituzzjoni nazzjonali tal-awditjar, responsabbli għall-awditjar estern tal-Gvern ċentrali u dak lokali. Il-funzjoni mandatorja tiegħu hija li jwettaq awditjar finanzjarju u ta’ osservanza tal-Gvern ċentrali.
Barra minn hekk, huwa jista’ jwettaq awditjar fuq kull kwistjoni relatata mal-finanzi tal-Gvern, proprjetà jew fondi amministrati jew taħt il-kontroll ta’ xi dipartiment jew uffiċċju governattiv.
L-NAO jista’ jawditja wkoll il-kontijiet u/jew l-attivitajiet ta’ dawk l-awtoritajiet pubbliċi jew korpi amministrattivi, li jżommu jew jagħmlu użu, sew b’mod dirett kif ukoll indirettament, minn fondi pubbliċi. Jista’ wkoll jawditja l-operat ta’ kumpaniji jew entitajiet oħra li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma.
Il-liġi tal-NAO tagħti poter lill-Uffiċċju biex iwettaq awditi ta’ prestazzjoni li jeżaminaw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività ta’ programmi, funzjonijiet, inizjattivi jew attivitajiet oħra tas-settur pubbliku.
L-NAO huwa responsabbli wkoll għall-awditjar tal-Gvern lokali. Għalhekk, għal dan ix-xogħol jaħtar awdituri privati biex iwettqu awditjar għall-kunsilli lokali, filwaqt li jipprovdilhom sapport tekniku u amministrattiv.
L-NAO għandu d-dritt ta’ aċċess għal kull informazzjoni li jqis li tkun meħtieġa għax-xogħol li jkun qed iwettaq.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni ta’ Malta: L-Artikolu 108 (1964);
- L-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (1997);
- L-Ordni Permanenti Nru 120 tal-Kamra tad-Deputati (1995);
- L-Att dwar Gvern Lokali (1995).
ENTITAJIET AWDITJATI
In-NAO jawditja:
- ministeri: 21 (mandatorji);
- kull dipartiment u uffiċċju tal-Gvern (mandatorji);
- Gvern lokali (mandatorju fit-termini tal-Att dwar Gvern Lokali), kif indikat taħt “Mandat” aktar ’il fuq;
- awtoritajiet pubbliċi jew korpi amministrattivi, li jżommu jew jagħmlu użu, sew b’mod dirett kif ukoll indirettament, minn fondi pubbliċi (mhumiex mandatorji, sakemm mhux speċifikament stipulati minn leġiżlazzjoni rilevanti);
- korpi li jżommu jew jagħmlu użu minn fondi tal-Gvern (mhumiex mandatorji, sakemm mhux speċifikament stipulati minn leġiżlazzjoni rilevanti);
- kumpaniji jew entitajiet oħra, li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma (mhumiex mandatorji).
Nota: L-NAO huwa primarjament obbligat li jwettaq awditjar ta’ natura finanzjarja u ta’ osservanza tal-Gvern ċentrali, u jista’ jagħmel kull tip ta’ awditjar sew fuq il-Gvern ċentrali u dak lokali, kif ukoll ta’ korpi oħra li jżommu jew jamministraw fondi pubbliċi. Madankollu, entitajiet pubbliċi u entitajiet oħra li mhumiex tal-Gvern ċentrali jiġu awditjati minn awdituri mis-settur privat.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar li huwa indipendenti mill-Gvern u mmexxi minn Awditur Ġenerali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-NAO huwa l-Awditur Estern tal-Gvern. Huwa indipendenti għalkollox fix-xogħol ta’ awditjar li jkun qed iwettaq. L-Awditur Ġenerali ma għandux ikun suġġett għall-awtorità jew għall-kontroll ta’ xi ħadd.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-Awditur Ġenerali jirrapporta direttament lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.
Il-Kumitat Permanenti Parlamentari Dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament (PAC) u l-Ministru responsabbli għall-Finanzi jistgħu jitolbu lill-NAO biex iwettaq investigazzjonijiet f’kull kwistjoni li taqa’ taħt il-mandat tal-NAO. Fit-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Gvern lokali, il-Ministru responsabbli għall-Gvern lokali jista’ wkoll jitlob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga kunsilli lokali.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Għalkemm ma jeżisti ebda korp governattiv uffiċjali, l-Awditur Ġenerali huwa assistit minn Deputat Awditur Ġenerali u tliet Assistenti Awdituri Ġenerali.
METODU TAL-GĦAŻLA
Kemm l-Awditur Ġenerali kif ukoll id-Deputat Awditur Ġenerali jinħatru mill-President, kif inhu spjegat aktar ’il fuq.
L-Assistenti Awdituri Ġenerali jinħatru permezz ta’ sejħa interna u/jew esterna għall-applikazzjonijiet. Bord intern jintervista u jagħmel ir-rapporti tiegħu dwar il-kandidati għal din il-kariga. L-Awditur Ġenerali jaħtar f’din il-kariga lil dak il-kandidat li jkun mar l-aħjar fl-intervista, fuq rakkomandazzjoni tal-istess Bord.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-NAO huwa mqassam f’erba’ sezzjonijiet, bl-ewwel tlieta mmexxija minn Assistent Awditur Ġenerali. Dawn huma:
- Is-Sezzjoni tal-Awditjar Finanzjarju u ta’ Osservanza, li għandha r-responsabbità li tanalizza r-Rapport Finanzjarju tal-Gvern, għall-awditjar ta’ għadd ta’ ministeri u dipartimenti tal-Gvern, Gvern lokali u għadd ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern;
- Is-Sezzjoni tal-Awditjar tal-Prestazzjoni, li hi responsabbli minn xogħol ta’ awditjar ta’ prestazzjoni jew ta’ valur għall-flus;
- Is-Sezzjoni ta’ Awditjar Speċjali u Investigazzjonijiet, li hi responsabbli minn rapporti investigattivi, li normalment jiġu mitluba mill-Kumitat Permanenti Parlamentari Dwar il-Kontijiet Pubbliċi jew mill-Ministru responsabbli għall-Finanzi; u
- Is-Sezzjoni tal-ICT, li hija responsabbli mill-awditjar tal-IT, kif ukoll tipprovdi sapport f’dan il-qasam lil sezzjonijet oħra tal-Uffiċċju waqt ix-xogħlijiet rispettivi tagħhom ta’ awditjar.
Minbarra s-sezzjonijiet tal-awditjar, hemm sezzjoni oħra – is-sezzjoni tal-finanzi u amministrazzjoni mmexxija minn Maniġer – responsabbli minn kwistjonijiet relatati mal-finanzi, l-amministrazzjoni u r-riżorsi umani.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 58 FTE (Diċembru 2022) (81 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 40 %; ♀ 60 %. Età medja: 46
BAĠIT
- EUR 3.85 miljun (2021) EUR 3.9 miljun (2022)
- Il-baġit tal-NAO huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-baġit ġenerali ta’ Malta.
- Madwar 0.07 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-NAO huwa ħieles għalkollox f’dik li hi għażla ta’ materjal li jħoss li għandu jawditja. Il-PAC u l-Ministeru responsabbli għall-Finanzi jistgħu wkoll jitolbu lill-NAO jagħmel investigazzjoni b’rabta ma’ fondi pubbliċi. Għalkemm l-NAO normalment isegwi talbiet bħal dawn, huwa mhuwiex obbligat li jagħmel dan.
L-NAO jipprepara l-pjanijiet tal-awditjar li jkun se jagħmel f’dik is-sena partikolari, billi qabelxejn jagħmel lista sħiħa tagħhom, li mbagħad tiġi approvata mill-Awditur Ġenerali u mid-Deputat Awditur Ġenerali.
Waqt li jkun qed jagħżel dawk l-oqsma tal-awditjar biex jiddaħħlu fil-programm annwali tal-awditjar, l-NAO jadotta kriterji differenti, bħal: riskji perċepiti li jikkonċernaw is-suġġett, topikalità tal-kwistjoni, materjalità soċjali u finanzjarja, sa fejn suġġett magħżul jista’ jkun ta’ interess għall-Parlament, il-Gvern, il-midja u l-pubbliku. L-Uffiċċju għandu wkoll sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju fuq il-ministeri tal-Gvern li ġiet introdotta riċentament u għadha qed tiġi żviluppata aktar biex tkopri korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u elementi oħra ta' riskji. Dawn l-eżerċizzji jwasslu għal firxa iktar bilanċjata ta' awditi.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-NAO jwettaq awditjar ta’ natura finanzjarja, ta’ osservanza, ta’ prestazzjoni, investigattivi, u ta’ IT.
Ir-rapporti finanzjarji u ta’ osservanza jiġu ppubblikati kull sena, mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru. Rapporti oħra jiġu ppubblikati hekk kif jiġu ffinalizzati.
Flimkien ma’ dan kollu, l-NAO kull sena jippubblika ġabra ta’ dawk is-sejbiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar li jkunu għamlu l-awdituri tal-Gvern lokali lejn tmiem is-sena (titolu: Report by the Auditor General on the Workings of Local Government).
L-NAO jwettaq ix-xogħol tal-awditjar tiegħu b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti, u għandu l-manwali tiegħu stess għal dawk li huma xogħlijiet ta’ awditjar finanzjarju, ta’ osservanza u ta’ prestazzjoni.
Barra minn hekk, biex jiggwidah waqt ix-xogħlijiet ta’ awditjar tal-prestazzjoni li jkollu, l-NAO jimxi mal-Approċċ IADC (Issue Analysis and Drawing Conclusions), fejn janalizza l-kwistjonijiet u jislet il-konklużjonijiet tiegħu dwarhom.
Fl-aħħar nett, huwa għandu l-kodiċi ta’ kondotta professjonali tiegħu stess, li l-impjegati tiegħu huma obbligati jsegwu.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
In-NAO jippubblika:
- rapport annwali dwar il-kontijiet pubbliċi;
- rapport annwali dwar il-ħidmiet tal-Gvern lokali;
- rapporti annwali tal-awditjar ta’ segwitu;
- rapport annwali u rapporti finanzjarji tal-NAO u
- rapporti fuq bażi stand-alone dwar awditjar tal-prestazzjoni, rapporti investigattivi, u tipi oħra ta’ rapporti tal-awditjar li mhumiex imsemmija hawn fuq.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
L-NAO jippreżenta kull rapport tal-awditjar, u rapporti oħra tiegħu, lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati. Kull pubblikazzjoni tinkludi fiha sommarju eżekuttiv b’sinteżi qasir tar-rapport, kif ukoll stqarrija għall-istampa li fiha jissemmew il-punti l-aktar importanti tiegħu. L-NAO jippubblika r-rapporti kollha fuq is-sit web u fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, wara li dawn ikunu ġew ippreżentati lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
L-NAO għandu relazzjonijiet bilaterali mill-qrib ma’ għadd ta’ SAIs oħra tal-Istati Membri tal-UE. Apparti li hu membru tal-INTOSAI, l-EUROSAI u l-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Unjoni Ewropea, l-NAO huwa wkoll membru tan-network ta’ Awdituri Ġenerali fil-pajjiżi tal-Commonwealth.
L-NAO jipparteċipa wkoll b’mod attiv f’għadd ta’ networks internazzjonali, speċjalment dawk tal-Grupp ta’ Ħidma tal-IT tal-EUROSAI u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Awditjar Ambjentali tal-EUROSAI.
Barra minn hekk, jikkollabora mal-Università ta’ Malta u huwa membru ta’ għadd ta’ Kumitati Governattivi bħala osservatur.
IN-NETHERLANDS
ALGEMENE REKENKAMER
Mill- 1814 Twaqqfet fl- 1447 Sit web: www.rekenkamer.nl |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li tgħin biex isir titjib fil-prestazzjoni u fl-operat tal-Gvern ċentrali u tal-istituzzjonijiet assoċjati miegħu.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awditjar tan-Netherlands (NCA) tivverifika jekk il-gvern ċentrali huwiex qiegħed jonfoq flus il-kontribwenti b’mod għaqli, ekonomiku u prudenti. Il-kompitu statutorju tagħha huwa li tawditja l-introjtu u l-infiq tal-Gvern, li dwarhom tibgħat rapport lill-Parlament darba fis-sena fil-“Jum tal-Obbligu ta’ Rendikont” (it-tielet nhar ta’ Erbgħa f’Mejju). Abbażi tal-opinjoni tal-NCA, il-Parlament jista’ jiddeċiedi jekk jagħtix kwittanza lill-Gvern. Barra minn hekk, l-NCA tibgħat rapporti lill-Parlament dwar awditi individwali, u b’hekk l-MPs ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk il-politika tal-ministru rilevanti kinitx effettiva.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Artikoli 76, 77 u 78 tal-Kostituzzjoni Netherlandiża (1814);
- L-Att dwar il-Kontijiet tal-Gvern (2016).
ENTITAJIET AWDITJATI
L-NCA tawditja:
- 23 sezzjoni tal-baġit tal-Istat, prinċipalment ministeri u fondi tal-Istat; u
- aktar minn 100(grupp ta’) entità ġuridika bi dmirijiet statutorji.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura kolleġġjali mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-NCA hija l-awditur estern tal-gvern ċentrali. Hija korp indipendenti u għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ “Kunsill Għoli tal-Istat”, tip ta’ korp pubbliku nazzjonali maħluq biex jissalvagwardja l-istat tad-dritt demokratiku.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-NCA u l-Parlament Netherlandiż għandhom relazzjoni ta’ ħidma bbażata fuq il-kooperazzjoni. Fil-livell istituzzjonali, il-bord ikollu laqgħat regolari mal-Kumitat Permanenti dwar il-Finanzi tal-Parlament. Il-persunal tagħhom ukoll iżomm kuntatt ta’ kuljum.
L-NCA tippubblika s-sejbiet tal-awditjar tagħha, prinċipalment fil-forma ta’ rapporti u ittri, billi tibgħathom lill-Parlament. Il-Parlament jiġi offrut laqgħa ta’ informazzjoni privata qabel ma jiġi ppubblikat rapport tal-awditjar. Jekk huwa jaċċetta, il-Ministru responsabbli wkoll jingħata din l-opportunità.
Xi kultant, il-Parlament jistieden lill-NCA biex tattendi għal seduti parlamentari minħabba l-għarfien espert speċifiku tagħha.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-NCA hija rregolata minn Bord li jikkonsisti fil-President u żewġ membri. Il-membri tal-Bord jieħdu d-deċiżjonijiet kollha b’mod konġunt.
Kull membru tal-Bord jaġixxi bħala relatur għal parti mix-xogħol tal-NCA u l-President jissorvelja l-organizzazzjoni fl-intier tagħha.
L-NCA għandha wkoll żewġ membri tal-Bord esterni straordinarji, li jistgħu jintalbu biex jipparteċipaw f’ċerti attivitajiet; pereżempju, jissorveljaw l-awditi, iwettqu attivitajiet esterni jew jissostitwixxu xi membri tal-Bord.
MANDAT
Il-Membri kollha tal-Bord tal-NCA jinħatru fuq bażi permanenti sal-età statutorja tal-irtirar ta’ 70 sena
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri tal-Bord jinħatru mill-Kap tal-Istat. Id-deċiżjoni dwar il-ħatra ssir kemm mill-Bord kif ukoll mill-Parlament.
Il-Bord jagħżel mill-inqas erba’ kandidati, abbażi ta’ proċedura miftuħa għar-reklutaġġ. Il-lista ta’ kandidati tiġi ppreżentata lill-Kamra tar-Rappreżentanti. Il-Kamra mhix marbuta li timxi ma’ din il-lista. Imbagħad, hija tippreżenta lista ta’ tliet kandidati lill-Kap tal-Istat, li jaħtar il-kandidat li jkollu l-maġġoranza tal-appoġġ parlamentari.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Il-bord tal-NCA jingħata appoġġ minn organizzazzjoni mmexxija minn Segretarju Ġenerali, li jinħatar bil-liġi u jingħata l-ġurament mill-Kap tal-Istat. L-NCA għandha tim maniġerjali mmexxi minn Segretarju Ġenerali u magħmul minn sitt diretturi tal-awditjar u direttur wieħed tas-servizzi ta’ appoġġ. It-tim maniġerjali huwa responsabbli għall-kwalità tal-organizzazzjoni u tal-awditi.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 276 FTEs ( Frar 2023) (61.4 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂50 %; ♀ 50 %. Età medja: 46
BAĠIT
- EUR 39.5 miljun (2023)
- 0.01 % tal-infiq pubbliku totali (2023)
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Għalkemm l-NCA tiddeċiedi fuq inizjattiva proprja tagħha liema awditi għandha twettaq, il-Parlament, il-ministri u s-segretarji tal-Istat jistgħu jitolbu lill-NCA sabiex twettaq awditu.
L-NCA għandha programm tal-awditjar permanenti li jiġi rivedut bosta drabi fis-sena skont l-eżitu tas-sessjonijiet ta’ djalogu strateġiku. Parti mill-kapaċità tal-awditjar tal-NCA hija allokata għal programmi pluriennali tal-awditjar li jiffukaw fuq suġġetti meqjusa bħala li għandhom importanza finanzjarja u soċjali kbira.
L-NCA tipprijoritizza l-oqsma tal-awditjar fuq il-bażi tal-valur miżjud li jista’ jinkiseb bis-saħħa tas-setgħat speċjali tagħha (bħad-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali) u tal-indipendenza u l-imparzjalità tagħha, jew minħabba li ma jkunx hemm organizzazzjoni oħra li tista’ twettaq awditi fl-oqsma inkwistjoni.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-NCA twetttaq awditi finanzjarji u tal-prestazzjoni.
Hija tesperimenta b’metodi u tekniki tal-awditjar ġodda, iżda anki b’forom ġodda ta’ pubblikazzjoni.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-NCA tippubblika:
- rapport annwali;
- rapporti tal-awditjar;
- rapporti ta’ fokus;
- ittri tal-baġit;
- web dossiers; u
- skedi informattivi.
L-NCA tgħaddi s-sejbiet tal-awditjar tagħha, kif ukoll l-esperjenza akkumulata tagħha, lill-Gvern, lill-Parlament u lil dawk responsabbli mill-immaniġġjar tal-entitajiet li hija tawditja.
Hija tillimita l-pubblikazzjonijiet tagħha fil-perjodi qabel, matul u wara l-elezzjonijiet ġenerali, sakemm jiġi stabbilit il-kabinett il-ġdid.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
L-NCA tippubblika rapporti fuq is-sit web tagħha u ttella’ informazzjoni dwar il-pubblikazzjonijiet tagħha fuq il-midja soċjali.
Fit-tielet nhar ta’ Erbgħa f’Mejju (magħruf bħala l-“Jum tal-Obbligu ta’ Rendikont”), l-NCA tesprimi opinjoni indipendenti rigward il-kontijiet tal-gvern ċentrali u l-ġestjoni operattiva u finanzjarja tagħha, kif ukoll rigward il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-politika li l-Ministri jipprovdu lill-Parlament.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
L-NCA tikkoopera b’mod attiv u tikkondividi l-għarfien mal-istituzzjonijiet tal-awditjar tar-Renju tan-Netherlands. Dawn l-istituzzjonijiet ivarjaw minn uffiċċji tal-awditjar lokali u kumitati tal-awditjar sa istituzzjonijiet tal-awditjar fil-parti tal-Karibew tan-Netherlands.
Barra minn hekk, l-NCA tikkontribwixxi b’mod attiv għall-komunità internazzjonali tal-awditjar. Hija għandha esperjenza vasta fit-tisħiħ tal-iżvilupp istituzzjonali permezz ta’ proġetti għall-bini tal-kapaċitajiet ma’ istituzzjonijiet supremi tal-awditjar barra mill-pajjiż. L-NCA tikkoopera u tiskambja wkoll għarfien speċifiku ma’ istituzzjonijiet assoċjati u hija membru istituzzjonali tal-INTOSAI, l-EUROSAI, il-Kumitat ta’ Kuntatt tal-UE u l-Forum Globali ta’ Tmexxija fl-Awditjar.
L-awditi konġunti jew paralleli mwettqa mill-NCA u istituzzjonijiet supremi tal-awditjar oħra huma eżempji tal-kooperazzjoni mill-qrib.
IL-POLONJA
NAJWYŻSZA IZBA KONTROLI
Mill- 1919 Twaqqaf fl- 1809 Sit web: www.nik.gov.pl |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
L-awditjar indipendenti u professjonali tal-kompiti pubbliċi fl-interess taċ-ċittadini u tal-Istat.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (NIK) jawditja l-attività tal-korpi tal-amministrazzjoni pubblika, il-Bank Nazzjonali tal-Polonja, il-persuni ġuridiċi tal-Istat u unitajiet organizzazzjonali statali oħra f’dak li jirrigwarda l-legalità, il-prudenza ekonomika, l-effikaċja u d-diliġenza. L-NIK jista’ jawditja l-attività tal-korpi governattivi lokali, l-entitajiet ġuridiċi governattivi lokali u unitajiet organizzazzjonali governattivi lokali oħra f’dak li jirrigwarda l-legalità, il-prudenza ekonomika u d-diliġenza.
L-NIK jista’ jawditja wkoll l-attività ta’ unitajiet organizzazzjonali oħra u entitajiet tan-negozju, b’rabta mal-legalità u r-regolarità fi ħdan l-ambitu tal-użu li jagħmlu minn propjetà jew riżorsi pubbliċi jew tal-Istat u f’dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-obbligi finanzjarji tagħhom lejn l-Istat.
L-NIK huwa intitolat li jaċċessa kull informazzjoni li jeħtieġ, u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom aċċess liberu għall-bini tal-korpi awditjati u għandhom id-dritt li jeżaminaw dokumenti u materjali oħra rilevanti. L-NIK jista’ jintervista xhieda mill-korpi awditjati jew minn korpi oħra, jista’ jirċievi l-evidenza mingħandhom, jitlob spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub mingħand il-persunal li jaħdem fil-korpi awditjati, jitlob l-assistenza mingħand esperti u speċjalisti, u jieħu sehem fil-laqgħat tal-maniġment tal-partijiet awditjati.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja tat-2 ta’ April 1997
L-Att Emendat dwar l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (Att dwar l-NIK) tat-23 ta’ Diċembru 1994.
ENTITAJIET AWDITJATI
L-NIK jawditja, fost affarijiet oħra:
- unitajiet baġitarji (pereżempju ministeri u aġenziji statali)
- fondi mmirati statali;
- aġenziji eżekuttivi u entitajiet ġuridiċi oħra tal-Istat mis-settur tal-finanzi pubbliċi;
- banek statali, inkluż il-Bank Nazzjonali tal-Polonja;
- korpi awtonomi lokali;
- entitajiet oħra li jġarrbu n-nefqa pubblika, inklużi unitajiet tas-settur finanzjarju mhux pubbliku.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Uffiċċju tal-awditjar, immexxi minn President, li jaġixxi skont il-prinċipju kolleġġjali, li jfisser li hemm korp speċjali, imsejjaħ il-Kunsill tal-NIK, involut fil-proċess ta’ approvazzjoni u ta’ adozzjoni tad-dokumenti l-aktar importanti.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-NIK huwa l-korp suprem statali tal-awditjar, indipendenti mill-Gvern, iżda subordinat għall-Kamra tad-Deputati tal-Parlament (Sejm).
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-NIK jibgħat ir-rapporti lis-Sejm u jikkoopera ma’ kważi l-kumitati kollha tas-Sejm, li jirrieżaminaw il-maġġoranza tar-rapporti tal-awditjar tal-NIK, skont l-ambitu tal-operat tagħhom. Il-Kumitat tas-Sejm għall-Awditjar Statali jirrieżamina wkoll ir-rapporti tal-awditjar tal-NIK u jipprovdi opinjonijiet dwar il-baġit tal-NIK u suġġerimenti għal oqsma ta’ awditjar potenzjali tal-NIK imressqa minn kumitati oħrajn tas-Sejm (40-60 fis-sena). L-NIK jinforma wkoll lill-Kumitat għall-Awditjar Statali dwar il-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu.
Is-Sejm tirrieżamina r-rapporti prinċipali tal-NIK: ir-rapport annwali tal-attività u l-analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit statali u l-linji gwida tal-politika monetarja.
Is-Sejm u l-korpi tagħha jistgħu jordnaw lill-NIK sabiex iwettaq xi awditi, iżda sitwazzjonijiet bħal dawn huma rari (1-3 fis-sena).
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Il-President u l-Kunsill jiffurmaw il-korp ta’ tmexxija tal-NIK. Dan huwa korp kolleġġjali, li jinkludi 19 il-membru: l-President tal-NIK, il-Viċi Presidenti, id-Direttur Ġenerali u 14-il membru, jiġifieri seba’ akkademiċi fil-qasam tal-liġi jew dak tal-ekonomija, (li huma indipendenti mill-NIK), u seba’ diretturi tal-unitajiet organizzazzjonali tal-awditjar jew konsulenti għall-President tal-NIK.
MANDAT
Il-President, il-Viċi Presidenti u d-Direttur Ġenerali jaqdu dmirijiethom fuq il-Kunsill tal-NIK għad-durata tal-mandat tagħhom, filwaqt li Membri oħra jinħatru għal terminu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
L-14-il Membru tal-Kunsill tal-NIK jinħatru mill-Ispeaker tas-Sejm fuq talba tal-President tal-NIK wara li tinkiseb opinjoni mill-Kumitat tas-Sejm għall-Awditjar Statali.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-NIK huwa organizzat f’unitajiet tal-awditjar (14-il dipartiment u 16-il fergħ reġjonali) u f’dipartimenti ta’ amministrazzjoni u ta’ appoġġ (4). It-territorji operazzjonali ta’ fergħat reġjonali partikolari - li għandhom l-istess status bħad-dipartimenti tal-awditjar - jikkorrispondu għad-diviżjonijiet (reġjuni) amministrattivi tal-Polonja.
L-awditi mwettqa mid-dipartimenti tal-awditjar u mill-fergħat reġjonali jiġu ssorveljati mill-President tal-NIK jew minn wieħed mill-Viċi Presidenti.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 1 576 FTEs (2021) (71 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 53 %; ♀ 47 %. Età medja: ’il fuq minn 41 (awdituri)
BAĠIT
- Baġit tal-NIK: PLN 308 miljun/ madwar EUR 68 miljun (Jannar 2021)
- Allokazzjoni: il-Kunsill tal-NIK jadotta l-abbozz tal-baġit tal-NIK. Il-Ministru tal-Finanzi jinkorporah fl-abbozz tal-baġit statali, li mbagħad jiġi diskuss u approvat mill-Parlament
- Madwar 0.07 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-NIK jippjana l-awditi tiegħu fuq il-bażi tal-istrateġija ta’ erba’ snin tiegħu, li tinkludi pjanijiet għall-iżvilupp, il-missjoni, objettivi u inizjattivi strateġiċi, il-mezzi ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni ta' dawk l-inizjattivi, u strateġija ta’ tliet snin għall-attivitajiet tal-awditjar, kif ukoll dik dwar il-pjan ta’ ħidma annwali. L-awditjar tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istat, bħala d-dmir primarju, kostituzzjonali u statutorju tal-NIK, għandu prijorità fl-ippjanar tal-awditjar.
Il-pjan ta’ ħidma huwa r-riżultat ta’ proċess ta' ppjanar f’bosta stadji li jdum bosta xhur. Abbozz ta' pjan ta' ħidma jiġi mfassal mill-grupp ta' ppjanar tal-awditjar, abbażi ta' suġġetti magħżula tal-awditjar proposti mill-unitajiet organizzazzjonali tal-awditjar. Membri tal-grupp jattendu l-laqgħat flimkien ma' rappreżentanti tal-unitajiet organizzazzjonali tal-awditjar biex jiddiskutu l-proposti tagħhom. Jorganizzaw ukoll sensiela ta’ diskussjonijiet interni dwar suġġetti tal-awditjar ippreżentati mid-diretturi tal-unitajiet organizzazzjonali tal-awditjar, konsulenti tal-President tal-NIK, u awdituri oħra. L-abbozz tal-pjan ta' ħidma mbagħad jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Tmexxija, li huwa awtorizzat jagħmel emendi addizzjonali. Il-Kumitat ta' Tmexxija huwa responsabbli wkoll mill-arranġamenti tekniċi u organizzattivi għall-pjan ta' ħidma annwali.
L-NIK jimmonitorja l-bidliet leġiżlattivi, jistudja d-data statistika u jeżamina l-pjanijiet u l-programmi tal-Gvern, kif ukoll l-istqarrijiet għall-istampa u l-ilmenti taċ-ċittadini. Dan il-monitoraġġ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ippjanar annwali u fuq terminu twil. Abbażi ta’ dan, huwa jista’ jiżviluppa l-pjan ta’ ħidma u jiddefinixxi l-prijoritajiet tal-awditjar.
L-għażla tal-oqsma proposti għall-awditjar tiġi ppreċeduta minn analiżi komprensiva tar-riskju bbażata fuq, fost affarijiet oħra, rapporti u pubblikazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali bħall-OECD, il-Bank Dinji , il-Kunsill tal-UE jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll fuq dokumenti ta’ strateġija nazzjonali, pjanijiet finanzjarji tas-settur pubbliku, statistika, ilmenti riċevuti mill-NIK, ir-riżultati ta’ stħarriġiet tal-opinjonijiet u rapporti tal-media.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-NIK iwettaq awditi finanzjarji, tar-regolarità u tal-prestazzjoni (ippjanati u ad hoc), kif ukoll awditi integrati, li jkopru t-tliet oqsma.
L-NIK juża standards tal-awditjar li huma bbażati fuq il-liġi Pollakka, l-Istandards tal-Awditjar tal-INTOSAI, il-Linji Gwida Ewropej dwar l-Implimentazzjoni għall-Istandards tal-Awditjar tal-INTOSAI, l-Istandards tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u fuq l-esperjenza twila proprja tiegħu.
Il-linji gwida dwar il-metodoloġija (manwal tal-awditjar), ibbażati fuq dawn l-istandards, jipprovdu struzzjonijiet dettaljati dwar kif għandu jsir awditu.
Il-Kodiċi tal-Etika tal-NIK huwa konsistenti mal-istandards tal-awditjar rikonoxxuti internazzjonalment.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-NIK jippubblika:
- analiżijiet tal-eżekuzzjoni tal-baġit statali u l-linji gwida tal-politika monetarja (rapport annwali);
- opinjonijiet dwar l-approvazzjonijiet, li jiġu indirizzati ill-Kunsill tal-Ministri;
- dikjarazzjonijiet ta’ wara l-awditjar (rapporti wara l-awditi ta’ entità unika);
- sommarji tar-rapporti dwar l-awditi kollha ppjanati u ċerti awditi ad hoc (informazzjoni dwar ir-riżultati tal-awditjar);
- Rapporti Annwali tal-Attività;
- analiżijiet tal-użu li jsir mir-riżultati tal-awditjar dwar it-tfassil tal-liġijiet u l-applikazzjoni tal-liġi;
- Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali.
L-NIK ifassal ukoll:
- proposti għal emendi leġiżlattivi(proposti de lege ferenda);
- analiżijiet tat-talbiet u l-ilmenti taċ-ċittadini.
Segwitu tar-riżultati tal-awditjar:
- L-NIK jinforma lill-entitajiet awditjati dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jivverifika sistematikament jekk dawn ikunux qed jingħataw segwitu. Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli jiġu ppreżentati fir-rapporti ta’ segwitu.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
PUBBLIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-AWDITJAR
L-NIK jippubblika r-rapporti tal-awditjar tiegħu, dokumenti relatati u informazzjoni dwar l-attivitajiet attwali tiegħu fuq is-sit web tiegħu (www.nik.gov.pl) u permezz tal-Bullettin ta’ Informazzjoni Pubblika (https://bip.nik.gov.pl/).
KOPERTURA MILL-MIDJA
Għal bosta snin l-NIK wettaq politika ta’ informazzjoni attiva biex jippermetti lill-pubbliku jikseb l-aktar għarfien wiesa’ u oġġettiv possibbli tal-awditi u l-attivitajiet tal-NIK.
INTERAZZJONI MAĊ-ĊITTADINI
L-NIK għandu obbligu legali li jipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonament, l-attivitajiet, il-prodotti, eċċ. tiegħu, u li jippermetti liċ-ċittadini li jressqu talbiet, pereżempju għal awditi. Ir-rapporti kollha tal-awditjar (mhux dawk kunfidenzjali) jittellgħu fuq is-sit web tal-NIK. L-NIK jippubblika wkoll perjodiku ta’ darbtejn fix-xahar dwar l-“Awditjar Statali”.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
L-NIK jaħdem mill-qrib ma’ korpi oħra – nazzjonali jew lokali – ta’ kontroll, tal-awditjar u ta’ spezzjoni (dawn jipprovdu r-riżultati tal-awditi tagħhom lill-NIK u flimkien iwettqu ċerti awditi taħt it-tmexxija tal-NIK).
L-NIK jikkoopera wkoll regolarment ma’ universitajiet u ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka, u jfittex sistematikament il-pariri ta’ speċjalisti esterni, inkluż bit-twaqqif ta’ bordijiet tal-esperti.
IL-PORTUGALL
TRIBUNAL DE CONTAS
Mill- 1849 Twaqqaf fl- 1389 Sit web: www.tcontas.pt |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jtejjeb il-ġestjoni finanzjarja tal-fondi pubbliċi billi jippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u jinforza l-obbligazzjoni finanzjarja. It-Tribunal de Contas jaġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini billi jirrapporta kif qed jintefqu l-flus tagħhom.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
F’konformità mal-Kostituzzjoni u l-Liġi, it-Tribunal de Contas de Portugal (TCP):
- jikkontrolla l-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa pubbliċi, kif ukoll tad-dejn pubbliku;
- joħroġ opinjoni dwar il-Kontijiet Ġenerali tal-Istat u l-Kontijiet tar-Reġjuni Awtonomi u se jiċċertifika l-Kontijiet Ġenerali tal-Istat mill-2023 ’il quddiem;
- jivvaluta l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; u
- jinforza l-obbligazzjonijiet finanzjarji.
It-TCP għandu d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha li jqis li hija meħtieġa, u l-entitajiet awditjati huma obbligati li jikkooperaw.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża (1976): L-Artikoli 107, 209(c), 214 u 216;
- Il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament tat-Tribunal de Contas: Il-Liġi 98/97 tas-26 ta’ Awwissu 1997;
- Il-Liġi Qafas dwar il-Baġit: Il-Liġi 151/2015, tal-11 ta’ Settembru 2015, l-Artikolu 66 (6).
ENTITAJIET AWDITJATI
It-TCP jawditja:
- l-Istat u d-diversi dipartimenti tiegħu;
- ir-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira u d-diversi dipartimenti tagħhom;
- awtoritajiet lokali u l-assoċjazzjonijiet jew il-federazzjonijiet tagħhom, inklużi ż-żoni metropolitani;
- istituti pubbliċi;
- istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;
- assoċjazzjonijiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi jew assoċjazzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi u privati mħalltin, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma ffinanzjati minn entitajiet pubbliċi jew huma suġġetti għall-kontroll tal-ġestjoni tagħhom;
- kumpaniji tal-Istat;
- kumpaniji reġjonali;
- kumpaniji muniċipali u intermuniċipali;
- kull entità involuta f’fondi pubbliċi, kemm jekk jirċievu għotja kif ukoll jekk ikunu parzjalment tal-Istat;
- kumpaniji b’konċessjonijiet biex jimmaniġġjaw kumpaniji tal-Istat, jew kumpaniji b’sehem ta’ kapital pubbliku jew kumpaniji privati u pubbliċi mħalltin li jkunu kkontrollati mis-settur pubbliku, kumpaniji b’konċessjonijiet jew li jimmaniġġjaw servizzi pubbliċi, u kumpaniji b’konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi; u
- entitajiet oħra li jibbenefikaw minn fondi pubbliċi jew li jimmaniġġjaw fondi bħal dawn.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Mudell tal-Qorti kolleġġjali b’funzjonijiet ġuriżdizzjonali u tal-awditjar, magħmul mill-President u 18-il Membru (imħallfin li għandhom l-istess status bħall-imħallfin tal-Qorti Suprema).
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Skont il-Kostituzzjoni, it-TCP huwa qorti suprema u bħala tali, huwa korp sovran fuq l-istess livell bħal dak tal-President tar-Repubblika, il-Parlament, il-Gvern u l-qrati l-oħra. Huwa l-istituzzjoni suprema indipendenti tal-awditjar, responsabbli għall-kontroll/awditjar finanzjarju estern, filwaqt li tivverifika l-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-Istat mill-Gvern.
Il-Membri tat-TCP, li huma mħallfin, ma jistgħux jiġu sostitwiti u ma jistgħux jinżammu responsabbli għas-sentenzi tagħhom, b’ċerti eċċezzjonijiet previsti mil-liġi.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
It-TCP huwa indipendenti mill-istituzzjonijiet kollha l-oħra. Madankollu, il-proċeduri ta’ kooperazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:
- Il-Parlament u l-Gvern jistgħu jitolbu lit-TCP biex jawditja entitajiet speċifiċi jew suġġetti finanzjarji, iżda t-TCP mhuwiex obbligat li jwettaq l-azzjoni mitluba;
- Il-Parlament jista’ jitlob li jintbagħtulu xi rapporti eżistenti;
- Huwa jista’ wkoll jitlob lit-TCP għal informazzjoni miksuba waqt it-twettiq tal-awditi; u
- Ir-rapporti tal-awditjar tat-TCP u r-rapport annwali tiegħu ġeneralment jiġu ppubblikati u jintbagħtu lill-Parlament u lil partijiet ikkonċernati oħra.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
It-TCP huwa awtonomu.
Il-President huwa l-kap tal-istituzzjoni.
It-TCP għandu d-dritt li jiddetermina l-baġit proprju tiegħu u għandu wkoll awtonomija finanzjarja biex jimmaniġġja l-baġit tiegħu. Il-Baġit jiġi approvat mill-Parlament.
Il-Plenarja tal-Qorti, li tikkonsisti fil-President u l-Membri kollha, hija l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-abbozz tal-baġit annwali u l-pjan strateġiku tat-TCP.
MANDAT
Il-membri jinħatru fuq bażi permanenti.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri jiġu rreklutati permezz ta’ kompetizzjoni pubblika mal-bord tal-għażla.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
It-TCP huwa organizzat fi tliet Awli, u żewġ Awli Reġjonali (għall-Azores u Madeira, rispettivament). Dawn l-awli tal-awditjar jinkludu dipartimenti amministrattivi u tal-awditjar.
Barra minn hekk, it-TCP għandu dipartiment tal-Awditjar Intern taħt ir-responsabbiltà diretta tal-President tat-TCP, kif ukoll Kummissjoni għall-Istandards tal-Awditjar.
Il-Membri tat-TCP jiġu assenjati lil awli differenti, abbażi ta’ kriterji akkademiċi u professjonali.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 530 (Diċembru 2022)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 31 %; ♀ 69 %. Età medja: 53
- Perċentwal ta’ persunal li jaħdem fl-awditjar 60 %
BAĠIT
- It-TCP huwa ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Istat u mir-riżorsi proprji (tariffi ddebitati lil entitajiet awditjati).
- Baġit kumplessiv (2023): EUR 29 miljun
- 0.026 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
It-TCP japprova Pjan Strateġiku kull tliet snin, wara proċess parteċipatorju li jilħaq il-quċċata tiegħu permezz ta’ analiżi SWOT (id-dgħufijiet, il-punti tajbin, l-opportunitajiet, l-isfidi u t-theddidiet ewlenin) u analiżi tar-riskju li tiddeskrivi fil-qosor l-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu.
Għall-istess perjodu strateġiku, il-Qorti tapprova wkoll programm ta’ tliet snin li jwassal għal pjan operazzjonali fuq terminu medju, li huwa t-total tal-pjanijiet annwali għall-perjodu inkwistjoni.
Barra minn hekk, huwa japprova programm ta’ ħidma annwali dettaljat b’mod kompletament indipendenti.
— METODI TAL-AWDITJAR
It-TCP iwettaq it-tipi kollha ta’ awditi.
Il-metodi u l-metodoloġiji użati huma stabbiliti fil-manwali tal-awditjar tat-TCP, li jieħdu inkunsiderazzjoni l-istandards internazzjonali tal-awditjar (ISSAIs) u l-aħjar prattika.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
It-TCP jippubblika r-rapporti u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu, b’mod partikolari:
- rapporti annwali u opinjonijiet dwar il-Kontijiet Ġenerali tal-Istat u l-Kontijiet tar-Reġjuni Awtonomi;
- rapporti tal-awditjar; u
- rapport annwali tal-attività.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
It-TCP jippubblika r-rapporti, id-deċiżjonijiet, id-dokumenti rilevanti, l-avvenimenti u l-attivitajiet fuq is-sit web tiegħu.
Barra minn hekk, huwa jista’ jiddeċiedi li jippubblika r-rapporti tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali Portugiż u jxerridhom permezz tal-midja. It-TCP juża wkoll in-networks tal-midja soċjali biex jinteraġixxi mal-pubbliku.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
It-TCP huwa membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-INTOSAI , tal-EUROSAI u tal-Organizzazzjoni SAI tal-pajjiżi li jitkellmu bil-Portugiż (OISC/CPLP), u huwa membru assoċjat ta’ OLACEFS (Organizzazzjoni tas-SAIs Latino Amerikani u tal-Karibew). It-TCP huwa wkoll il-Viċi President tan-Network tal-EUROSAI għall-Etika, li jissostitwixxi t-Task Force dwar l-Awditjar u l-Etika u huwa ppresedut mis-SAI Kroata. it-TCP jipparteċipa fi proġetti tas-SAI għall-bini tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari fil-pajjiżi li jitkellmu bil-Portugiż, u huwa l-awditur estern għall-EMBL (European Molecular Biology Laborotory), is-CERN (Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari), u l-INL (il-Laboratorju Iberiku Internazzjonali tan-Nanoteknoloġija ), u membru tal-Bord tal-Awditjar tal-EUROCONTROL.
IR-RUMANIJA
CURTEA DE CONTURI A ROMÂNIEI
Mill- 1992 Twaqqfet 1864 Sit web: www.curteadeconturi.ro |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li tawditja l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Istat u tas-settur pubbliku, u li tibgħat rapporti lill-Parlament, lill-awtoritajiet amministrattivi, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-kontribwenti dwar l-użu u l-amministrazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Kontijiet Rumena (RCoA) twettaq awditi tal-istabbiliment, il-ġestjoni u l-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Istat u tas-settur pubbliku. Hija taħdem b’mod awtonomu, kif stipulat fil-Kostituzzjoni, u hija membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għas-SAIs.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni tar-Rumanija (1991, riveduta fl-2003).
- Il-Liġi Nru 94/1992 dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-Qorti tal-Kontijiet, sussegwentement ippubblikata mill-ġdid b’emendi u żidiet
ENTITAJIET AWDITJATI
L-RCoA tawditja:
- awtoritajiet u istituzzjonijiet pubbliċi;
- unitajiet amministrattivi u territorjali (kunsilli tal-kontea, sindki ta’ bliet, irħula u muniċipalitajiet);
- il-Bank Nazzjonali tar-Rumanija;
- intrapriżi pubbliċi;
- kumpaniji kummerċjali li fihom l-Istat, l-unitajiet amministrattivi jew territorjali, l-istituzzjonijiet pubbliċi jew l-amministrazzjonijiet awtonomi għandhom, b’mod individwali jew konġunt, sehem maġġoritarju;
- korpi tas-sigurtà soċjali li jimmaniġġjaw assi, beni jew fondi pubbliċi;
- entitajiet ġuridiċi li jirċievu garanziji tal-Gvern għal self, jew sussidji, jew assistenza finanzjarja statali oħra minn amministrazzjonijiet pubbliċi ċentrali u lokali jew minn istituzzjonijiet pubbliċi oħra.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura taħt governanza kolleġġjali, mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
L-RCoA hija istituzzjoni pubblika indipendenti u tagħti rendikont biss lill-Parlament.
Bħala l-istituzzjoni suprema tal-awditjar tar-Rumanija, l-RCoA tawditja l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Istat u tas-settur pubbliku.
Fuq talba tal-Parlament, l-RCoA tapprova l-abbozz tal-baġit statali u l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u l-kontabbiltà, kif ukoll abbozzi li jkunu jirriżultaw f’inqas dħul jew aktar infiq milli previst fl-att dwar il-baġit. Hija tapprova wkoll l-istabbiliment mill-Gvern jew mill-Ministri ta’ korpi speċjalizzati taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Il-litigazzjoni li tirriżulta mill-attività tal-RCoA tiġi riżolta fil-qrati ġudizzjarji.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
L-RCoA tissottometti rapport annwali dwar il-kontijiet annwali lill-Parlament li juri l-użu li sar mill-baġits pubbliċi. Ir-rapport jinkludi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-awditjar.
Il-Parlament huwa l-unika awtorità li jista’ jitlob lill-RCoA biex twettaq awditi fis-settur pubbliku.
L-RCoA hija l-uniku korp li jawditja l-mod li bih iż-żewġ Kmamar tal-Parlament u l-Gvern jimplimentaw il-baġits tagħhom.
L-RCoA tfassal u tapprova l-baġit tagħha stess u tibgħatu lill-Gvern għall-inklużjoni fl-abbozz tal-baġit Statali li jiġi sottomess lill-Parlament għall-approvazzjoni. Madankollu, il-proċess ta’ approvazzjoni tal-baġit annwali jippermetti intervent mill-Gvern jew mill-Parlament fuq il-baġit li jiġi adottat mill-plenum tal-RCoA.
Kumitat parlamentari speċjali jiskrutinizza kif l-RCoA tuża l-baġit tagħha stess.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
L-RCoA hija regolata minn plenum li huwa magħmul minn 18-il membru, magħrufa bħala “konsulenti tal-kontijiet”, li jinħatru mill-Parlament f’konformità mal-Kostituzzjoni u l-Liġi dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-istituzzjoni.
Il-President huwa responsabbli għall-ġestjoni eżekuttiva tal-RCoA. F’dan il-kompitu jiġi assistit minn żewġ Viċi Presidenti maħtura mill-Parlament minn fost il-konsulenti tal-kontijiet.
MANDAT
Terz tal-plenum jiġi sostitwit kull tliet snin.
9 snin, ma jistax jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-membri tal-RCoA jinħatru mill-Parlament għal perjodu fiss ta’ disa’ snin. Huma jaqdu dmirijiethom b’mod indipendenti u jistgħu jitneħħew biss mill-Parlament skont it-termini stabbiliti fil-Liġi dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-istituzzjoni. Il-konsulenti tal-kontijiet huma dinjitarji statali u huma suġġetti għall-istess restrizzjonijiet legali bħal dawk għall-imħallfin. Għalhekk il-membri tal-RCoA ma jistgħux ikunu membri ta’ partit politiku jew iwettqu attivitajiet pubbliċi ta’ natura politika matul il-mandat tagħhom.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
L-RCoA hija organizzata ċentralment f’għaxar diviżjonijiet tal-awditjar, diviżjoni waħda ta’ koordinazzjoni, diviżjoni legali u segretarjat ġenerali li għandu r-rwol li jipprovdi appoġġ lill-oqsma tax-xogħol speċifiċi tal-istituzzjoni. Fuq livell reġjonali, hija tikkonsisti minn 42 kamra tal-kontea tal-kontijiet u mill-Kamra tal-Kontijiet tal-Belt ta’ Bucharest. Fi ħdan l-RCoA hemm ukoll awtorità tal-awditjar li hija indipendenti mil-lat operazzjonali li għandha l-kompitu li tawditja l-finanzjament mill-UE irċevut mir-Rumanija.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 1 966 post (2023), inklużi 1 619 post ta’ awditur pubbliku estern (82.35 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 37.46 %; ♀ 62.54 %. Età medja: 48 sena u 11-il xahar
BAĠIT
- L-RCoA hija ffinanzjata mill-baġit tal-Istat.
- EUR 88 miljun (2023), inkluża n-nefqa amministrattiva
- Madwar 0.12 % tan-nefqa totali mill-baġit tal-Istat
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
L-RCoA tiddeċiedi fuq il-programmi ta’ ħidma annwali tagħha.
L-ippjanar isir kemm annwalment u b’mod pluriennali. Il-programmi ta' ħidma jiġu approvati mill-plenum.
Il-programmi ta’ ħidma pluriennali jkopru perjodu ta' tliet snin.
— METODI TAL-AWDITJAR
L-RCoA twettaq:
- awditi finanzjarji tal-kontijiet ta’ implimentazzjoni tal-baġit;
- awditi tal-prestazzjoni ta’ entitajiet, proġetti, proċessi jew operazzjonijiet li jinvolvu n-nefqa pubblika;
- awditi tal-konformità.
L-awditi jitwettqu skont l-istandards tal-INTOSAI u fuq il-bażi tar-regoli legali, manwali u linji gwida żviluppati għal attivitajiet speċifiċi, kif ukoll skont regoli interni oħra.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
L-RCoA tippreżenta rapport pubbliku annwali lill-Parlament dwar l-awditjar li twettaq fuq il-kontijiet tal-ġestjoni tal-baġit ġenerali konsolidat għas-sena finanzjarja preċedenti.
Ir-rapport pubbliku annwali huwa l-aktar dokument importanti u viżibbli ppubblikat mill-RCoA. Huwa jipprevedi sommarju tas-sejbiet, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-awditjar prinċipali tal-istituzzjoni.
L-RCoA tipproduċi wkoll rapport annwali tal-attività b’informazzjoni dwar l-istrateġija, il-mandat, ir-responsabbiltajiet, il-missjoni u r-relazzjonijiet tagħha ma’ bosta partijiet ikkonċernati. Dan ir-rapport fih ukoll data u informazzjoni għas-sena kkonċernata dwar il-mod li bih hija organizzata l-RCoA, il-ħidma tagħha, it-taħriġ tal-persunal, il-kalendarju tal-attivitajiet professjonali, ir-riżultati, l-attività internazzjonali, u r-riżorsi umani u finanzjarji.
Darba fis-sena, l-RCoA tindirizza rapporti dwar il-finanzi pubbliċi lokali lill-awtoritajiet tal-gvern lokali deliberattivi. Dawn ir-rapporti huma r-riżultat ta’ awditi mmexxija mill-kmamar tal-kontijiet tal-kontea dwar il-baġits tal-unitajiet amministrattivi u territorjali lokali.
L-RCoA tipproduċi rapporti tal-awditjar fuq inizjattiva proprja tagħha f’oqsma ewlenin ta’ interess pubbliku. Hija tibgħathom lill-Parlament u lil partijiet ikkonċernati oħra.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Ir-rapporti tal-RCoA u pubblikazzjonijiet oħra huma disponibbli elettronikament fuq is-sit web uffiċċjali tal-istituzzjoni (www.curteadeconturi.ro), kif inhuma wkoll is-sommarji bl-Ingliż tar-rapport annwali pubbliku u r-rapport annwali tal-attività.
Ir-rapport annwali tal-RCoA jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, fil-Parti a III-a.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Internazzjonalment, l-RCoA żżomm relazzjonijiet ma’ SAIs oħra permezz ta’ skambji ta’ esperjenzi, parteċipazzjoni f’konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma, u billi tippubblika studji rilevanti f’ġurnali internazzjonali.
L-RCoa tieħu sehem ukoll f’awditi konġunti u f’awditi mwettqa f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet supremi tal-awditjar oħra f’oqsma bħall-awditjar ambjentali, l-awditjar tal-ġbir tal-iskart, l-awditjar tal-muniċipalitajiet, eċċ.
IS-SLOVAKKJA
NAJVYŠŠÍ KONTROLNÝ ÚRAD SLOVENSKEJ REPUBLIKY
Mill-1993 Twaqqaf fl-1919 (fl-eks Ċekoslovakkja) Sit web: www.nku.gov.sk |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Viżjoni: Jiżgura, sal-2025, li x-xogħol tal-awditjar tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka jiffoka fuq l-aktar suġġetti rilevanti u, b’mod partikolari, fuq ir-riskji fl-użu tar-riżorsi pubbliċi li jipperikolaw l-ilħuq ta’ objettivi tal-politika pubblika. Is-sinifikat tal-eżiti ta’ dawn l-awditi jiġġustifika d-diskussjoni tagħhom fil-Parlament, mill-kumitati tiegħu jew mill-Gvern, u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju adegwati biex jippromwovi governanza aħjar.
Missjoni: Il-missjoni tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka hija li jgħin lill-Parlament tar-Repubblika Slovakka, lill-Gvern tar-Repubblika Slovakka u lil partijiet interessati oħra biex iwettqu l-kompiti tagħhom bl-aħjar mod possibbli permezz ta’ outputs tal-awditjar objettivi u komprensibbli, bil-għan li jiġi żgurat użu effiċjenti, ekonomiku u effettiv tar-riżorsi pubbliċi intenzjonati biex jilħqu objettivi tal-politika pubblika, u b’hekk jikkontribwixxu lejn il-bini ta’ soċjetà mmaniġġjata tajjeb.
Valuri: L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka jirrispetta u jirrikonoxxi l-valuri ddefiniti mill-INTOSAI – l-indipendenza, l-integrità, il-professjonaliżmu, l-effiċjenza, il-kredibbiltà, l-inklużività, il-kooperazzjoni u l-innovazzjoni. L-awdituri tas-SAO tar-RS jħaddnu l-valuri stabbiliti fl-Istandards Internazzjonali tal-awditjar tal-ISSAI u fil-Kodiċi tal-Etika. Għall-perjodu li ġej, l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka jiddefinixxi l-indipendenza, l-oġġettività u l-effiċjenza bħala l-valuri ewlenin tiegħu li jinkludu l-valuri tal-integrità, il-kredibbiltà, l-inklużività, il-kooperazzjoni u l-innovazzjoni.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (SAO) tar-Repubblika Slovakka jawditja l-ġestjoni tal-fondi u l-proprjetà tal-Istat, tal-awtoritajiet lokali u tal-Unjoni Ewropea. Huwa jawditja wkoll id-dħul tal-Istat u jiżgura li d-dazji doganali u t-taxxi jinġabru b’mod korrett.
Fit-twettiq tal-awditi tiegħu, is-SAO għandu d-dritt ta’ aċċess għall-bini u d-dokumenti kollha meqjusa meħtieġa biex iwettaq l-awditi tiegħu.
Minbarra l-attivitajiet tal-awditjar proprji tiegħu, fuq talba mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja, is-SAO jipparteċipa fil-proċess ta’ proponiment tal-awditur estern indipendenti biex iwettaq l-awditjar tal-kontijiet finali tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- L-Artikoli 60-63 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka (1992);
- L-Att Nru 39/1993 dwar is-SAO tar-Repubblika Slovakka.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-SAO jawditja:
- korpi governattivi;
- ministeri: 14;
- korpi tal-amministrazzjoni tal-Istat ċentrali;
- istituzzjonijiet pubbliċi;
- entitajiet ġuridiċi mwaqqfa minn awtoritajiet tal-Gvern ċentrali jew aġenziji oħra tal-amministrazzjoni statali;
- korpi governattivi lokali u unitajiet territorjali ogħla, l-organizzazzjonijiet tagħhom iffinanzjati mill-baġit u l-entitajiet ġuridiċi inkorporati fihom;
- unitajiet Statali bi skop speċjali; u
- individwi privati u entitajiet ġuridiċi li jirċievu fondi nazzjonali, pubbliċi u Ewropej, jew fondi barranin oħra.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Struttura (monokratika) tat-tip ta’ Westminster mingħajr funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-SAO huwa korp Statali indipendenti.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Is-SAO jippreżenta rapport annwali ta’ sinteżi dwar ir-riżultati tal-awditi kollha lill-Parlament. Huwa jippreżenta wkoll rapporti tal-awditjar kompleti lill-kumitati rilevanti tal-Parlament.
Fuq il-bażi ta' riżoluzzjoni mill-Parlament, is-SAO jista’ jintalab iwettaq awditu speċifiku fi ħdan il-mandat tiegħu. Is-SAO huwa obbligat iwettaq tali awditu.
Is-SAO jipprovdi opinjonijiet dwar il-proposti għall-baġit Statali u l-kontijiet Statali finali tar-Repubblika Slovakka u jippreżentahom lill-Parlament.
Il-President u żewġ Viċi Presidenti jiġu eletti u jitneħħew mill-kariga tagħhom mill-Parlament.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Is-SAO huwa rregolat mill-President bħala korp statutorju appoġġjat minn żewġ Viċi Presidenti.
MANDAT
Il-mandat tal-Viċi Presidenti huwa ta’ seba’ snin, li jista’ jiġġedded darba.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Viċi Presidenti jiġu eletti mill-Membri tal-Kunsill Nazzjonali permezz ta’ vot sigriet.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-sede tas-SAO fi Bratislava tikkonsisti f’taqsima tal-awditjar u l-Uffiċċju tal-President, li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ. Is-sede tas-SAO fi Bratislava tikkonsisti minn taqsima tal-Awditjar, taqsima għall-Analiżi u l-Innovazzjoni u l-Uffiċċju tal-President, li jipprovdi servizzi ta' appoġġ. Hemm ukoll seba’ fergħat reġjonali li jinsabu f’ċentri reġjonali li jawditjaw il-muniċipalitajiet lokali, distrettwali u reġjonali awtonomi.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 291 (2022) (78 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 37 %; ♀ 63 %. Età medja: 48
BAĠIT
- EUR 13.9-il miljun (2023)
- 0.04 % tal-infiq pubbliku totali
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Is-SAO jippjana l-ħidma tal-awditjar tiegħu fi pjanijiet annwali tal-awditjar, li l-Bord Konsultattiv japprova fuq il-bażi ta’ pjan qafas ta’ tliet snin.
Il-lista ta’ awditi tiġi prinċipalment ikkompilata abbażi tal-analiżi tar-riskji, l-objettivi strateġiċi tas-SAO u s-suġġerimenti mill-pubbliku.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-SAO jwettaq tliet tipi prinċipali ta’ awditi:
- awditi finanzjarji;
- awditi tal-konformità; u
- awditi tal-prestazzjoni.
Ibbażat fuq ir-riżultati ta’ awditu, is-SAO jibgħat abbozz ta’ rapport lill-entità awditjata, li mbagħad min-naħa tagħha tista’ tesprimi opinjoni li tiġi inkluża fir-rapport finali, fl-għamla ta’ emenda għar-rapport.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-SAO jippubblika:
- rapport annwali;
- rapporti tal-awditi finanzjarji;
- rapporti tal-awditi tal-konformità;
- rapporti tal-awditi tal-prestazzjoni; u
- rapport ta’ sinteżi dwar ir-riżultati tal-awditi kollha.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-SAO jibgħat ir-rapporti tal-awditjar kollha tiegħu lill-entità awditjata u lill-Parlament, kif ukoll lill-kumitati rispettivi tiegħu. Is-SAO jinforma lill-President tar-Repubblika, lill-Prim Ministru u lill-Ispeaker tal-Parlament b’sejbiet sostanzjali.
Barra minn hekk, fuq is-sit web tas-SAO jiġi ppubblikat sommarju tar-rapport finali.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-SAO jikkoopera ma’ ħafna istituzzjonijiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali.
Is-sħab nazzjonali huma universitajiet, awtoritajiet pubbliċi bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, il-Kamra tal-Awdituri, l-Uffiċċju tal-Antimonopolju tar-Repubblika Slovakka u l-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku, fost oħrajn.
L-għan tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali tas-SAO huwa li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji u tal-kwalità tax-xogħol, u b’hekk jikkontribwixxu wkoll għat-titjib fl-implimentazzjoni tal-mandat tas-SAO fir-Repubblika Slovakka.
IS-SLOVENJA
RAČUNSKO SODIŠČE REPUBLIKE SLOVENIJE
Mill- 1994 Sit web: www.rs-rs.si |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Il-kontroll tal-fondi pubbliċi
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
Il-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja (CoA) tissorvelja l-kontijiet tal-Istat, il-baġit tal-Istat u d-dħul u l-infiq pubbliku kollu.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni (1991) tar-Repubblika tas-Slovenja: L-Artikoli 150 u 151
- L-Att dwar il-Qorti tal-Awditjar
L-atti li taħthom is-CoA teżerċita s-setgħat tagħha ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem qorti jew quddiem awtoritajiet Statali oħra.
ENTITAJIET AWDITJATI
Is-CoA tawditja:
- kull entità ġuridika rregolata mil-liġi pubblika jew unità tagħha;
-
kull entità ġuridika rregolata mil-liġi privata li:
- irċeviet għajnuna mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, mill-baġit tal-Istat jew mill-baġit ta’ awtorità lokali;
- hija detentur ta’ konċessjoni; jew
- hija kumpanija, bank jew kumpanija tal-assigurazzjoni li fiha l-Istat jew awtorità lokali jkollhom sehem maġġoritarju;
-
persuni fiżiċi li:
- ikunu rċevew għajnuna mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, mill-baġit tal-Istat jew mill-baġit ta’ awtorità lokali; jew
- qegħdin iwettqu servizz pubbliku jew jiżguraw beni pubbliċi fuq il-bażi ta’ konċessjoni.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Mudell distint li huwa mmexxi minn President, u li jawditja fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali mingħajr setgħat ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-CoA hija indipendenti fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħha u hija marbuta bil-Kostituzzjoni u liġijiet oħra. Il-Membri tagħha jinħatru mill-Assemblea Nazzjonali.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Is-CoA tibgħat ir-rapporti tal-awditjar kollha tagħha lill-Assemblea Nazzjonali, fejn tippreżentalha wkoll rapport annwali tal-attività.
Meta tiddetermina liema awditi se twettaq f’sena kalendarja partikolari, is-CoA tqis il-proposti magħmula mill-membri u mill-korpi ta’ ħidma tal-Assemblea Nazzjonali, mill-gvern ċentrali, mill-ministeri u l-korpi tal-komunità lokali. Hija trid tqis mill-inqas ħames proposti mill-Assemblea Nazzjonali, inkluż mill-inqas tnejn mill-membri tal-oppożizzjoni u tnejn mill-korpi ta’ ħidma parlamentari.
L-Assemblea Nazzjonali taħtar awditur estern biex jawditja r-rapporti finanzjarji tas-CoA.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
Is-CoA hija rregolata minn senat li huwa magħmul mill-President u żewġ viċi presidenti.
MANDAT
Disa' snin, jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
L-Assemblea Nazzjonali taħtar il-viċi presidenti tas-CoA b’maġġoranza assoluta ta’ voti fuq proposta mill-President tar-Repubblika.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Bħala l-Awditur Ġenerali tal-Istat, il-President tirrappreżenta lis-CoA u hija responsabbli għall-operazzjonijiet tagħha. L-ewwel viċi president jassumi l-awtorità fin-nuqqas tal-President u, flimkien mat-tieni viċi president, b’awtorizzazzjoni tal-President, iwettaq il-kompiti tal-Awditur Ġenerali tal-Istat. Id-dipartimenti huma mmexxija minn awdituri supremi tal-Istat u huma organizzati skont il-qasam ta’ attività tas-settur pubbliku. Wieħed mid-dipartimenti jispeċjalizza fl-awditi tal-prestazzjoni u tal-IT.
Il-President u l-viċi presidenti jiffurmaw is-Senat, li huwa l-ogħla korp governattiv. Is-Senat jadotta r-regoli ta’ proċedura tas-CoA bi qbil mal-Assemblea Nazzjonali, u jiddeċiedi dwar l-awditi u l-kwistjonijiet strateġiċi l-aktar urġenti.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 125 FTE (Marzu 2023) (68.0 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂24.8 %; ♀ 75.2 %. Età medja: 48.9 sena
BAĠIT
- Baġit tal-CoA (2023): EUR 8 295 400
- 0.4969 % tal-baġit tal-Istat
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
Is-CoA tadotta l-programm ta’ ħidma tagħha b’mod indipendenti, u dan jibqa’ kunfidenzjali. Hija trid tagħżel mill-inqas ħames proposti tal-awditjar ippreżentati mill-Assemblea Nazzjonali.
— METODI TAL-AWDITJAR
Is-CoA twettaq diversi tipi ta’ awditi:
- awditi tal-prestazzjoni dwar l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet tal-partijiet awditjati tagħha fl-ilħuq ta’ għanijiet u programmi stabbiliti; dawn jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji bħal pereżempju l-kontribut potenzjali tagħhom għal ġestjoni finanzjarja aħjar, l-interess pubbliku, ir-riskju ta’ prestazzjoni fqira u l-irregolaritajiet;
- awditi finanzjarji u tal-konformità dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni), u valutazzjonijiet ta’ jekk is-sistemi u t-tranżazzjonijiet f’oqsma baġitarji speċifiċi jikkonformawx mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.
Spiss, l-awditi jkunu kombinament ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ awditi.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-CoA tippubblika:
- rapporti tal-awditjar u rapporti "ta’ wara l-awditjar" (ta' segwitu);
- rapport annwali tal-attività;
- opinjonijiet:
- risposti magħżula għal talbiet għal kummenti.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-CoA tippreżenta r-rapport annwali tal-attività tagħha lill-Ispeaker tal-Assemblea Nazzjonali. Imbagħad, ir-rapport jiġi diskuss mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi f’sessjoni li tkun miftuħa għall-ġurnalisti u għal rappreżentanti oħra tal-midja.
Ir-rapporti tal-awditjar u r-rapporti ta’ wara l-awditjar kollha jiġu ppubblikati fuq is-sit web tas-CoA l-għada li jiġu adottati u ppreżentati formalment lill-entità/entitajiet awditjata/i u lill-Assemblea Nazzjonali.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Il-fokus primarju tas-CoA huwa li tipprovdi informazzjoni oġġettiva u affidabbli dwar l-infiq fuq il-finanzi pubbliċi, bl-għan li tiffaċilità ġestjoni aħjar u l-għoti ta’ servizzi pubbliċi. Għal dan il-għan, hija tikkoopera ma’ diversi entitajiet fid-dominju pubbliku u żżomm relazzjonijiet ta’ ħidma mill-qrib mal-Assemblea Nazzjonali u mal-kumitati tagħha. Sabiex tippromwovi l-ġestjoni tajba u xxerred is-sejbiet tagħha b’mod aktar mifrux, ta’ spiss tieħu sehem f’avvenimenti organizzati minn assoċjazzjonijiet professjonali jew minn korpi pubbliċi.
SPANJA
TRIBUNAL DE CUENTAS
Mill- 1978 Twaqqaf fl- 1851 Sit web: www.tcu.es |
Dikjarazzjoni tal-għanijiet:
Li jeżerċita l-funzjoni suprema tal-awditjar u l-ġuriżdizzjoni tal-kontabbiltà fi Spanja skont it-termini stabbiliti mill-Kostituzzjoni Spanjola u mil-Liġi Spanjola.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
MANDAT
It-Tribunal de Cuentas (TCU) jawditja, fuq bażi esterna, kontinwa u ex post, l-attività finanzjarja u ekonomika fis-settur pubbliku, il-kontijiet annwali tal-partiti politiċi li jirċievu sussidji għall-ispejjeż operattivi, u l-proċessi elettorali (funzjoni tal-awditjar). Huwa jivvaluta wkoll ir-responsabbiltà kontabilistika ta’ dawk li jimmaniġġjaw il-fondi u l-assi pubbliċi (funzjoni ġuriżdizzjonali), u għandu funzjoni fejn jista’ jimponi sanzjonijiet fir-rigward tal-partiti politiċi, kif ukoll funzjoni konsultattiva limitata.
Il-ġuriżdizzjoni tiegħu testendi fit-territorju nazzjonali kollu ta’ Spanja.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Kostituzzjoni Spanjola (1978), l-Artikoli 136 u 153 d;
- L-Att Organiku tat-TCU 2/1982;
- L-Att dwar il-Funzjonament tat-TCU 7/1988;
- L-Att Organiku dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi 8/2007;
- L-Att Organiku dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali 5/1985.
ENTITAJIET AWDITJATI
It-TCU jawditja:
-
is-settur pubbliku tal-Istat, li jinkludi:
- l-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat (inklużi t-22 ministeru u l-Uffiċċju tal-Kabinett);
- istituzzjonijiet statali fis-settur pubbliku, inklużi 447 entità:
- 212-il korp pubbliku amministrattiv (47.4 %)
- 200 negozju pubbliku (44.74 %)
- 35 fondazzjoni pubblika (7.83 %)
-
is-settur pubbliku reġjonali: is-17-il Reġjun Awtonomu u 2 Ibliet Awtonomi, li jinkludu madwar 1 333 entità;
- 424 korp pubbliku amministrattiv (31.81 %)
- 490 negozju pubbliku (36.76 %)
- 417 fondazzjoni pubblika (31.26 %)
- is-settur pubbliku lokali: li jinkludi 12 990 entità;
- il-partiti politiċi: partiti b’rappreżentanza parlamentari (25 partit politiku) u oħrajn.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Qorti b’funzjoni ġuriżdizzjonali.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
It-TCU huwa l-istituzzjoni suprema tal-awditjar fi Spanja. Huwa responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet u l-ġestjoni finanzjarja u ekonomika tal-Istat u tas-settur pubbliku, il-kontijiet annwali ta’ partiti politiċi li jirċievu sussidji għall-ispejjeż operattivi, u l-kontijiet tal-proċessi elettorali.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT/GVERN
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT SPANJOL
It-TCU jagħti rendikont direttament lill-Parlament, mingħajr preġudizzju għad-dmirijiet superviżorji u ġuriżdizzjonali indipendenti tiegħu, u jwettaq il-funzjonijiet tiegħu ta’ eżaminar u verifikazzjoni tal-kontijiet ġenerali tal-Istat permezz ta’ delega. Il-Parlament jista’ jipproponi awditi lit-TCU.
It-TCU huwa f’kollaborazzjoni permanenti mal-Parlament permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Kungress-Senat għar-relazzjonijiet mat-TCU.
Ladarba l-Plenum ikun adotta l-programm tal-awditjar tat-TCU, dan tal-aħħar jintbagħat lill-Kumitat Konġunt għar-relazzjonijiet mat-TCU.
Ir-riżultati tal-awditi (inklużi fir-rapporti, il-memoranda, il-mozzjonijiet u n-noti approvati mill-Plenum tat-TCU) jintbagħtu lill-Parlament Spanjol. Il-Kumitat Konġunt tal-Kungress-Senat dwar ir-relazzjonijiet mat-TCU, waqt seduta mal-President tat-TCU, jiddelibera fuq kull wieħed u waħda mir-rapporti, il-memoranda, il-mozzjonijiet u n-noti, u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.
It-TCU jista’ jiġbed l-attenzjoni tal-Parlament għal każijiet fejn dawk li huma obbligati li jikkooperaw ikunu naqsu milli jagħmlu dan (mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet oħra koperti mil-liġi).
RELAZZJONI MAL-GVERN
It-TCU huwa indipendenti fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu.
Ladarba jiġi approvat, ir-rapport tal-awditjar tiegħu jintbagħat lill-gvern nazzjonali, lill-Kunsilli Governattivi tar-Reġjuni Awtonomi jew lis-sessjonijiet plenarji tal-awtoritajiet lokali, kif meħtieġ.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
KORP GOVERNATTIV
It-TCU huwa rregolat mill-Plenum, korp kolleġġjali magħmul minn 12-il Konsulent (li wieħed minnhom huwa l-President) u l-Kap Prosekutur tat-TCU.
Minbarra dan, it-TCU għandu Bord ta’ Tmexxija, li jikkonsisti fil-President tat-TCU u l-kapijiet tas-sezzjonijiet tal-awditjar u tal-prosekuzzjoni tat-TCU. Huwa responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Parlament, għall-kwistjonijiet ta’ riżorsi umani u għall-ippjanar tax-xogħol. Huwa jeżerċita setgħat dixxiplinarji fuq każijiet ta’ mġiba ħażina serja, u jiżviluppa u jipproponi punti għall-aġenda tal-Plenum.
MANDAT
Konsulenti: disa’ snin, jista’ jiġġedded. Dawn għandhom l-istatus ta’ mħallfin, huma indipendenti u ma jistgħux jitneħħew mill-kariga tagħhom.
Il-Kap Prosekutur: ħames snin, jista’ jiġġedded.
METODU TAL-GĦAŻLA
Il-Konsulenti jinħatru mill-Parlament Spanjol (sitta mill-Kungress u sitta mis-Senat, b’maġġoranza ta’ voti ta’ tlieta minn kull ħamsa f’kull kamra). Il-Kap Prosekutur jinħatar mill-Gvern.
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-Sezzjoni tal-Awditjar tat-TCU tinkludi tmien dipartimenti. Ħames dipartimenti settorjali (li jkopru l-attività finanzjarja u ekonomika fis-settur pubbliku), żewġ dipartimenti territorjali (wieħed li jawditja l-attivitajiet finanzjarji u ekonomiċi tar-Reġjuni Awtonomi u tal-Ibliet Awtonomi, u l-ieħor li jawditja l-entitajiet provinċjali u muniċipali), kif ukoll dipartiment li jawditja l-partiti politiċi.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 733 FTE (Marzu 2022) (madwar 55 % fl-awditjar u 14 % għal kompiti ġuriżdizzjonali)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 38 %; ♀ 62 %. Età medja: 55.03
BAĠIT
- EUR 78 miljun (2023), parti mill-Baġit Ġenerali tal-Istat
- Allokazzjoni: madwar 87 % għar-rimunerazzjoni tal-persunal
- 0.013 % tal-baġit totali tal-Gvern
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
It-TCU jippjana l-ħidma tal-awditjar tiegħu fi programm annwali, abbażi tal-ippjanar fuq terminu medju u fit-tul tiegħu. Dan il-programm annwali tal-awditjar jiġi approvat mill-Plenum tat-TCU, li min-naħa tiegħu jibgħatu lill-Kumitat Konġunt tal-Kungress-Senat tal-Parlament Spanjol responsabbli għar-relazzjonijiet mat-TCU.
Il-programm jinkludi l-awditi li jridu jitwettqu fuq il-bażi tal-mandat legali tat-TCU, l-inizjattivi tal-awditjar proprji tat-TCU, u l-awditi proposti mill-Parlament Spanjol (u, jekk ikun fi ħdan il-mandat tagħhom, mill-Assemblej Leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi). Matul is-sena, il-Plenum jista’ jżid, jimmodifika, jissospendi jew jikkanċella l-kompiti tal-awditjar.
Il-programm annwali jiġi ppubblikat fuq is-sit web tat-TCU.
— METODI TAL-AWDITJAR
It-TCU jwettaq:
- awditi tal-konformità, biex jivverifika jekk il-ġestjoni ekonomika u finanzjarja tal-entità, tal-attività jew tal-programm awditjati hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli;
- awditi finanzjarji, li għandhom l-għan li jagħtu opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mir-rapporti finanzjarji ta’ entità f’termini tar-rilevanza tagħha għall-prinċipji, il-kriterji u l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli; u
- awditi tal-prestazzjoni, li għandhom l-għan li jipprovdu valutazzjoni tal-operazzjonijiet, tas-sistemi ta’ ġestjoni u tal-proċeduri kollha, jew parti minnhom, tal-entità, il-programm jew l-attività awditjati f’termini tar-raġunament ekonomiku u finanzjarju tagħhom, u jekk dawn ikunux jaderixxu mal-prinċipji tal-ġestjoni tajba.
Jekk jiġu kkombinati diversi tipi ta’ awditi, dawn jistgħu jkunu:
- awditi tar-regolarità, li jiffukaw fuq l-objettivi tal-awditi finanzjarji u tal-konformità; jew
- awditi komprensivi, li jkopru t-tipi kollha ta’ awditi msemmija hawn fuq.
It-TCU jwettaq ukoll awditi ta’ segwitu, li huma mmirati esklussivament lejn il-verifikazzjoni tal-livell ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mit-TCU f’rapporti tal-awditjar preċedenti.
Barra minn hekk, it-TCU jwettaq awditi orizzontali, li fihom jawditja bosta entitajiet fl-istess sottosettur pubbliku, jew sottosetturi differenti, b’karatteristiċi komuni u l-istess objettivi u medda ta’ żmien.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
It-TCU jipproduċi r-rapporti u l-prodotti li ġejjin, li kollha jridu jiġu approvati mill-Plenum:
- rapporti speċjali, li jkun fihom ir-riżultati, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi individwali;
- memorandum annwali tal-prestazzjoni, li jinkludi sommarju tal-attivitajiet ġuriżdizzjonali u tal-awditjar mwettqa mit-TCU matul is-sena, kif ukoll ir-riżultati ewlenin;
- dikjarazzjoni finali dwar il-kontijiet ġenerali tal-Istat, li tinkludi opinjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Istat u s-settur pubbliku tiegħu;
- rapport annwali tal-awditjar dwar is-settur pubbliku reġjonali;
- rapport annwali tal-awditjar dwar is-settur pubbliku lokali;
- mozzjonijiet li fihom proposti għal miżuri li, fil-fehma tat-TCU, jistgħu jtejbu l-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku; u
- noti, li huma dokumenti li janalizzaw kwistjoni speċifika minħabba l-importanza jew il-karatteristiċi uniċi tagħha.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Ir-riżultati tal-awditi, ladarba jiġu approvati mill-Plenum, jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-TCU u jintbagħtu lir-riċevituri li ġejjin:
- il-Parlament Spanjol;
- l-Assemblej Leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi; jew
- is-sessjonijiet plenarji tal-awtoritajiet lokali, kif meħtieġ.
Dawn jintbagħtu wkoll lill-Gvern nazzjonali, lill-Kunsilli Governattivi tar-Reġjuni Awtonomi jew lis-sessjonijiet plenarji tal-awtoritajiet lokali, kif meħtieġ.
Ladarba jkun ġie analizzat mill-Parlament, ir-rapport tal-awditjar, flimkien mar-riżoluzzjoni adottata mill-Kumitat Konġunt, jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat (u, fejn ikun xieraq, fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun Awtonomu).
It-TCU jippubblika wkoll stqarrijiet għall-istampa fuq is-sit web tiegħu biex jipprovdi aċċess malajr għall-informazzjoni l-aktar reċenti dwar ir-rapporti u d-dokumenti tiegħu
Barra minn hekk, jiġi ppubblikat ukoll bullettin trimestrali, li jkun fih informazzjoni dwar l-attività tat-TCU.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
It-TCU jikkoordina mill-qrib l-attivitajiet tiegħu mal-Korpi tal-Awditjar Esterni Reġjonali li nħolqu f’xi wħud mir-Reġjuni Awtonomi.
L-UNGERIJA
ÁLLAMI SZÁMVEVŐSZÉK
Mill-1989 Twaqqaf: 1870 Sit web: www.asz.hu |
Mandat:
L-Uffiċċju Statali tal-Awditjar, bħala l-korp suprem tal-awditjar finanzjarju u ekonomiku tal-Assemblea Nazzjonali, jappoġġa l-operat u l-ġestjoni legali, espedjenti, ekonomiku, effiċjenti u effettiv ta' organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw fondi u assi pubbliċi, permezz tal-awditi u s-suġġerimenti, l-opinjonijiet konsultattivi, ir-rakkomandazzjonijiet u l-analiżijiet tiegħu bbażati fuq esperjenza fl-awditjar, u jimmonitorja l-użu xieraq ta' fondi pubbliċi. Is-SAO jikkontribwixxi biex titjieb il-kwalità tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-Istat.
INFORMAZZJONI ĠENERALI
— BAŻI ĠURIDIKA
L-Uffiċċju Statali tal-Awditjar (SAO) tal-Ungerija huwa l-korp suprem tal-awditjar finanzjarju u ekonomiku tal-Assemblea Nazzjonali, u jirrapporta lilha. Il-mandat tal-awditjar tiegħu jkopri l-aspetti kollha relatati mal-użu ta’ fondi pubbliċi u ta’ assi nazzjonali.
Huwa responsabbli għall-awditi finanzjarji u ekonomiċi, u jawditja l-implimentazzjoni tal-baġit ċentrali, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-użu ta’ fondi minn finanzi pubbliċi u l-ġestjoni ta' assi nazzjonali. Is-SAO jwettaq l-awditi tiegħu skont il-kriterji tal-legalità, l-espedjenza u l-effettività. Abbażi tas-sejbiet tiegħu, is-SAO jista’ jibda proċedimenti mal-awtorità kompetenti kontra l-entitajiet awditjati u l-individwi responsabbli. Ir-rapporti tas-SAO, u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu, ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem il-qrati jew awtoritajiet oħra.
Abbażi tal-esperjenza tiegħu fl-awditjar, is-SAO jassisti lill-Assemblea Nazzjonali, lill-kumitati tagħha u x-xogħol tal-partijiet awditjati billi jipprovdilhom is-sejbiet, il-proposti, l-opinjonijiet konsultattivi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, kif ukoll billi jwettaq analiżijiet u studji.
LEĠIŻLAZZJONI EWLENIJA
- Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija
- L-Att LXVI tal-2011 dwar is-SAO
ENTITAJIET AWDITJATI
L-awditi tas-SAO jistgħu jkopru b'mod partikolari l-entitatjiet u l-oqsma li ġejjin:
- istituzzjonijiet pubbliċi;
- istituzzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ċentrali;
- implimentazzjoni baġitarja tal-fondi tas-sigurtà soċjali u tal-fondi separati tal-Istat;
- ġestjoni ta' gvernijiet lokali, amministrazzjonijiet awtonomi minoritarji, u l-assoċjazzjonijiet tagħhom;
- ġestjoni tal-assi ta' organizzazzjonijiet ekonomiċi li huma kompletament jew parzjalment proprjetà tal-Istat jew tal-gvernijiet lokali;
- tassazzjoni u attivitajiet oħra li jiġġeneraw dħul tal-Awtorità tal-Istat għat-Taxxi u d-Dwana u awtoritajiet lokali;
- ġestjoni u funzjonament xieraq tal-Bank Nazzjonali tal-Ungerija;
- ġestjoni tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet tagħhom, u l-użu tal-kontribuzzjonijiet għalihom;
- l-użu ta' fondi għal elezzjonijiet parlamentari jew muniċipali u referenda nazzjonali;
- il-kontijiet tal-kampanja ta’ organizzazzjonijiet li jinnominaw il-kandidati;
- ġestjoni ta' organizzazzjonijiet tal-knisja ffinanzjati mill-baġit ċentrali;
- użu ta' baġits operazzjonali speċifiċi tas-servizzi nazzjonali tas-sigurtà;
- kriterji ta' legalità għall-operat trasparenti ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi li jwettqu attivitajiet li kapaċi jaffettwaw il-ħajja pubblika.
— STRUTTURA
TIP TA’ SAI
Billi huwa l-korp suprem tal-awditjar finanzjarju u ekonomiku tal-Assemblea Nazzjonali, huwa indipendenti minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra matul l-attivitajiet tal-awditjar tiegħu, u huwa mmexxi minn President.
POST IS-SAI FIS-SISTEMA GOVERNATTIVA
Is-SAO jwettaq dmirijietu taħt l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali. F'rapport annwali lill-Assemblea Nazzjonali, il-President jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-awditjar tas-SAO, l-operat u l-ġestjoni fis-sena preċedenti, u dwar il-miżuri li ttieħdu bħala segwitu għas-sejbiet tal-awditjar.
Is-SAO jirrappreżenta intestatura indipendenti fl-istruttura tal-baġit ċentrali.
RELAZZJONI MAL-PARLAMENT / GVERN
Is-SAO jassisti lill-Assemblea Nazzjonali, lill-kumitati tagħha u lill-partijiet awditjati bis-sejbiet, il-proposti u l-pariri tiegħu abbażi tal-esperjenza fl-awditjar tiegħu. Il-President tas-SAO huwa membru tal-Kunsill Fiskali. Is-SAO jappoġġa x-xogħol tal-Kunsill billi jwettaq analiżijiet u studji u jagħmilhom disponibbli lill-Kunsill.
Is-SAO jwettaq l-attivitajiet tal-awditjar tiegħu abbażi ta' pjan annwali tal-awditjar approvat mill-President. Il-President tas-SAO jinforma lill-Assemblea Nazzjonali dwar il-pjan tal-awditjar u dwar kull emenda li ssir f’dan il-pjan.
Is-SAO huwa obbligat iwettaq awditi fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-Assemblea Nazzjonali, u jista' jwettaq awditi fuq talba tal-Gvern, tan-NATO, tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li l-Ungerija tkun membru fiha, kif ukoll bħala sodisfazzjon ta' obbligu li jirriżulta minn trattat internazzjonali konkluż mill-Parlament jew mill-Gvern, jew fuq il-bażi ta' deċiżjoni individwali tal-President.
— ORGANIZZAZZJONI
KAP
STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI
Is-SAO jopera taħt ir-responsabbiltà unika tal-President. L-uffiċċjali għoljin huma l-President u l-Viċi Presidenti. Il-President jiġi elett mill-Assemblea Nazzjonali, u l-Viċi Presidenti jinħatru mill-President, it-tnejn li huma għal 12-il sena. L-attivitajiet tal-awditjar isiru permezz ta' direttorati tal-awditjar, b'attivitajiet tal-awditjar li jkopru livelli ċentrali u lokali ta' finanzi pubbliċi, entitajiet barra mill-gvern ġenerali u l-ġestjoni ta' assi pubbliċi, permezz ta' awditi tal-konformità, awditi finanzjarji u awditi tal-prestazzjoni. Id-direttorati jitmexxew minn diretturi u x-xogħol tal-awditjar isir taħt it-tmexxija operazzjonali ta' maniġers tal-awditjar taħt ir-responsabbiltà tad-diretturi.
L-attivitajiet tal-awditjar fid-direttorati jingħataw appoġġ mill-funzjonijiet strateġiċi, metodoloġiċi, ta' valutazzjoni tar-riskju u ta' aċċertament tal-kwalità taħt it-tmexxija tad-Direttur ta' Koordinazzjoni, kif ukoll mingħand unità ewlenija ta' analiżi li twettaq il-funzjonijiet analitiċi tas-SAO kif previst fil-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, unitajiet oħra (legali, finanzi, IT, amministrazzjoni, persunal, komunikazzjoni, internazzjonali) jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiżguraw il-funzjonament tas-SAO.
— RIŻORSI
PERSUNAL
- Totali: 496.5 (ekwivalenti għal full-time) (fil-15 ta’ Marzu 2023) (74.6 % fl-awditjar)
- Bilanċ bejn is-sessi: ♂ 38 %; ♀ 62 % Età medja: 47.19
BAĠIT
- HUF 13.3 biljun (2023) (EUR 33.7 miljun)
- Ippjanar tal-baġit: is-SAO jabbozza l-baġit proprju tiegħu li jrid jiġi ppreżentat lill-Assemblea Nazzjonali, mingħajr ebda bidla min-naħa tal-Gvern, bħala parti mill-abbozz ta’ att dwar il-baġit ċentrali.
- < 0.04 % tal-infiq pubbliku totali, 0.02 % tal-PDG
XOGĦOL TAL-AWDITJAR
— IPPJANAR TAX-XOGĦOL TAL-AWDITJAR
– Is-SAO jwettaq l-attivitajiet tal-awditjar tiegħu abbażi tal-pjan annwali tal-awditjar approvat mill-President, u skont ir-regoli u l-istandards tal-awditjar.
– Il-frekwenza tal-awditi tiġi determinata mil-liġi jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet statutorji, mill-President.
– Is-SAO jieħu approċċ f'ħin reali fl-għażla infurmata tal-ambitu tal-awditjar u t-twaqqif ta' programm tal-awditjar korrispondenti, b'enfasi fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-valur miżjud.
— METODI TAL-AWDITJAR
Filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-istandards internazzjonali tal-awditjar tal-INTOSAI, is-SAO jiżviluppa r-regoli u l-metodi tiegħu stess għall-awditjar u jiżgura r-rieżaminar u l-iżvlupp kontinwu tagħhom skont l-ambjent li qed jinbidel. Awditi mwettqa mis-SAO jistgħu jkunu awditi tal-konformità, awditi finanzjarji jew awditi tal-prestazzjoni, jew kombinament tagħhom.
Il-pjan annwali tal-awditjar tas-SAO huwa pubbliku u jiġi ppubblikat mis-SAO fuq is-sit web tiegħu. Matul l-awditi tas-SAO, l-informazzjoni pprovduta mill-entità awditjata u d-data suġġetta għall-awditu jiġu vvalutati mis-SAO fuq il-bażi tal-kriterji tal-awditjar stabbiliti fil-programm tal-awditjar.
Abbażi tad-dokumenti tal-awditjar ippubblikati, il-metodi tal-awditjar użati u l-programm tal-awditjar mibgħut lilhom bil-quddiem, il-partijiet awditjati jiġu infurmati dwar l-objettivi tal-awditjar u l-kriterji li fuqhom is-SAO jibbaża s-sejbiet tiegħu.
OUTPUT
— RAPPORTI U PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA
Is-SAO jippubblika:
- opinjoni dwar l-abbozz tal-att dwar il-baġit ċentrali
- rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ċentrali;
- rapporti tal-awditjar u rapporti ta' segwitu (filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata);
- informazzjoni annwali dwar l-attivitajiet tiegħu u l-funzjonament tal-istituzzjoni;
- rakkomandazzjonijiet legalment mhux vinkolanti;
- analiżijiet u studji.
Is-SAO għandu obbligu legali biex jappoġġa x-xogħol tal-Kunsill Fiskali permezz tal-analiżijiet tiegħu. Sabiex jissodisfa dan l-obbligu, is-SAO jwettaq diversi analiżijiet fis-sena dwar l-istat tal-baġit u ċerti kwistjonijiet ta’ politika fiskali.
— TIXRID TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET
Is-SAO jżomm lill-pubbliku ġenerali infurmat dwar xogħlu u jikkoopera mas-servizz tal-istampa tal-Assemblea Nazzjonali u mar-rappreżentanti tal-istampa. Huwa jopera sit web bl-Ungeriż u bl-Ingliż u jxerred il-pubblikazzjonijiet tiegħu permezz ta' stqarrijiet għall-istampa, sabiex jinforma lill-pubbliku u jiżgura l-obbligu statutorju ta' pubblikazzjoni tiegħu.
Minbarra r-rapporti tal-awditjar tiegħu, is-sit web jippubblika l-awtorizzazzjoni legali tas-SAO, ir-regoli relatati mal-operat u l-attivitajiet tiegħu, il-kompiti, il-pjan tal-awditjar, il-missjoni u l-istrateġija tiegħu, l-istandards professjonali tal-awditjar, is-CVs tal-mexxejja tas-SAO u data oħra ta' interess pubbliku.
Sabiex jagħmel l-aħjar użu mill-esperjenza professjonali u x-xogħol tiegħu, is-SAO jagħti attenzjoni partikolari lil komunikazzjoni miftuħa u komprensibbli mal-partijiet ikkonċernati, u jirrapporta dwar xogħlu b'mod li jista' jinftiehem u li huwa aċċettabbli għall-utenti mmirati.
— KOOPERAZZJONI MA’ OĦRAJN
Is-SAO jiżgura żvilupp professjonali kontinwu permezz ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet esterni u l-involviment tal-għarfien espert tagħhom, u b'hekk iżid il-kwalità u l-kredibbiltà ta' xogħlu. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod aktar effiċjenti u effettiv, huwa jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' sħab professjonali u jikkoopera ma' korpi nazzjonali tal-awditjar.
Is-SAO jipparteċipa f'avvenimenti professjonali domestiċi u internazzjonali, u jsegwi mill-qrib żviluppi fl-istandards professjonali internazzjonali tal-awditjar u kwistjonijiet topiċi diskussi f'fora internazzjonali, sabiex ikompli jiżviluppa l-attivitajiet tal-awditjar u l-metodoloġija tiegħu, kif ukoll il-funzjoni organizzattiva tiegħu.
Is-SAO huwa organizzazzjoni impenjata f'attivitajiet internazzjonali biex tilħaq l-objettivi strateġiċi internazzjonali tagħha u tkompli l-impenn tagħha fil-ħajja pubblika tal-awditjar internazzjonali. Is-SAO jikkoopera, b'mod partikolari, mal-INTOSAI, l-EUROSAI, l-EURORAI, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-pajjiżi ta' kooperazzjoni tal-Visegrad sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u jibqa' jtejjeb ir-regoli tal-awditjar u l-metodi tal-awditjar tiegħu.
ĦAJR GĦAR-RITRATTI
Il-QEA Sors: © L-Unjoni Ewropea 2018, sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Periti tal-binjiet: Paul Noël (1988) u Jim Clemes (2004 & 2013).
AT Sors: Rechnungshof. Ritratt: © Achim Bieniek.
BE Sors: Rekenhof / Cour des comptes / Rechnungshof. Periti tal-bini: Gustave Saintenoy u Clément Parent.
BG Sors: Сметна палата на Република България.
CY Sors: Eλεγκτική Υπηρεσία της Κυπριακής Δημοκρατίας. Perit tal-bini: Maratheftis-Yiannouris Architects Engineers.
CZ Sors: Nejvyšší kontrolní úřad.
DE Sors: Bundesrechnungshof. Perit tal-bini: Josef Trimborn.
DK Sors: Rigsrevisionen. Ritratt: Helga Theilgaard.
EE Sors: Riigikontroll.
EL Sors: Ελεγκτικό Συνέδριο. Perit tal-bini: Themis Kataskevastiki (kumpanija pubblika).
ES Sors: Tribunal de Cuentas. Perit tal-bini: Francisco Jareño y Alarcón. Ritratt: David Corral.
FI Sors: Valtiontalouden tarkastusvirasto. Perit tal-bini: Helin & Co Architects. Ritratt: Lari Järnefelt / Felt Fotografi Oy.
FR Sors: Tangopaso (Wikimedia Commons). Perit tal-bini: Constant Moyaux. Ritratt: Émile Lombard, Cour des comptes.
HR Sors: Državni ured za reviziju.
HU Sors: Állami Számvevőszék. Periti tal-bini: Antal Skalnitzky Antal u Henrik Koch.
IE Sors: Office of the Comptroller and Auditor General. Perit tal-bini: Scott Tallon Walker Architects.
IT Sors: Corte dei conti.
LT Sors: Valstybės Kontrolė. Perit tal-bini: Loreta Grikinienė.
LU Sors: Cour des comptes. Perit tal-bini: Arlette Schneiders Architectes.
LV Sors: Valsts kontrole. Perit tal-bini: Vizuālās Modelēšanas Studija Ltd, il-maniġer tal-proġett Daiga Bikse u l-perit Daiga Levane.
MT Sors: National Audit Office.
NL Sors: Algemene Rekenkamer. Perit tal-bini: Aldo van Eyck. Ritratt: Henriette Guest.
PL Sors: Najwyższa Izba Kontroli. Perit tal-bini: Antoni Dygat. Ritratt: Marek Brzeziński/Creative Commons CC0 1.0.
PT Sors: Tribunal de Contas. Periti tal-bini: Jorge Manuel Soares Costa u Fernando Silva.
RO Sors: Curtea de Conturi a României.
SE Sors: Riksrevisionen. Ritratt: Frida Ström.
SI Sors: Računsko sodišče Republike Slovenije. Perit tal-bini: Miroslav Gregorič. Ritratt: Daniel Novakovič/STA.
SK Sors: Najvyšší kontrolný úrad Slovenskej republiky. Perit tal-bini: Vladimir Dedecek.
KUNTATT
IKKUNTATTJA LILL-QEA
EUROPEAN COURT OF AUDITORS
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Talbiet għal informazzjoni: www.eca.europa.eu/mt/contact
Sit web: eca.europa.eu
LinkedIn: EUAuditors
Twitter: @EUAuditors
Facebook: EUAuditors
Instagram: #EUAuditors
Youtube: @EUAuditors
BIEX ISSIB INFORMAZZJONI DWAR IL-QEA
Sit web: eca.europa.eu
Portal dwar it-trasparenza: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/Transparency-portal-home.aspx
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: https://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2023
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja . Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. bħal f'ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023.
HTML | ISBN 978-92-849-1190-5 | doi:10.2865/906606 | QJ-09-23-504-MT-Q |